SlideShare a Scribd company logo
1 of 20
Entrepreneurial mind sets
This programme has been funded with
support from the European Commission
Il-preżentazzjoni ta’ idea
Modulu 9
L-iżvilupp tal-fiduċja fik
innifsek u tal-kapaċità
tiegħek li tagħmel
preżentazzjoni, u li toqgħod
bil-wieqfa quddiem udjenza u
titkellem tajjeb, huma
kompetenzi utli ħafna għall-
iżvilupp personali u
f’sitwazzjonijiet soċjali
differenti.
Il-preżentazzjoni tal-
idea tiegħek/diskors
fil-pubbliku
Il-preżentazzjoni tal-idea tiegħek/diskors fil-pubbliku
Il-preżentazzjonijiet jista’ jkollhom formats u finijiet
differenti:
• Orali (bil-kliem)
• Multimedjali (bl-użu ta’ mezzi differenti tal-midja –
viżwali, awdjo, eċċ)
• Preżentazzjonijiet Power Point
• Diskors dwar suġġett partikolari lil grupp (improvviżat jew
ippjanat)
• Diskors f’tieġ jew eloġju f’funeral
Kwalunkwe persuna tista’ tagħmel preżentazzjoni jew
diskors fil-pubbliku ta’ livell professjonali għoli ħafna – kull
ma huwa meħtieġ huma preparazzjoni u prattika.
Ħiliet ta’ komunikazzjoni
Huwa fundamentali li jkollok ħiliet ta’
komunikazzjoni effikaċi biex tikseb suċċess f’bosta
aspetti tal-ħajja. Li tagħmel ħbieb ġodda, il-bini tal-
awtostima, it-trawwim ta’ relazzjonijiet personali u
li tibda taħdem – dawn kollha jiddependu fuq il-
kapaċità li tikkomunika tajjeb ma’ ħaddieħor.
Il-komunikazzjoni hija proċess li jaħdem f’żewġ
direzzjonijiet, għaldaqstant it-titjib fil-
komunikazzjoni jirrigwarda kemm kif nibagħtu kif
ukoll kif nirċievu messaġġi.
Il-komunikazzjoni hija:
10% kliem
20% kif nesprimuhom
70% lingwaġġ fiżiku
Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni
Komunikazzjoni effettiva hija ħila interpersonali
ewlenija u nistgħu niksbu ħafna benefiċċji mit-tagħlim
dwar kif nistgħu ntejbu l-komunikazzjoni tagħna.
Trid titgħallem tisma’
Li toqgħod attent għal dak li jgħid ħaddieħor mhuwiex
l-istess bħas-smigħ; trid titgħallem tisma’ mhux biss il-
kliem li jkun qed jingħad iżda wkoll kif ikun qed jiġi
espress u l-messaġġi mhux verbali li jintbagħtu
magħhom. Ikkjarifika f’moħħok il-kunċetti espressi
mill-interlokutur tiegħek, u rrifletti biex tikkonferma
dak li jkun qal u biex tevita kwalunkwe tip ta’
konfużjoni. Ipprova taħsibx dwar dak li jmissek tgħid
waqt li tkun qed tisma’; minflok, neħħi kull ħsieb minn
moħħok u ffoka fuq il-messaġġ li tkun qed tirċievi.
Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni
Aħseb qabel ma titkellem
Tgħidx l-ewwel ħaġa li tiġik f’moħħok, iżda
minflok ħu l-ħin tiegħek u oqgħod attent
ħafna għal dak li tgħid u kif tgħidu. Iffoka fuq
it-tifsira ta’ dak li tkun trid tikkomunika.
L-għan tiegħek għandu jkun li żżid il-livell ta’
fehim billi tikkunsidra kif il-messaġġ tiegħek
jista’ jiġi mifhum mill-persuna l-oħra. Jekk
jirnexxielek tikkomunika b’mod ċar, tista’
tgħin tevita n-nuqqas ta’ fehim u kunflitti
potenzjali ma’ persuni oħrajn.
Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni
Kun ċar
Ippreżenta l-informazzjoni
b’mod li t-tifsira tagħha
tkun tista’ tiġi mifhuma
b’mod ċar. Agħti attenzjoni
partikolari lid-differenzi fil-
kulturi, fl-esperjenzi tal-
passat, fl-attitudnijiet u fil-
ħiliet qabel ma tipprova
twassal il-messaġġ tiegħek.
Evita kliem tekniku u
lingwaġġ ikkumplikat
iżżejjed; spjega l-kunċetti bl-
iktar mod sempliċi
possibbli.
Be Clear
Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni
Oqgħod attent mil-lingwaġġ fiżiku tiegħek
Il-mod kif tħares, tisma’, tiċċaqlaq, u tirreaġixxi
quddiem persuna oħra jiżvela iktar dwar kif
tħossok milli qatt jista’ jagħmel il-kliem biss.
Tista’ ttejjeb il-komunikazzjoni effettiva bl-użu
ta’ lingwaġġ fiżiku miftuħ, jiġifieri b’idejk mhux
marbutin, billi tibqa’ bil-wieqfa b’atteġġjament
miftuħ jew toqgħod bilqiegħda fit-tarf tas-siġġu
u żżomm kuntatt viżwali mal-interlokutur
tiegħek.
Tista’ tuża wkoll il-lingwaġġ fiżiku biex tenfasizza
jew ittejjeb il-messaġġ verbali tiegħek,
pereżempju ttaptap ħabib fuq daharu waqt li
tikkumplimentah għal suċċess li jkun kiseb, jew
issabbat il-ponn biex tissottolinea l-punt tiegħek.
Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni
Kun assertiv
Espressjoni diretta u assertiva tirriżulta
f’komunikazzjoni ċara u tista’ tgħin fit-titjib
tal-awtostima u t-teħid ta’ deċiżjonijiet
tiegħek. Li tkun assertiv ifisser tesprimi l-
ħsibijiet, l-emozzjonijiet, u l-ħtiġijiet tiegħek
b’mod ġenwin u onest, waqt li tiddefendi l-
punt tiegħek u tirrispetta lill-oħrajn.
MA JFISSIRX li tkun ostili, aggressiv, jew
eżiġenti. Komunikazzjoni effettiva dejjem
tirrigwarda l-fehim tas-sitwazzjoni tal-
interlokutur tiegħek u ma tfissirx li tirbaħ
argument jew li timponi l-opinjonijiet
tiegħek fuq l-oħrajn.
Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni
Kun assertiv
• Apprezza lilek innifsek u l-opinjonijiet tiegħek – Dawn
huma importanti daqs dawk ta’ ħaddieħor.
• Kun konxju mill-ħtiġijiet u x-xewqat tiegħek –
Tgħallem esprimi x-xewqat tiegħek mingħajr ma tonqos
mir-rispett għad-drittijiet ta’ ħaddieħor.
• Esprimi l-ħsibjiet negattivi b’mod ppożittiv. M’hemm
xejn ħażiin billi tkun irrabjat, iżda fl-istess ħin trid turi
rispett.
• Kun pożittiv rigward ir-reazzjonijiet li tirċieviv –
Aċċetta l-kumplimenti b’eleganza, tgħallem mill-iżbalji
tiegħek, itlob għajnuna meta jkollok bżonn.
• Trid titgħallem tgħid “le” – Kun konxju mil-limiti
tiegħek u tħallix lil ħaddieħor jisfruttak. Fittex alternattivi
sabiiex b’hekk kulħadd iħossu tajjab dwar r-riżultat.
Oqgħod attent mil-lingwaġġ (fiżiku) tiegħek
Kollha kemm aħna nużaw il-lingwaġġ fiżiku fil-komunikazzjoni
normali ta’ kuljum. Il-lingwaġġ fiżiku huwa proċess ta’
komunikazzjoni mhux verbali, jiġifieri permezz ta’
espressjonijiet tal-wiċċ, mossi, il-qagħda u anke l-moviment
tal-idejn. Meta titkellem ma’ persuni oħrajn, minħabba
tensjoni jew sempliċement minħabba n-nuqqas ta’ prattika,
tista’ tkun qed tgħid xi ħaġa waqt li l-atteġjament fiżiku
tiegħek ikun qed jgħid xi ħaġa kompletament differenti. Jekk
tagħti attenzjoni partikolari lit-titjib tal-lingwaġġ fiżiku tiegħek,
tkun tista’ ttejjeb b’mod konsiderevoli l-impatt ta’
preżentazzjoni.
Meta tuża ġestikulazzjoni bl-idejn jew kwalunkwe imġiba oħra
li ttejjeb preżentazzjoni, tirrealizza li mhux se jirnexxielek
tikseb il-fiduċja tal-interlokuturi tiegħek kollha f’daqqa. Dan
jieħu ż-żmien, u għandek bżonn prattika u dedikazzjoni biex
tibqa’ ttejjeb il-metodi tiegħek kull darba li tikkomunika.
Oqgħod attent mil-lingwaġġ (fiżiku) tiegħek
Kuntatt viżwali
Kuntatt viżwali tajjeb jgħin sabiex
tinkiseb u tinżamm l-attenzjoni tal-
udjenza u sabiex jinkiseb rapport
magħha. Tħarisx l-isfel, b’mod vag fl-
ispazju jew fuq l-irjus tan-nies –
agħmel kuntatt viżwali sinifikanti
mal-membri tal-udjenza.
Moviment u ċaqlilq żejjed
Toqgħodx tiċċaqlaq u tagħmel
moviment mhux meħtieġ b’mod li juri
li int nervuż, jiġifieri li toqgħod tilgħab
b’xagħrek jew titbandal min-naħa
għall-oħra.
Oqgħod attent mil-lingwaġġ (fiżiku) tiegħek
Espressjonijiet tal-wiċċ
It-tbissim huwa espressjoni pożittiva tal-wiċċ li
jgħin biex jirrilassa lilek u lill-udjenza, iżda evita
enfasi żejda. Minbarra li jtik dehra kalma u
rilassata, it-tbissim fil-fatt jirrilaxxa fis-sistema
nervuża tiegħek sustanzi kimiċi ta’ “kuntentizza”
li huma ta’ għajnuna biex tħossok tajjeb.
 
 
Il-qag da tal- isemħ ġ
Qagħda tajba hija ta’ importanza kruċjali biex
tidher professjonali, billi din tesprimi fiduċja u
tgħin fil-projjezzjoni tal-vuċi tiegħek. Evita li
titmejjel fuq ġenb wieħed, li torbot idejk jew
toqgħod b’riġlejk fuq xulxin, u tagħtix daharek
lill-udjenza.
Il-kontroll tat-tensjoni / ansjetà
Bosta persuni jħossuhom stressjati jekk jitkellmu
quddiem grupp ta’ persuni jew jibżgħu li xi ħadd
jidħak minħabba xi żball li jistgħu jagħmlu
quddiem udjenza. Huwa naturali li wieħed iħossu
nervuż qabel ma jagħmel preżentazzjoni jew
qabel ma jkollu jitkellem fil-pubbliku. Jekk tiġi
mmaniġġjata tajjeb, it-tensjoni tista’ tgħinek fl-
iżvolġiment tal-preżentazzjoni, iżda min-naħa l-
oħra, jekk ma tiġix ikkontrollata b’mod tajjeb,
jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-preżentazzjoni.
Aħbar tajba… jeżistu bosta tekniki li jistgħu
jintużaw biex tiġi kkontrollata t-tensjoni u wieħed
jista’ jitgħallimhom u jiżviluppahom sabiex b’hekk
ikun jista’ jużahom meta jkun meħtieġ.
Tekniki għall-kontroll tat-tensjoni
Ipprattika
Ipprattika l-preżentazzjoni tiegħek kemm jista’ jkun
possibbli. Dan tista’ tagħmlu waħdek quddiem
mera, ma’ membri oħrajn tal-grupp tiegħek jew billi
tuża lil sħabek u l-familja bħala udjenza. Dan
jgħinek tkun iktar ippreparat u jkattar il-fiduċja
tiegħek. Xejn ma jikkalma t-tensjoni daqs il-fiduċja li
wieħed jista’ jikseb mill-fatt li jħossu ppreparat.
Tekniki għall-kontroll tat-tensjoni
Ipprepara, ipprepara, ipprepara
Fil-jum tal-preżentazzjoni, kun ippreparat kemm
jista’ jkun possibbli sabiex b’hekk tħossok li
għandek il-kontroll tas-sitwazzjoni. Preparazzjoni
tajba tinkludi li tasal fil-post tal-preżentazzjoni
kemm jista’ jkun kmieni u tivverifika li għandek in-
noti u l-għajnuniet viżivi kollha f’posthom qabel ma
tasal. Jekk tkun se tuża kompjuter u projjettur fil-
preżentazzjoni tiegħek, dejjem huwa tajjeb li
tagħmel verifika finali biex tiżgura li kollox qed
jaħdem tajjeb.
Tekniki għall-kontroll tat-tensjoni
Tgħaġġilx
Minħabba t-tensjoni tista’ tispiċċa tgħaġġel iżżejjed
fil-preżentazzjoni. Jekk tkun nervuż jew titkellem
tgħaġġel minnek, jeżistu diversi modi kif tista’
taffronta din is-sitwazzjoni:
• Agħmel eżerċizzji ta’ respirazzjoni
• Ipprepara introduzzjoni tajba ħafna, billi dan
jgħinek tiżviluppa l-fiduċja mill-bidu nett
• Tkellem iktar bil-mod milli f’konverżazzjoni
normali
• Staqsi lilek innifsek – dak li qed ngħid jagħmel
sens?
L-aħjar suġġerimenti
1. Jekk tħoss it-tensjoni tiżdied, ikkunsidra s-suġġerimenti
ta’ hawn fuq. Tista’ taħseb ukoll dwar il-persuni li jkunu
qed ikellmuk. Xi darba kienu fl-istess pożizzjoni tiegħek
u rnexxielhom jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom.
2. Ikkunsidra li tagħmel vidjow tas-“sessjoni ta’ prattika” li
jmiss tal-preżentazzjoni tiegħek, bil-ħoss mitfi, sabiex
b’hekk tiffoka kompletament fuq il-lingwaġġ fiżiku
tiegħek.
3. Jeżistu bosta persuni li twieldu b’entużjażmu u kariżma
naturali, iżda kulħadd jista’ jipprova jtejjeb il-lingwaġġ
fiżiku tiegħu. Dan huwa mod tanġibbli li bih kwalunkwe
persuna tista’ ttejjeb il-livell ta’ preżentazzjoni li tkun
qiegħda tagħti, bir-riżultat li l-unika biċċa xenografija li
tkun meħtieġa hija inti nnifsek.
L-aħjar suġġerimenti
4. Id-daħk jirrilaxxa endorfini li jistgħu
jgħinu fit-tnaqqis tal-istress u l-ansjetà. Il-parti
l-kbira tal-persuni jħobbu jidħku u jħossuhom
miġbudin lejn persuna li jirnexxielha
ddaħħaqhom. Tibżax tuża l-umoriżmu, iżda
kun żgur li l-umoriżmu tiegħek ikun xieraq
għas-sitwazzjoni partikolari. Uża l-umoriżmu
tiegħek biex telimina t-tensjoni bejnek u l-
udjenza, biex telimina l-ostakli u tikseb is-
simpatija tal-oħrajn. Jekk tuża umoriżmu
xieraq, tagħti impressjoni li inti persuna
kariżmatika.
Hin li tixgħel
l-umoriżmu
Awguri
Lestejt Modulu 9

More Related Content

More from yeaproject

Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it rightyeaproject
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fryeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your researchyeaproject
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big ideayeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative meyeaproject
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterpriseyeaproject
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it rightyeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your researchyeaproject
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big ideayeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative meyeaproject
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterpriseyeaproject
 

More from yeaproject (18)

Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it right
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fr
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your research
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big idea
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative me
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterprise
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it right
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your research
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big idea
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative me
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterprise
 

Module 9 presenting the idea

  • 1. Entrepreneurial mind sets This programme has been funded with support from the European Commission Il-preżentazzjoni ta’ idea Modulu 9
  • 2. L-iżvilupp tal-fiduċja fik innifsek u tal-kapaċità tiegħek li tagħmel preżentazzjoni, u li toqgħod bil-wieqfa quddiem udjenza u titkellem tajjeb, huma kompetenzi utli ħafna għall- iżvilupp personali u f’sitwazzjonijiet soċjali differenti. Il-preżentazzjoni tal- idea tiegħek/diskors fil-pubbliku
  • 3. Il-preżentazzjoni tal-idea tiegħek/diskors fil-pubbliku Il-preżentazzjonijiet jista’ jkollhom formats u finijiet differenti: • Orali (bil-kliem) • Multimedjali (bl-użu ta’ mezzi differenti tal-midja – viżwali, awdjo, eċċ) • Preżentazzjonijiet Power Point • Diskors dwar suġġett partikolari lil grupp (improvviżat jew ippjanat) • Diskors f’tieġ jew eloġju f’funeral Kwalunkwe persuna tista’ tagħmel preżentazzjoni jew diskors fil-pubbliku ta’ livell professjonali għoli ħafna – kull ma huwa meħtieġ huma preparazzjoni u prattika.
  • 4. Ħiliet ta’ komunikazzjoni Huwa fundamentali li jkollok ħiliet ta’ komunikazzjoni effikaċi biex tikseb suċċess f’bosta aspetti tal-ħajja. Li tagħmel ħbieb ġodda, il-bini tal- awtostima, it-trawwim ta’ relazzjonijiet personali u li tibda taħdem – dawn kollha jiddependu fuq il- kapaċità li tikkomunika tajjeb ma’ ħaddieħor. Il-komunikazzjoni hija proċess li jaħdem f’żewġ direzzjonijiet, għaldaqstant it-titjib fil- komunikazzjoni jirrigwarda kemm kif nibagħtu kif ukoll kif nirċievu messaġġi. Il-komunikazzjoni hija: 10% kliem 20% kif nesprimuhom 70% lingwaġġ fiżiku
  • 5. Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni Komunikazzjoni effettiva hija ħila interpersonali ewlenija u nistgħu niksbu ħafna benefiċċji mit-tagħlim dwar kif nistgħu ntejbu l-komunikazzjoni tagħna. Trid titgħallem tisma’ Li toqgħod attent għal dak li jgħid ħaddieħor mhuwiex l-istess bħas-smigħ; trid titgħallem tisma’ mhux biss il- kliem li jkun qed jingħad iżda wkoll kif ikun qed jiġi espress u l-messaġġi mhux verbali li jintbagħtu magħhom. Ikkjarifika f’moħħok il-kunċetti espressi mill-interlokutur tiegħek, u rrifletti biex tikkonferma dak li jkun qal u biex tevita kwalunkwe tip ta’ konfużjoni. Ipprova taħsibx dwar dak li jmissek tgħid waqt li tkun qed tisma’; minflok, neħħi kull ħsieb minn moħħok u ffoka fuq il-messaġġ li tkun qed tirċievi.
  • 6. Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni Aħseb qabel ma titkellem Tgħidx l-ewwel ħaġa li tiġik f’moħħok, iżda minflok ħu l-ħin tiegħek u oqgħod attent ħafna għal dak li tgħid u kif tgħidu. Iffoka fuq it-tifsira ta’ dak li tkun trid tikkomunika. L-għan tiegħek għandu jkun li żżid il-livell ta’ fehim billi tikkunsidra kif il-messaġġ tiegħek jista’ jiġi mifhum mill-persuna l-oħra. Jekk jirnexxielek tikkomunika b’mod ċar, tista’ tgħin tevita n-nuqqas ta’ fehim u kunflitti potenzjali ma’ persuni oħrajn.
  • 7. Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni Kun ċar Ippreżenta l-informazzjoni b’mod li t-tifsira tagħha tkun tista’ tiġi mifhuma b’mod ċar. Agħti attenzjoni partikolari lid-differenzi fil- kulturi, fl-esperjenzi tal- passat, fl-attitudnijiet u fil- ħiliet qabel ma tipprova twassal il-messaġġ tiegħek. Evita kliem tekniku u lingwaġġ ikkumplikat iżżejjed; spjega l-kunċetti bl- iktar mod sempliċi possibbli. Be Clear
  • 8. Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni Oqgħod attent mil-lingwaġġ fiżiku tiegħek Il-mod kif tħares, tisma’, tiċċaqlaq, u tirreaġixxi quddiem persuna oħra jiżvela iktar dwar kif tħossok milli qatt jista’ jagħmel il-kliem biss. Tista’ ttejjeb il-komunikazzjoni effettiva bl-użu ta’ lingwaġġ fiżiku miftuħ, jiġifieri b’idejk mhux marbutin, billi tibqa’ bil-wieqfa b’atteġġjament miftuħ jew toqgħod bilqiegħda fit-tarf tas-siġġu u żżomm kuntatt viżwali mal-interlokutur tiegħek. Tista’ tuża wkoll il-lingwaġġ fiżiku biex tenfasizza jew ittejjeb il-messaġġ verbali tiegħek, pereżempju ttaptap ħabib fuq daharu waqt li tikkumplimentah għal suċċess li jkun kiseb, jew issabbat il-ponn biex tissottolinea l-punt tiegħek.
  • 9. Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni Kun assertiv Espressjoni diretta u assertiva tirriżulta f’komunikazzjoni ċara u tista’ tgħin fit-titjib tal-awtostima u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħek. Li tkun assertiv ifisser tesprimi l- ħsibijiet, l-emozzjonijiet, u l-ħtiġijiet tiegħek b’mod ġenwin u onest, waqt li tiddefendi l- punt tiegħek u tirrispetta lill-oħrajn. MA JFISSIRX li tkun ostili, aggressiv, jew eżiġenti. Komunikazzjoni effettiva dejjem tirrigwarda l-fehim tas-sitwazzjoni tal- interlokutur tiegħek u ma tfissirx li tirbaħ argument jew li timponi l-opinjonijiet tiegħek fuq l-oħrajn.
  • 10. Titjib tal-ħiliet ta’ komunikazzjoni Kun assertiv • Apprezza lilek innifsek u l-opinjonijiet tiegħek – Dawn huma importanti daqs dawk ta’ ħaddieħor. • Kun konxju mill-ħtiġijiet u x-xewqat tiegħek – Tgħallem esprimi x-xewqat tiegħek mingħajr ma tonqos mir-rispett għad-drittijiet ta’ ħaddieħor. • Esprimi l-ħsibjiet negattivi b’mod ppożittiv. M’hemm xejn ħażiin billi tkun irrabjat, iżda fl-istess ħin trid turi rispett. • Kun pożittiv rigward ir-reazzjonijiet li tirċieviv – Aċċetta l-kumplimenti b’eleganza, tgħallem mill-iżbalji tiegħek, itlob għajnuna meta jkollok bżonn. • Trid titgħallem tgħid “le” – Kun konxju mil-limiti tiegħek u tħallix lil ħaddieħor jisfruttak. Fittex alternattivi sabiiex b’hekk kulħadd iħossu tajjab dwar r-riżultat.
  • 11. Oqgħod attent mil-lingwaġġ (fiżiku) tiegħek Kollha kemm aħna nużaw il-lingwaġġ fiżiku fil-komunikazzjoni normali ta’ kuljum. Il-lingwaġġ fiżiku huwa proċess ta’ komunikazzjoni mhux verbali, jiġifieri permezz ta’ espressjonijiet tal-wiċċ, mossi, il-qagħda u anke l-moviment tal-idejn. Meta titkellem ma’ persuni oħrajn, minħabba tensjoni jew sempliċement minħabba n-nuqqas ta’ prattika, tista’ tkun qed tgħid xi ħaġa waqt li l-atteġjament fiżiku tiegħek ikun qed jgħid xi ħaġa kompletament differenti. Jekk tagħti attenzjoni partikolari lit-titjib tal-lingwaġġ fiżiku tiegħek, tkun tista’ ttejjeb b’mod konsiderevoli l-impatt ta’ preżentazzjoni. Meta tuża ġestikulazzjoni bl-idejn jew kwalunkwe imġiba oħra li ttejjeb preżentazzjoni, tirrealizza li mhux se jirnexxielek tikseb il-fiduċja tal-interlokuturi tiegħek kollha f’daqqa. Dan jieħu ż-żmien, u għandek bżonn prattika u dedikazzjoni biex tibqa’ ttejjeb il-metodi tiegħek kull darba li tikkomunika.
  • 12. Oqgħod attent mil-lingwaġġ (fiżiku) tiegħek Kuntatt viżwali Kuntatt viżwali tajjeb jgħin sabiex tinkiseb u tinżamm l-attenzjoni tal- udjenza u sabiex jinkiseb rapport magħha. Tħarisx l-isfel, b’mod vag fl- ispazju jew fuq l-irjus tan-nies – agħmel kuntatt viżwali sinifikanti mal-membri tal-udjenza. Moviment u ċaqlilq żejjed Toqgħodx tiċċaqlaq u tagħmel moviment mhux meħtieġ b’mod li juri li int nervuż, jiġifieri li toqgħod tilgħab b’xagħrek jew titbandal min-naħa għall-oħra.
  • 13. Oqgħod attent mil-lingwaġġ (fiżiku) tiegħek Espressjonijiet tal-wiċċ It-tbissim huwa espressjoni pożittiva tal-wiċċ li jgħin biex jirrilassa lilek u lill-udjenza, iżda evita enfasi żejda. Minbarra li jtik dehra kalma u rilassata, it-tbissim fil-fatt jirrilaxxa fis-sistema nervuża tiegħek sustanzi kimiċi ta’ “kuntentizza” li huma ta’ għajnuna biex tħossok tajjeb.     Il-qag da tal- isemħ ġ Qagħda tajba hija ta’ importanza kruċjali biex tidher professjonali, billi din tesprimi fiduċja u tgħin fil-projjezzjoni tal-vuċi tiegħek. Evita li titmejjel fuq ġenb wieħed, li torbot idejk jew toqgħod b’riġlejk fuq xulxin, u tagħtix daharek lill-udjenza.
  • 14. Il-kontroll tat-tensjoni / ansjetà Bosta persuni jħossuhom stressjati jekk jitkellmu quddiem grupp ta’ persuni jew jibżgħu li xi ħadd jidħak minħabba xi żball li jistgħu jagħmlu quddiem udjenza. Huwa naturali li wieħed iħossu nervuż qabel ma jagħmel preżentazzjoni jew qabel ma jkollu jitkellem fil-pubbliku. Jekk tiġi mmaniġġjata tajjeb, it-tensjoni tista’ tgħinek fl- iżvolġiment tal-preżentazzjoni, iżda min-naħa l- oħra, jekk ma tiġix ikkontrollata b’mod tajjeb, jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-preżentazzjoni. Aħbar tajba… jeżistu bosta tekniki li jistgħu jintużaw biex tiġi kkontrollata t-tensjoni u wieħed jista’ jitgħallimhom u jiżviluppahom sabiex b’hekk ikun jista’ jużahom meta jkun meħtieġ.
  • 15. Tekniki għall-kontroll tat-tensjoni Ipprattika Ipprattika l-preżentazzjoni tiegħek kemm jista’ jkun possibbli. Dan tista’ tagħmlu waħdek quddiem mera, ma’ membri oħrajn tal-grupp tiegħek jew billi tuża lil sħabek u l-familja bħala udjenza. Dan jgħinek tkun iktar ippreparat u jkattar il-fiduċja tiegħek. Xejn ma jikkalma t-tensjoni daqs il-fiduċja li wieħed jista’ jikseb mill-fatt li jħossu ppreparat.
  • 16. Tekniki għall-kontroll tat-tensjoni Ipprepara, ipprepara, ipprepara Fil-jum tal-preżentazzjoni, kun ippreparat kemm jista’ jkun possibbli sabiex b’hekk tħossok li għandek il-kontroll tas-sitwazzjoni. Preparazzjoni tajba tinkludi li tasal fil-post tal-preżentazzjoni kemm jista’ jkun kmieni u tivverifika li għandek in- noti u l-għajnuniet viżivi kollha f’posthom qabel ma tasal. Jekk tkun se tuża kompjuter u projjettur fil- preżentazzjoni tiegħek, dejjem huwa tajjeb li tagħmel verifika finali biex tiżgura li kollox qed jaħdem tajjeb.
  • 17. Tekniki għall-kontroll tat-tensjoni Tgħaġġilx Minħabba t-tensjoni tista’ tispiċċa tgħaġġel iżżejjed fil-preżentazzjoni. Jekk tkun nervuż jew titkellem tgħaġġel minnek, jeżistu diversi modi kif tista’ taffronta din is-sitwazzjoni: • Agħmel eżerċizzji ta’ respirazzjoni • Ipprepara introduzzjoni tajba ħafna, billi dan jgħinek tiżviluppa l-fiduċja mill-bidu nett • Tkellem iktar bil-mod milli f’konverżazzjoni normali • Staqsi lilek innifsek – dak li qed ngħid jagħmel sens?
  • 18. L-aħjar suġġerimenti 1. Jekk tħoss it-tensjoni tiżdied, ikkunsidra s-suġġerimenti ta’ hawn fuq. Tista’ taħseb ukoll dwar il-persuni li jkunu qed ikellmuk. Xi darba kienu fl-istess pożizzjoni tiegħek u rnexxielhom jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom. 2. Ikkunsidra li tagħmel vidjow tas-“sessjoni ta’ prattika” li jmiss tal-preżentazzjoni tiegħek, bil-ħoss mitfi, sabiex b’hekk tiffoka kompletament fuq il-lingwaġġ fiżiku tiegħek. 3. Jeżistu bosta persuni li twieldu b’entużjażmu u kariżma naturali, iżda kulħadd jista’ jipprova jtejjeb il-lingwaġġ fiżiku tiegħu. Dan huwa mod tanġibbli li bih kwalunkwe persuna tista’ ttejjeb il-livell ta’ preżentazzjoni li tkun qiegħda tagħti, bir-riżultat li l-unika biċċa xenografija li tkun meħtieġa hija inti nnifsek.
  • 19. L-aħjar suġġerimenti 4. Id-daħk jirrilaxxa endorfini li jistgħu jgħinu fit-tnaqqis tal-istress u l-ansjetà. Il-parti l-kbira tal-persuni jħobbu jidħku u jħossuhom miġbudin lejn persuna li jirnexxielha ddaħħaqhom. Tibżax tuża l-umoriżmu, iżda kun żgur li l-umoriżmu tiegħek ikun xieraq għas-sitwazzjoni partikolari. Uża l-umoriżmu tiegħek biex telimina t-tensjoni bejnek u l- udjenza, biex telimina l-ostakli u tikseb is- simpatija tal-oħrajn. Jekk tuża umoriżmu xieraq, tagħti impressjoni li inti persuna kariżmatika. Hin li tixgħel l-umoriżmu