SlideShare a Scribd company logo
1 of 61
Dan il-programm ġie ffinanzjat bl-għajnuna
tal-Kummissjoni Ewropea
Intrapriża Kreattiva
Modulu 1
X’inhi intrapriża?
It-terminu “intrapriża” għandu żewġ tifsiriet komuni.
1. L-ewwel nett, it-terminu intrapriża huwa sempli ement isemċ
ie or g al negozju jew riskju kummer jaliħ ħ ċ , pereżempju
negozji ġodda u negozi oħrajn... bħall-“intrapriża ta’ Simon Cowell”.
2. It-tieni nett - u forsi din hija t-tifsira l-iktar importanti - l-aġġettiv
“intraprendenti” jintu a b’riferiment g al persuna, ji ifieriż ħ ġ
persuna intraprendenti.
3. Persuna intraprendenti hija waħda li turi ħiliet u attitudnijiet
partikolari, pereżempju taħseb b’mod kreattiv, tkun determinata u
jkollha l-kapaċità li ssolvi l-problemi.
Għaliex għandek tibda negozju?
Mhux kull persuna żagħżugħa tixtieq tibda
n-negozju tagħha, iżda kull persuna
żagħżugħa tixtiequ tikseb suċċess fil-ħajja,
u tixtieq ikollha opportunitajiet biex tikseb
is-suċċess materjali u personali li
jistħoqqilha, minbarra s-sodisfazzjon li
jirriżulta mill-ilħuq ta’ objettiv. Wieħed
għandu jenfasizza u jifhem il-fatt li
attitudni “inraprenditorjali”, anke jekk ma
jkollokx in-negozju tiegħek personali, tista’
tiggarantixxi suċċess.
Għaliex għandek tibda negozju?
Bosta “artisti-imprendituri” mhux bilfors ikollhom l-
intenzjoni li jibdew negozju.
Jista’ jkun li għall-ewwel jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-
professjoni tagħhom, iżda wara jkollhom jinvolvu ruħhom
f’ambjent kummerċjali sabiex ikunu jistgħu jagħmlu flus
biżżejjed biex ikomplu x-xogħol artistiku tagħhom, jew
ikollhom iħabbtu wiċċhom mas-suq kummerċjali biex
jikkomunikaw ma’ udjenza ikbar. Konsegwentement dawn l-
artisti imprendituri jkollhom jiżviluppaw ħiliet maniġerjali u
organizzattivi biex jiffaċilitaw ir-rendiment u l-promozzjoni
ta’ xogħlhom (pereżempju, l-organizzazzjoni ta’
produzzjonijiet/kumpaniji tat-turs u l-fehim ta’ kwistjonijiet
dwar id-drittijiet tal-awtur u kwistjonijiet kuntrattwali).
Għaliex għandek tibda negozju?
L-amministrazzjoni ta’ negozju tista’ tikun
sfida eċċitanti u ta’ sodisfazzjon. Il-bidu ta’
negozju ġdid jista’ jikkostitwixxi impriża
entużjażmanti. Madankollu, bħal kull
impriża ġdida, tħaddan fiha riskji
potenzjali.
Jekk qed taħseb biex tibda negozju ġdid,
huwa importanti li tiżen il-vantaġġi u l-
iżvantaġġi potenzjali kollha.
• Indipendenza • Taqgħmel qligħ mill-ħiliet
kreattivi u l-għarfien
tiegħek
• Suċċess personali • Bilanċ itjeb bejn ix-xogħol u
l-ħajja
• Benefiċċji finanzjarji • Opportunità fis-suq
• Ma jkollok ħadd li
jikkmandak
• Libertà kreattiva
• Tista’ tagħmel dak li
jinteressak
• Flessibbiltà fit-tqassim tas-
sigħat tax-xogħol
• Ħolma kbira tista’ ssir
realtà
Il-benefiċċji li tibda negozju ġdid
Id-diffikultajiet meta tibda negozju
Jeżistu għadd ta’ raġunijiet vantaġġjużi sabiex
tibda negozju ġdid, iżda għandek tkun konxju
mill-iżvantaġġi fl-istadji tal-bidu ta’ impriża
bħal din. Li tkun taf l-iżvantaġġi jgħinek tħejji
rimedji għall-problemi li tista’ tiltaqa’
magħhom.
•Inti l-uniku responsabbli
•Dħul mhux iggarantit
•Pressjoni finanzjarja
•Stress u inkwiet
•Riskju ta’ falliment
•Sigħat twal ta’ xogħol
L-ostakli għall-bidu ta’ negozju
Jistgħu jeżistu bosta ostakli għat-tnedija ta’
negozju – uħud huma personali, bħal attitudni
negattiva jew biża’, waqt li oħrajn jistgħu jinħolqu
minn persuni oħrajn – jgħidulek li idea mhijiex
fattibbli, li hija ħela ta’ ħin, li mhux se tibqa’
valida għal żmien twil, li mhux se tibqa’
kompetittiva jew li mhux se tħalli qligħ...fi kliem
ieħor, li se tfalli!
Imprendituri żgħażagħ dejjem iktar ta’ spiss
qegħdin jisfidaw il-klima ekonomika diffiċli u
jegħlbu l-biża’ li jfallu biex jibdew negozju
tagħhom stess. Madankollu, minkejja din it-
tendenza pożittiva, huwa iktar probabbli li ż-
żgħażagħ jipperċepixxu l-ostakli għat-tnedija ta’
negozju ġdid mill-bqija tal-popolazzjoni.
L-ostakli għall-bidu ta’ negozju
Biex l-intraprenditorija tiġi promossa fost iż-
żgħażagħ, huwa ta’ importanza kruċjali li wieħed
jipprova jifhem id-diffikultajiet u l-isfidi li dawn iż-
żgħażagħ iħabbtu wiċċhom magħhom meta
jippruvaw jibdew u jippromwovu n-negozju
tagħhom. Dan huwa essenzjali sabiex b’hekk l-
appoġġ li toffrilhom ikun imfassal fuq il-ħtiġijiet
tagħhom.
Waqt li ż-żgħażagħ jikkostitwixxu sezzjoni differenti
tal-popolazzjoni, billi jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi
differenti, huma bosta dawk li jaħsbu li jeżistu xi
raġunijiet komuni li jżommu lil dawn il-persuni milli
jibdew negozju ġdid – dawn jinkludu l-esperjenza
limitata fid-dinja tax-xogħol, netwerks ta’ kwalità
baxxa, għarfien u ħiliet limitati, u aċċess limitat
għall-kapital.
L-ostakli għall-bidu ta’ negozju
• Nuqqas ta’ għarfien
• Nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji
• Biża’ ta’ falliment
• Netwerks soċjali limitati
• Nuqqas ta’ fiduċja/awtostima baxxa
• Nuqqas ta’ ħin
Ideat li ġew irrifjutati minn Dragon’s Den qabel ma
kisbu suċċess kbir…
Shaun Pulfrey Tangel Teezer
Ideat li ġew irrifjutati minn Dragon’s Den qabel ma
kisbu suċċess kbir…
Rachel Lowe Destination Game
Ideat li ġew irrifjutati minn Dragon’s Den qabel ma
kisbu suċċess kbir…
James Nash Cup ’a’ Wine
Ideat li ġew irrifjutati minn Dragon’s Den qabel ma
kisbu suċċess kbir…
Rob Law Trunki
Apprezza l-falliment u erġa’ oħloq possibilitajiet li
jwasslu għal proġetti, negozju, edukazzjoni..
Li wieħed jidħol u joħroġ mid-dinja tan-
negozju hija parti integrali mill-ħajja ta’
imprenditur, iżda bosta drabi dan jitqies
bħala “falliment”. Ippromwovi l-idea li l-
falliment huwa pedament neċessarju
għall-iżvilupp ta’ ħiliet u biex titgħallem.
Attitudni bħal din għandha tkompli
tinkoraġġixxi dawk l-imprendituri
żgħażagħ li jabbandunaw proġett, l-
edukazzjoni jew negozju, biex ma jaqtgħux
qalbhom u jerġgħu jibdew mill-ġdid.
Imprendituri mudell li għaddew
mill-esperjenza ta’ falliment
…..
Vera Wang ma rnexxilhiex tintgħażel
mat-tim Olimpiku tal-figure skating tal-
Istati Uniti. Wara saret editur tar-
rivista Vogue u ma ngħatatx il-
pożizzjoni ta’ editur ewlieni tar-rivista.
Bdiet tiddisinja lbiesi tat-tieġ fl-età ta’
40 sena u llum hija waħda mid-
disinjaturi ewlenin fl-industrija tal-
moda, b’negozju li jiswa’ iktar minn
biljun Dollaru Amerikan.
Walt Disney tkeċċa minn editur ta’
gazzetta minħabba l-fatt li “ma kellux
immaġinazzjoni u lanqas ideat
tajbin”.
Bosta intrapriżi oħrajn tiegħu fallew
qabel l-ewwel wirja tal-film tiegħu
"Snow White." Illum, it-tfulija ta’
bosta persuni ma tkunx l-istess
mingħajr l-ideat ta’ Disney.
Steven Spielberg ġie rrifjutat bosta
drabi mill-Università ta’ Southern
California School of Cinematic
Arts. Wara, fl-1975, ħalaq “Jaws”, l-
ewwel film ta’ suċċess kbir għall-
istaġun tas-sajf, u rebaħ tliet premji
Oscar. Films oħra leġġendarji li
dderieġa jinkludu “Jurassic Park”,
“Munich”, “Saving Private Ryan”,
“Schindler’s List”, “Indiana Jones”,
“Catch Me If You Can” u “E.T”.
Albert Einstein kellu xi diffikultà bħala
tifel biex jikkomunika u jitgħallem
b’mod tradizzjonali. Bla dubju ta’ xejn,
il-problemi ta’ komunikazzjoni u mġiba
ta’ Einstein ma kinux sinjal ta’ nuqqas
ta’ intelliġenza. Rebaħ il-premju Nobel
fil-Fiżika għall-iskoperta tal-effett
fotovoltajku, u t-teorija speċjali tiegħu
dwar ir-relatività kkoreġiet in-
nuqqasijiet tal-Fiżika bbażat fuq il-
kunċetti ta’ Newton.
Oprah Winfrey tkeċċiet mill-ewwel
impjieg tagħha bħala ġurnalista fil-
qasam tax-xandir televiżiv
minħabba l-fatt li “ma kinitx
tinqala’ għat-Televiżjoni”. Iżda
Winfrey ma qatgħetx qalbha u
kompliet tistinka sakemm saret ir-
reġina assoluta tat-talk shows
televiżivi qabel ma bniet imperu
medjatiku. Illum huwa stmat li
tiswa madwar $2.9 biljun.
L-għalliema ta’ Thomas Edison
qalulu li kien “stupidu wisq biex
jitgħallem xi ħaġa”.
Edison spiċċa l-proprjetarju ta’ iktar
minn 1,000 privattiva u vvinta xi
apparati li bidlu d-dinja, bħall-
fonografu, lampa tal-elettriku
prattika, u kamera tal-films.
Modi kif tista’ tegħleb l-ostakli
• Attendi workshops ta’ industrija kreattiva u
avvenimenti ta’ netwerking
• Sir membru ta’ negozju jew organizzazzjoni
ta’ għajnuna tal-industrija
• Rawwem netwerks, jew tkellem ma’
proprjetarji ta’ negozju
• Aqra pubblikazzjonijiet relatati man-
negozju/intraprenditorija
• Sir memebru ta’ netwerks tal-midja soċjali
rilevanti
• Aċċedi għal vidjows/podcasts onlajn
relatati mad-dinja tan-negozju
Kif tista’ taffronta l-biżgħat tiegħek u tegħlibhom
Il-biżgħat tagħna għandhom il-qawwa li
jfixkluna u ma jħalluniex nippruvaw xi ħaġa
ġdida jew li nagħmlu dak li tassew nixtiequ
f’ħajjitna. Iżda jeżistu modi kif nistgħu
negħlbu dawn il-biżgħat, naċċettawhom, u
nkomplu fi triqtna biex nilħqu l-miri tagħna.
Kif tista’ tegħleb il-biża’ li tfalli
Għalkemm tista’ tinstema’ stramba, aħna
nitgħallmu ħafna iktar mill-fallimenti milli mis-
suċċessi tagħna. Minħabba l-iżbalji jkollna
nerġgħu naħsbu u nifformulaw ideat ġodda u
kreattivi, kif ukoll modi differenti kif
naffrontaw problema. Ħares lejn l-istorja ta’
kwalunkwe persuna li kisbet suċċess. Id-
diffikultajiet u l-fallimenti jikkostitwixxu
karatteristiċi ewlenin fil-vjaġġ tagħha.
U proprju minħabba l-fatt li dawn il-persuni
ta’ suċċess ma qatgħux qalbhom u baqgħu
ffukati fuq l-objettiv tagħhom illi kienu kapaċi
jegħlbu l-biża’ ta’ falliment u jilħqu l-miri
Kif tista’ teg leb il-bi a’ li tfalliħ ż
“Is-suċċess mhuwiex finali; il-falliment mhuwiex
fatali: l-importanti huwa l-kuraġġ li tkompli”
Winston Churchill, Prim Ministru Brittaniku
“Jekk il-bieraħ waqajt, illum erġa’ qum fuq saqajk”
H.G. Wells, kittieb
Kif tista’ teg leb il-bi a li tfalliħ ż
“Min qatt ma għamel żball qatt ma pprova xi ħaġa
ġdida”
Albert Einstein, fiżiku teoretiku
“Qabel ma tirnexxi, se ssofri telfa temporanja u xi
drabi tfalli kompletament. Huwa kif iġġib ruħek
f’dawn il-mumenti li verament jiddistingwik mill-
bqija"
Il-Barunessa Karren Brady,
Direttriċi sportiva, ambaxxatriċi tal-intrapriżi
żgħar
Kif teg leb il-bi a’ li timbarazza ru ekħ ż ħ
Il-mistħija hija l-biża’ li nidhru stupidi jew, biex
inkunu iktar preċiżi, li naħsbu li nidhru stupidi.
Nistgħu nikkonvinċu ruħna li nkunu ħriġna tal-
ikbar stupidu anke meta, skont l-oħrajn, dan
ma jkunx minnhu.
Dawn li ġejjin huma xi eżempji ta’ modi kif
nistgħu nittrattaw il-mistħija, biex
nimminimizzawha jew forsi nwarrbuha għal
kollox:
Kif teg leb il-bi a’ li timbarazza ru ekħ ż ħ
Inxteħet b’ruħek u b’ġismek fil-ħajja
Jekk taħtaf l-opportunitajiet li jiġuk fil-ħajja, il-
ħbieb u l-kollegi jammirawk għax jarawk bħala
wieħed kuraġġuż biżżejjed li tipprova u tieħu
riskji – irrispettivament mir-riżultat. U iktar
ma tiġi involut, iktar ikun faċli għalik li tegħleb
il-mistħija.
Kif teg leb il-bi a’ li timbarazza ru ekħ ż ħ
Ikkunsidra kull sitwazzjoni f’perspettiva usa’
Xi persuni jagħtu l-impressjoni li ma jistħu
minn xejn, meta probabbilment ikunu kapaċi
jaġġustaw l-imġiba tagħhom għas-
sitwazzjonijiet potenzjalment imbarazzanti li
jkunu fihom. Jifhmu li l-persuni dejjem se
jkollhom opinjonijiet differenti. M’hemmx
għalfejn tieqaf tinkwieta dwar dak li jaħsbu l-
oħrajn, iżda maż-żmien tista’ tiżviluppa ħiliet
ta’ adattament meta tħabbat wiċċek ma’
sitwazzjonijiet differenti.
Kif teg leb il-bi a’ li ti i mi udħ ż ġ ċħ
Għalkemm huwa faċli li tħossok offiż fuq livell personali
meta xi persuna tirrifjuta l-interess li turi fiha, bl-ebda mod
ma inti l-uniku wieħed li tinkwieta dwar dan il-fatt. U, bħal
meta tkun qed tbża’ li timbarazza ruħek, huwa ta’ għajnuna
li tikkunsidra s-stwazzjoni b’mod ġenerali u li tibqa’ pożittiv.
Taqtax qalbek
Jekk ħadd ma jipprova xejn minħabba l-biża’ li jiġi mwarrab,
id-dinja tieqaf iddur. Tikkompromettix il-valur tiegħek, u
titlifx opportunitajiet sempliċement minħabba l-fatt li
taħseb li probabbilment mhux se tirnexxi. Itlob l-opinjoni
ta’ ħaddieħor u ifhem ir-raġunijiet għaliex ġejt imwarrab.
Adotta approċċ pożittiv u malajr issib il-fiduċja biex tkompli
għaddej.
Kif teg leb il-bi a’ li ti i mi udħ ż ġ ċħ
“Hemm ħafna iktar ħut fl-ilma”.
“Meta jingħalaq bieb, jinfetaħ ieħor”
Dawn huma klixejiet magħrufin sew, iżda teżisti ħafna
verità fihom. U, bħall-falliment, ċaħda tipprovdilna l-
opportunità li nsaħħu l-karattru tagħna.
Għaliex ma tagħmilx lista ta’ affarijiet li tibża’ minnhom
u ta’ dak kollu li ostakolawk milli tagħmel? Jekk tagħti
isem u “ċċanfar” il-biżgħat tiegħek (mhux lilek iinnifsek)
tkun tista’ tegħlibhom meta jippruvaw iwaqqfuk, u dan
jista’ jgħinek tidentifika modi kif tiffoka fuq l-aspetti
pożittivi.
Ag el li ta ixxi b’mod kura uħż ġ ġġ ż
“Għandek il-kuraġġ li tillibera t-teżori li hemm
moħbijin fik?"
 
Il-parti l-iktar diffiċli biex tibda u tippromwovi l-
inrtapriża tiegħek huwa li temmen fik innifsek. Bosta 
persuni għandhom ideat tajbin, iżda l-parti kbira 
minnhom qatt ma jaġixxu biex iwettquhom għax ma 
jafux kif jafdaw l-intuwitu tagħhom. 
Ag el li ta ixxi b’mod kura uħż ġ ġġ ż
Bosta persuni fallew iktar drabi milli rnexxew, iżda maż-
żmien irnexxielhom jibnu l-kuraġġ meħtieġ biex jibqgħu 
jippruvaw. Biex temmen fil-kapaċità tiegħek li twettaq 
impriżi kbar – kemm, pereżempju, jekk tiftaħ studjow 
taż-żfin kif ukoll jekk tiżviluppa strateġija kummerċjali 
mill-bidu nett – trid tibda billi temmen fil-kapaċità 
tiegħek li tagħmel affarijiet żgħar iżda, xi drabi, iktar 
diffiċli. 
 
Ag el li ta ixxi b’mod kura uħż ġ ġġ ż
Akkwista kuraġġ mill-iżgħar suċċessi li tikseb. 
Dawn is-suċċessi huma importanti! Fittex dan 
il-kuraġġ fil-mumenti apparentement komuni 
ta’ ħajtek. Wara, uża l-fiduċja li tkun ksibt 
b’dan u aġixxi. Tkellem, taqbilx ma’ kull 
argument, agħmel il-mistoqsija li kulħadd qed 
jibża’ jagħmel. Iktar ma tipprattika l-
applikazzjoni tal-kuraġġ tiegħek, iktar issir 
kuraġġuż.
Agħżel li tkun kurjuż pjuttost milli beżżiegħi
Aħna ngħixu f’dinja li għandha t-tendenza tkejjel il-
kwalitajiet tagħna skont ir-riżultati, li jistgħu 
jiskoraġġixxu proċess u l-esperimentazzjoni. Il-biża’ li 
dak li għamilt mhuwiex biżżejjed meta mqabbel mal-
isforzi tiegħek irażżan bosta minna milli noħolqu xi 
ħaġa ġdida.
 
Li tgħix b’mod kreattiv ifisser li tgħix ħajja iktar 
xprunata mill-kurjożità milli mill-biża’. Aħna nitgħallmu 
nafdaw l-ansjetajiet tagħna fi stadju bikri ta’ ħajjitna, 
meta nkunu tfal. Pereżempju, jista’ jkun li meta kont l-
iskola tgħallimt iddoqq il-vjolin, iżda trażżant milli 
tiżviluppa l-interess veru tiegħek, jiġifieri li ddoqq il-
kitarra elettronika, minħabba l-fatt li għall-familja 
tiegħek l-ambjent tal-mużika klassika kien iktar 
aċċettabbli.
Agħżel li tkun kurjuż pjuttost milli beżżiegħi
Iżda meta nikbru, għandna t-tendenza 
nitgħallmu l-valur tal-vulnerabbiltà. 
Pereżempju, ibda tgħallem iddoqq il-kitarra 
elettronika, u ssib li kapaċi tiskopri possibilità 
kreattiva ġdida. Għall-ewwel issib id-dixxiplina 
ġdida diffiċli. 
Iżda bħala prinċipjant terġa’ tiskopri xi jfisser li 
tipproduċi mingħajr il-pressjoni li tilħaq livell 
eċċellenti. Dan huwa preċiżament dak li l-
imprendituri jeħtieġu jagħmlu iktar, inkella 
ma jkunux qed jisfruttaw kwantità enormi ta’ 
enerġija kreattiva. 
iliet u g arfien fil-qasam tan-negozjuĦ ħ
Biex tiġġestixxi negozju b’mod tajjeb teħtieġ firxa 
ta’ ħiliet u għarfien. Huwa utli li tikkunsidra l-ħiliet 
intraprenditorjali (ara l-Modulu 2: Jiena bħala 
persuna kreattiva) kif ukoll il-ħiliet u l-għarfien fil-
qasam tan-negozju (ara d-dijagramma ta’ hawn 
taħt).  
 
•Prodott 
•Kummerċjalizzazzjoni
•Operazzjonijiet
•Kwistjonijiet legali
•Persuni
•Finanzi
iliet u g arfien fil-qasam tan-negozjuĦ ħ
Skont riċerka, il-perċezzjoni taż-żgħażagħ tan-
nuqqas ta’ ħiliet tagħhom fil-qasam tan-negozju 
tikkostitwixxi ostaklu ewlieni biex jibdew negozju. 
Madankollu, il-parti l-kbira tal-għarfien u l-ħiliet 
meħtieġa jinkisbu mill-esperjenza.  
ilietĦ
fin-
negozju
Ħiliet & għarfien fil-qasam tal-
finanzi
•Ipprezzar
•Flus ta’ flus/ġestjoni ta’ flus
•Kontabilità
•Taxxa u VAT
Ħiliet u għarfien dwar il-
prodotti
•Ġenerazzjoni ta’ ideat
•Żvilupp ta’ prodotti
•Proprjetà intellettwali
Ħiliet & għarfien fil-
kummerċjalizzazzjoni
•Riċerka dwar is-suq
•Promozzjoni
•Kura tal-klijenti
•Bejgħ
Ħiliet u għarfien legali &
dwar l-operazzjonijiet
•Produzzjoni
•Kisba ta’ provvisti mis-
sorsi
•Assigurazzjoni
•Saħħa & sigurtà
•Ippjanar ta’ negozju
Ħiliet & għarfien dwar
il-persuni
•Reklutaġġ
•Ġestjoni tal-persunal
•PAYE
L-i vilupp ta’ iliet fil-qasam tan-negozjuż ħ
1. Tkellem ma’ persuni involuti fil-qasam tan-negozju sabiex 
tkun tista’ titgħallem minnhom
2. Ikseb xi taħriġ, irreġistra f’kors biex tistudja oqsma 
speċifiċi li jkollok bżonn titjieb fihom
3. Sib xogħol bħala assistent / apprendist ta’ persuna 
involuta fil-qasam tan-negozju
4. Aqra kotba li jgħinuk tiżviluppa l-ħiliet intraprenditorjali 
tiegħek
5. Aqra artikli dwar in-negozji fil-gazzetti u rrifletti dwar il-
problemi u l-metodi tagħhom
6. Irrifletti dwar ħidma f’kollaborazzjoni – sib sieħeb li 
jikkumplimenta l-kwalitajiet u d-dgħufijiet tiegħek, minflok ma 
tidħol fid-dinja tan-negozju kompletament waħdek
7. Meta ssib xi diffikultà, analizza x’ġara u tejjeb il-ħila 
tiegħek li titgħallem mill-iżbalji.
Modi oħrajn kif jistgħu jiġu żviluppati ħiliet & 
għarfien fil-qasam tan-negozju:
• Korsijiet
• Forums onlajn
• Esperti fil-qasam tal-promozzjoni ta’ 
negozju
• Organizzazzjonijiet ta’ appoġġ
Korsijiet
Tista’ tiskopri li, minkejja l-kwalifiki tiegħek fil-
qasam tal-arti, xorta għandek “lakuni fil-ħiliet”.
1. Iddedika xi ħin biex tiddeċiedi liema huma 
l-ħiliet jew il-kwalifiki li m’għandekx u li teħtieġ. 
Jista’ jkun xieraq li tagħmel korsijiet ta’ Żvilupp 
Perosnali fis-suġġett tiegħek (pereżempju biex 
titgħallem dwar il-ġestjoni jew l-amministrazzjoni 
ta’ attivitajiet artistiċi), billi dan jista’ jżid l-
opportunitajiet ta’ xogħol frilans.
Korsijiet
2. Hemm mnejn tiskopri li t-tagħlim dwar 
kif tiddisinja siti web u apps, jew kif tuża 
softwer tal-immudellar 3D diġitali, 
(prototipar rapidu) 
stampar/sinterizzazzjoni 3D, jew tekniki 
tal-animazzjoni jista’ jkun rilevanti għall-
attivitajiet tiegħek. Huwa importanti li 
tiftakar li l-aġġornament tal-għarfien u l-
ħiliet tiegħek huwa proċess kontinwu.
Forums onlajn u siti web għall-arti 
kreattiva, l-arti tal-ispettaklu u dik diġitali
L-inizjattiva l-ġdida Creative Entrepreneurs (Imprendituri 
Kreattivi) għandha l-għan li tispira liż-żgħażagħ biex jibdew in-
negozju kreattiv tagħhom stess, u toffri pjattaforma onlajn 
mimlija pariri u riżorsi rilevanti għall-imprendituri ġodda fl-
oqsma tal-mużika, it-televiżjoni, id-disinn u t-teatru. Is-sit 
web jiġbor flimkien b’mod organizzat, f’post wieħed u għall-
ewwel darba, riżorsi, pariri u ideat relatati man-negozju li 
huma meħtieġa biex imprendituri prinċipjanti jniedu l-ideat 
kreattivi tagħhom. 
Żur is-sit web www.creativeentrepreneurs.com
Konsulenti kummerċjali
Il-konsulenti kummerċjali ta’ spiss huma komponent ewlieni 
biex jgħinu liż-żgħażagħ diżokkupati jibdew jaħdmu għal rashom 
u biex jidħlu fid-dinja tal-intrapriża. Ġie vverifikat li, b’mod jew 
ieħor, dawn il-konsulenti huma fattur ewlieni u konsistenti fis-
suċċess ta’ negozji ġodda mnedija minn żgħażagħ.  
• Ix-xogħol tipiku ta’ dawn il-konsulenti kummerċjali huwa li 
jħarrġu liż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta’ idea ta’ negozju (it-
trasformazzjoni minn idea għal realtà) billi jgħallmuhom il-ħiliet 
tagħhom fil-qasam tan-negozju, u jistgħu jipprovdu aċċess għal 
netwerks u riżorsi biex jgħinu lil dawn iż-żgħażagħ jibdew u 
jippromwovu n-negozju tagħhom. Jistgħu jikkostitwixxu wkoll 
sors importanti ta’ għajnuna emozzjonali. L-aġenziji jew l-
organizzazzjonijiet lokali bħal The Prince’s Trust jew Unltd 
għandhom konsulenti kummerċjali li jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ 
fl-esplorazzjoni tal-qasam tal-intrapriża.  
Billi l-imprendituri żgħażagħ tal-lum jagħmlu parti 
mill-hekk imsejħa ġenerazzjoni tan-“nattivi diġitali”, 
probabbilment għandhom vantaġġ fil-qasam tal-ħiliet 
diġitali.
Fatturi ta’ suċċess fin-negozju
Huwa importanti li nwarrbu l-idea 
persistenti u żbaljata li s-suċċess 
intraprenditorjali jirrigwarda 
esklużivament ħsieb innovattiv u ideat 
kompletament ġodda. 
Negozju ta’ suċċess huwa taħlita ta’ 
fatturi ewlenin rigward l-imprenditur(i) 
kif ukoll in-negozju nnifsu. 
L-Imprenditur
Mhuwiex possibbli li wieħed jistenna li biex
tikseb suċċess persuna għandu jkollha l-
karatteristiċi kollha li nassoċjaw ma’
imprenditur.
Iżda l-kombinazzjoni tal-fatturi l-iktar
importanti tista’ tgħinek tibni u tippromwovi
intrapriża ta’ suċċess.
•Determinazzjoni
•Motivazzjoni
•Ġestjoni tal-ħin
•Ippjanar
 
 
ATTIVITÀ
Is-suċċess... x’għamla għandu?
In-negozju
• Viżjoni
• Miri
• Domanda tas-suq
• Kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni
• Profitt u fluss ta’ flus
• Riżorsi
• Tim
•.
Valuri
Meta tkun qed tmexxi n-negozju
tiegħek stess, inti tkun f’pożizzjoni ta’
kontroll. Inti tiddeċiedi fuq xiex
għandek taħdem.
Ikollok l-opportunità li toħloq in-
negozju li tixtieq int – impriża li
tirrifletti tassew l-entużjażmu, il-
passjoni u l-valuri tiegħek.
Valuri
Waqt li l-profitabbiltà hija ta’ importanza
vitali għas-sopravvivenza u l-prosperità ta’
kwalunkwe negozju, huwa essenzjali li
inti tikkonforma n-negozju tiegħek u kif
tiġġestieh mal-valuri personali tiegħek.
•Grazzi għall-valuri tħossok verament ħaj u
timpenja ruħek b’passjoni f’dak li tkun qed
tagħmel, pereżempju tipprovdi servizz lill-
oħrajn; li tkun kreattiv jew innovattiv; li
tivvjaġġa, jew tinvolvi ruħek f’avventuri jew
impriżi ta’ skopertia
Il-valuri tiegħek jaffettwaw għadd ta’
oqsma:
• kif taħdem
• kif tixtieq li jintlaqa’ xogħlok
• kif tinteraġixxi mal-klijenti, mal-
fornituri u mal-finanzjaturi
Kif tiżgura li n-negozju tiegħek jibqa’ konformi
mal-valuri tiegħek
Jekk in-negozju li tibda, tiżviluppa u
tamministra jkun konformi mal-valuri
tiegħek, jirnexxilek tiġġestieh b’iktar
enerġija, impenn u entużjażmu.
Tkun iktar iddeterminat u innovattiv
fl-impenn tiegħek biex tegħleb l-isfidi
li jinħolqu fit-twaqqif u l-ġestjoni ta’
dan in-negozju.
Għaliex il-valuri huma daqshekk importanti?
Ikkunsidra l-valuri tiegħek bħala xorta ta’
radar biex tiskennja xogħlok u l-oqsma l-
oħra ta’ ħajtek, u agħraf liema huma dawk
l-affarijiet li qegħdin jipprovdulek sens
ġenwin ta’ sodisfazzjon u entużjażmu (kif
ukoll, bl-istess mod, dawk li mhumiex
qegħdin jirnexxu f’dan).
Jgħinuk biex:
1. Tivvaluta l-idea ta’ negozju tiegħek skont
kif tikkonforma mal-valuri tiegħek
2. Tibqa’ ispirat meta tittratta l-aspetti iktar
komuni u ordinarji ta’ negozju, jew meta
Għaliex il-valuri huma daqshekk importanti?
3. Tibqa’ ffukat u għaddej fi triqtek minkejja
l-fatt li tiġi offrut għażliet u opportunitajiet
differenti. Pereżempju, x’jiġri meta ma
jkollokx biżżejjed flus u joffrulek xi xogħol li
m’għandux eżattament x’jaqsam mal-pjan
tiegħek?
4. Tikkomunika r-raġuni għaliex xi ħadd
għandu jagħti attenzjoni lin-negozju tiegħek,
billi l-valuri tiegħek ta’ spiss jikkonformaw
ma’ dawk ta’ persuni oħrajn
Kisbiet
Libertà
Tinfluwenza lil persuni oħrajn
Indipendenza
Onestà
Tgħin lis-soċjetà
Tgħin lil persuni oħrajn
Tkabbir
Eżempji ta’ valuri:
Il-valuri u l-immaġni tal-marka tiegħek
Il-valuri tiegħek huma importanti wkoll fil-
bini ta’ marka u jridu jkunu konsistenti mal-
azzjonijiet tiegħek.
Jekk taġixxi b’mod li jmur kontra l-valuri li l-
klijenti tiegħek jistgħu jirrelataw magħhom,
dan jista’ jkollu konsegwenzi sinifikanti u
jista’ jkun ukoll kontroproduċenti.
.
Jista’ jkun li l-valuri personali tiegħek u l-valuri
tan-negozju tiegħek ma jaqblux.
Pereżempju:
jista’ jkun li għalik il-flus mhumiex daqshekk
importanti, iżda xorta huwa essenzjali li
tagħmel profitt biex tibni negozju
sostenibbli. Allura kif tista’ tuża l-valuri
personali tiegħek biex tispira, tiggwida u
tifforma n-negozju li tkun bnejt? Mod
wieħed kif tista’ tagħmel dan huwa li
tikkunsidra aspetti varji tal-ħajja
intraprenditorjali, u li taħseb dwar liema
wieħed mill-valuri tiegħek huwa l-iktar
importanti għal kull aspett.
.
Awguri
Irnexxilek tlesti l-Modulu 1

More Related Content

More from yeaproject

Module 6 le mix commercial
Module 6   le mix commercialModule 6   le mix commercial
Module 6 le mix commercialyeaproject
 
Module 5 faites vos recherches
Module 5   faites vos recherchesModule 5   faites vos recherches
Module 5 faites vos recherchesyeaproject
 
Module 4 quelle idée
Module 4   quelle idéeModule 4   quelle idée
Module 4 quelle idéeyeaproject
 
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
Module 3  etat d'esprit entrepreneurialModule 3  etat d'esprit entrepreneurial
Module 3 etat d'esprit entrepreneurialyeaproject
 
Module 2 moi créatif
Module 2  moi créatifModule 2  moi créatif
Module 2 moi créatifyeaproject
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fryeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it rightyeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your researchyeaproject
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big ideayeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative meyeaproject
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterpriseyeaproject
 

More from yeaproject (18)

Module 6 le mix commercial
Module 6   le mix commercialModule 6   le mix commercial
Module 6 le mix commercial
 
Module 5 faites vos recherches
Module 5   faites vos recherchesModule 5   faites vos recherches
Module 5 faites vos recherches
 
Module 4 quelle idée
Module 4   quelle idéeModule 4   quelle idée
Module 4 quelle idée
 
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
Module 3  etat d'esprit entrepreneurialModule 3  etat d'esprit entrepreneurial
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
 
Module 2 moi créatif
Module 2  moi créatifModule 2  moi créatif
Module 2 moi créatif
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fr
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it right
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your research
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big idea
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative me
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterprise
 

Module 1 creative enterprise