SlideShare a Scribd company logo
1 of 27
Entrepreneurial mind sets
Dan il-programm ġie ffinanzjat bl-
għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea
Ivverifika… agħmel riċerka
Modulu 5
Introduction to market research
Tista’ tikkonvinċi ruħek li l-idea tiegħek hija l-aqwa ħaġa li
qatt ġiet ivvintata … Qed nipprova naħseb x’parametru kien
jintuża biex jiġu mqabbla l-ideat fil-passat...xi ħadd għandu
xi idea?
Madankollu, jekk ma tagħmilx riċerka dwar jekk
hemmx domanda, jew anke jekk hemmx ħtieġa għan-
negozju tiegħek, jista’ jkun li tkun qed taħli ż-żmien.
Wara, meta tagħmel dan u tiskopri li d-dinja
effettivament tridek, ir-riċerka tkompli.
Introduction to market research
Trid tibda tagħmel riċerka dwar affarijiet bħal:
• fejn ħa tistabbilixxi n-negozju tiegħek
• xi spejjeż jinvolvi negozju ġdid
• minn fejn se tikseb il-flus li teħtieġ
• kif u fejn tista’ tippromwovi din l-idea brillanti
tiegħek
Xi ħaġa li għandek tiftakar?
Is-suppożizzjonijiet ma jaħdmux
f’dak li jirrigwarda r-riċerka.
Benefits of market research
• Klijenti
• Kompetituri
• Tendenzi tas-suq
• Riċerka sekondarja
• Riċerka primarja
Il-benefiċċji tar-riċerka dwar is-suq
• Informazzjoni utli dwar is-suq
• L-istabbiliment tal-livell tad-domanda
• Tgħin fit-tfassil apposta ta’ prodott/servizz
• Tgħin fit-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati
• L-iskoperta ta’ problemi potenzjali
• Tnaqqis fir-riskju
• Jistgħu jiġu identifikati opportunitajiet
Informazzjoni dwar l-udjenza - Riċerka dwar is-suq
Huwa importanti ħafna li tkun taf il-klijenti potenzjali tiegħek.
Qabel ma tibda taħseb dwar it-tnedija impriża kreattiva, jeħtieġ li
tiddefinixxi liema huwa s-suq destinatarju tiegħek. Huwa
essenzjali li jkollok bażi ta’ klijenti potenzjali identifikabbli b’mod
ċar għall-iżvilupp tal-idea ta’ negozju tiegħek. Huwa importanti
ħafna li żżomm dan is-suq destinatarju f’moħħok fl-istadji kollha
ta’ avventura kummerċjali, u dan huwa minnu b’mod speċjali
meta tkun għadek tibda.
Madankollu, għalkemm in-negozji li jirrigwardaw industriji oħrajn
l-ewwel jibdew billi jidentifikaw suq, il-pass li jmiss ikun li
tipproduċi prodott li jissodisfa domanda eżistenti – bosta artisti l-
ewwel joħolqu biċċa xogħol, u wara jippruvaw jikkultivaw udjenza
għal din il-biċċa xogħol partikolari. Sa ċertu punt, l-industrija tal-
mużika titqies bħala eċċezzjoni għal dan l-approċċ minħabba l-fatt
li l-kumpaniji l-kbar tad-diski, fil-parti l-kbira tagħhom, jiffukaw fuq
il-prodott, bir-riżulttat potenzjali li jostakolaw il-kreattività u l-
innovazzjoni.
Segmentazzjoni tas-suq
Meta tidentifika min huma l-klijenti tiegħek fis-suq,
huwa utli li taqsam is-suq fi gruppi jew segmenti ta’
klijenti. Dan jissejjaħ is-segmentazzjoni tas-suq.
Is-segmentazzjoni tas-suq tgħin fit-tfassil apposta ta’
attivitajiet u żżid il-probabbiltà ta’ suċċess. Tiffaċilita
wkoll is-sodisfazzjoni tal-ħtiġijiet jew tax-xewqat tal-
klijenti u tipprovdi fehim ikbar tal-klijenti fis-suq.
Is-swieq tal-konsumaturi li ta’ spiss
jinqasmu skont
Is-swieq kummerċjalii li ta’ spiss
jiinqasmu skont
• fatturi demografiċi bħal:
- età u sess
• fatturi soċjali bħal:
- stil ta’ ħajja
• tip ta’ negozju
• settur tal-industrija
• numru ta’ impjegati
Liema tip ta’ informazzjoni jeħtieġ li tkun taf?
• Min huma l-klijenti?
• Min huma l-klijenti – sess, età, post
• Ħtiġijiet u xewqat
• Imġiba onlajn
• Attitudnijiet/stili ta’ ħajja
• Attitudnijiet ta’ xiri – frekwenza, fejn, għaliex
Riċerka dwar il-kompetituri
Fost il-passi ewlenin li għandek tieħu meta tibda
negozju, wieħed mill-iktar kruċjali, iżda madankollu
wieħed li ta’ spiss jiġi injorat, huwa t-twettiq ta’
riċerka dwar il-kompetituri tiegħek.
Huwa pjuttost stramb li l-imprendituri ta’ spiss jinjoraw
din l-attività, minħabba l-fatt li mhux biss għandha l-
potenzjal li tilluminahom u timlihom bl-ispirazzjoni, iżda
tista’ tkun divertenti wkoll.
Riċerka dwar il-kompetituri
X’għandek tirriċerka
• Min
• X’ibiegħu
• It-taħlita kummerċjali tagħhom (jiġifieri ftehimiet
speċjali, promozzjonijiet, fejn jirreklamizzaw il-
prodotti tagħhom, eċċ)
• Il-punti tajbin u d-dgħufijiet tagħhom
• Struttura tal-ipprezzar
• Spazji li fihom joperaw, jiġifieri maħżen fiżiku, sit
web, maħżen elettroniku, midja soċjali, eċċ
Tendenzi ta’ riċerka fis-suq
Teknoloġija piraterija, kummerċ elettroniku, innovazzjoni
...............................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................
...........
Industrija tibdil mgħaġġel fil-moda/gosti mużikali, żieda fil-kompetizzjoni
.........................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................
....... Domanda żieda, tnaqqis
.................................................................................................................................................................................................................................................................................................................
.. Ekonomika kriżi ekonomika
.................................................................................................................................................................................................................................................................................................................
... Demografika rata ta’ twelid iktar baxxa, inqas żwiġijiet
.................................................................................................................................................................................................................................................................................................................
... Staġjunali klima, Milied, staġun turistiku
.................................................................................................................................................................................................................................................................................................................
...
Mudelli ta’ xiri xiri onlajn, inqas infiq
.................................................................................................................................................................................................................................................................................................................
..
Il-ħajja tal-prodotti introduzzjoni, tkabbir, maturità, deklin
.................................................................................................................................................................................................................................................................................................................
.. Attitudnijiet xiri etiku, għajxien iktar b’saħħtu
Tip ta’tendenza Eżempju
Kif tagħmel riċerka
Riċerka primarja
… Kun awtosuffiċjenti
•Stħarriġ
•Laqgħa individwali
•Grupp fokus
•Stħarriġ fuq Internet/posta elettronika
•Attendenza f’wirja, esibizzjoni jew
konferenza dwar il-kummerċ
•Osservazzjoni
•Xiri ta’ prodotti mhux magħrufa
•Esperjenzi/għarfien proprji
 
Riċerka sekondarja
… Diġà eżistenti
•Rapporti dwar ir-riċerka tas-suq
•Dejta dwar iċ-ċensimenti, bħal
www.nisra.gov.uk
•Direttorji ta’ kumpaniji
•Siti web, pamflets, rapporti tal-kompetituri
eċċ
•Rivisti & gazzetti
•Kotba u pubblikazzjonijiet
•Assoċjazzjonijiet u korpi kummerċjali
•Internet
www.yell.com
www.facebook.com
www.cso.ie
www.keynote.co.uk
www.gov.uk
Kif tagħmel riċerka
Ibda bi tfittxija fuq Google
Għandek tissorprendi ruħek bl-ammont ta’ informazzjoni li tista’ ssib dwar il-
kompetituri tiegħek b’sempliċi mistoqsija għal tfittxija onlajn miktuba tajjeb. L-
ewwel nett, tkun kapaċi taċċerta ruħek b’mod faċli dwar l-istat tal-
kummerċjalizzazzjoni diġitali tagħhom, u tkun tista’ tidentifika l-punt safejn
tasal l-ottimizzazzjoni tal-magna ta’ riċerka tagħhom. Tfittxija ftit iktar fil-fond
malajr tiżvela safejn tasal il-preżenza onlajn tagħhom u tgħinek twieġeb bosta
mill-mistoqsijiet magħmulin hawn fuq.
Kif tagħmel riċerka
Midja soċjali
Tant jeżistu negozji li jużaw il-midja soċjali bħala għodda ewlenija għall-
kummerċjalizzazzjoni u mezz ta’ involviment għall-klijenti tagħhom, li ta’ spiss
tkun tista’ titgħallem ħafna dwar il-kultura tal-kompetituri tiegħek permezz ta’
tfittxija żgħira fil-kontijiet soċjali tagħhom . Kun żgur li tivverifika l-ikbar numru
ta’ pjattaformi possibbli, mhux biss dawk l-iktar
ovvji. Facebook, Twitter, Instagram, u Pinterest huma pjattaformi ideali minn
fejn tibda.
Kif tagħmel riċerka
Ħwienet onlajn u portals b’portafoll
- Etsy, Axis, Bouf, Not on The High Street, eċċ huma siti fejn tista’ ssib artisti,
kreaturi ta’ prodotti u disinjaturi li jbiegħu prodotti b’mod dirett jew li
jirreklamizzaw xogħol biex jattiraw kummissjonijiet. Huwa importanti ħafna li
tesplora dawn is-siti bħala parti mir-riċerka tas-suq tiegħek biex tikseb idea
dwar il-prezzijiet tal-konkorrenza u dak li jkunu qegħdin joffru l-kompetituri
tiegħek.
Kif tagħmel riċerka
Fieri kummerċjali u swieq
– L-attendenza fil-fieri kummerċjali u s-swieq hija parti kruċjali mir-riċerka tas-
suq tiegħek – dan jgħinek tikseb idea dwar dak li jinteressa lin-nies, dak li
qegħdin jixtru u l-abitudnijiet tal-infiq tagħhom.
Kif tagħmel riċerka
Xiri bil-moħbi
– Wieħed mill-aħjar modi li bih tista’ tikseb idea dwar kompetitur huwa li
tilgħab daqxejn ta’ logħba msejħa “Il-Klijent Moħbi”... sewwa għidt li din l-
attività tista’ tkun divertenti! Kif probabbilment irnexxielek tirrealizza waħdek,
dan jinvolvi li tagħmilha ta’ kliejnt ta’ kuljum u perfettament regolari, u tuża
din is-sitwazzjoni ta’ identità moħbija biex tivverifika l-ikbar ammont ta’
informazzjoni possibbli dwar in-negozju.
Kif tagħmel riċerka
Kull ma għandek tagħmel hu li tistaqsi!
– Xi drabi s-soluzzjonijiet l-iktar sempliċi huma l-aħjar soluzzjonijiet, u din l-
attività bla dubju taqa’ taħt din il-kategorija. Il-parti l-kbira tal-persuni ma
japprezzawx il-valur li wieħed sempliċement jitlob l-opinjoni ta’ persuni oħrajn
dwar negozju. Illum, grazzi għal Internet, dan jista’ jsir faċilment. Agħmel
mistoqsijiet dwar negozju lil klijenti potenzjali, ħbieb, membri tal-familja u
fornituri.
Kun lest li tilqa’ reazzjonijiet u perspettivi oriġinali, billi persuni differenti
jistgħu jipprovduk b’suġġerimenti li ma tkunx ikkunsidrajt.
Kif tagħmel riċerka
Sir membru ta’ organizzazzjonijiet professjonali. In-netwerking u l-qari ta’
bullettini elettroniċi
jikkostitwixxu riżorsi importanti ta’ informazzjoni.
Ikseb esperjenza ta’ xogħol f’organizzazzjonijiet jew negozji involuti
fil-qasam tal-arti jew tad-disinn
– Dan jista’ jgħinek tifhem kif intrapriża soċjali jew negozju kummerċjali
jiġu amministrati. L-involviment attiv f’ambjent ta’ xogħol inkorporat
f’netwerks artistiċi usa’, li jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp ta’
kuntatti eċċ, jipprovdi opportunità kbira fil-qasam tar-riċerka. Din il-
kombinazzjoni tipprovdi wkoll lill-imprendituri potenzjali
b’opportunitajiet biex jitgħallmu permezz ta’ xogħol prattiku u biex
jirriflettu waqt li jkunu qed jagħmlu dan ix-xogħol, f’kuntest ta’ negozju.
Kif tagħmel riċerka
Kif tagħmel riċerka
ESPERJENZA TA’ XOGĦOL
Ta’ spiss ikun mistenni minnek li taħdem mingħajr ħlas, iżda uħud joffru
li jħallsu xi spejjeż. Organizzazzjonijiet differenti, bħal ċentri taż-
żgħażagħ amministrati mill-kunsilli lokali, joffru ammont standard għal
kull lejla ta’ xogħol lill-voluntiera, u ġeneralment il-galleriji tal-arti
jipprovdu ikla ta’ nofsinhar u joffru li jkopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.
Okkażjonalment, dan it-tip ta’ xogħol jista’ jwassal għal impjieg bi ħlas.
Madankollu, għadu dubjuż kemm wieħed jista’ jitkellem dwar “kultura
tal-volontarjat” fil-qasam tal-arti viżiva. Kun għaqli .. sib bilanċ bejn il-
possibbiltà li tikseb esperjenza prezzjuża mingħajr ma tiġi sfruttat.
Għodod onlajn ta’ tfittxija
In-nies x’qegħdin jgħidu dwarek u dwar il-kompetituri
tiegħek onlajn?
Hawn taħt hawn imniżżlin ftit eżempji ta’ għodod li tista’
tuża biex timmonitorja n-negozju u l-kompetituri tiegħek
onlajn. Permezz ta’ dawn l-għodod tkun tista’ ssir taf
jekk in-nies tkunx qiegħda titkellem dwar in-negozju
tiegħek, jew dwarek, fuq Internet. Jipermettulek ukoll li
tibqa’ aġġornat dwar l-attivitajiet soċjali u dwar iċ-
ċitazzjonijiet tal-kompetituri tiegħek.
Google Alerts
Google Alerts, għodda oħra mingħajr ħlas
u sempliċi, iżda utli, tibgħatlek bil-posta
elettronika ċitazzjonijiet ta’ kliem ewlieni
– pereżempju, isem in-negozju tiegħek
jew anke ċitazzjonijiet ta’ ismek stess.
Tista’ tużaha wkoll biex timmonitorja l-
kompetituri tiegħek billi tistabbilixxi alerts
għal isimhom & kliem ewlieni relatat.
Stabbilixxi n-numru ta’ alerts li trid int
biex tiġi ċċitat fuq bloggijiet, siti web, il-
paġni Facebook jew il-kontijiet Twitter ta’
persuni jew negozji oħrajn, jew fil-midja.
Żur is-sit web www.google.co.uk/alerts
Kif tagħmel riċerka
Google Analytics
Analiżi ta’ Google
Jekk tistabbilixxi sit għall-intrapriża ġdida
tiegħek, uża Google Analytics. Din l-għodda
tiskopri u tirraporta dwar it-traffiku tas-sit web
tiegħek u l-użu tagħha huwa mingħajr ħlas.
Għalkemm Google Analytics hija għodda li ġiet
iddisinjata biex tiskopri t-traffiku u d-dejta ta’
referenza, tista’ tgħinek ukoll tifhem aħjar l-
udjenza tal-blog tiegħek, u biex timmonitorja t-
traffiku lejn is-sit web tiegħek mill-istazzjonijiet
kollha tal-midja soċjali tiegħek. Liema huwa dak
il-materjal applowdjat li jinteressa biżżejjed lill-
qarrejja biex jikklikkjaw fuqu u jaraw fiex
jikkonsisti? Żur is-sit web
www.google.co.uk/analytics
Kif tagħmel riċerka
Google Trends
Ara t-tendenzi, id-dejta u l-
viżwalizzazzjonijiet l-iktar reċenti minn
Google. Skopri liema huma t-tendenzi
ewlenin qrib it-territorju tiegħek, f’reġjuni
differenti tad-dinja, u f’bosta lingwi. Dan
is-servizz huwa mingħajr ħlas.
Żur is-sit web www.google.co.uk/trends
Kif tagħmel riċerka
Facebook Insights
Fuq paġna Facebook ta’ negozju
(paġna “Like” mhux paġna “Friend”)
tkun tista’ taċċedi għal Facebook
Insights li hija għodda li tipprovdi
informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-
Paġna tiegħek. Din hija disponibbli
wara li tal-inqas 30 persuna jikklikjaw
“like” fuq il paġna tiegħek. Sib dejta
demografika dwar l-udjenza tiegħek,
skopri kif il-persuni qegħdin jiskopru u
jirreaġixxu għall-posts tiegħek. Żur is-
sit web www.facebook.com
Kif tagħmel riċerka
Awguri
Lestejt Modulu 5

More Related Content

More from yeaproject

Module 9 présenter une idée
Module 9   présenter une idéeModule 9   présenter une idée
Module 9 présenter une idéeyeaproject
 
Module 6 le mix commercial
Module 6   le mix commercialModule 6   le mix commercial
Module 6 le mix commercialyeaproject
 
Module 5 faites vos recherches
Module 5   faites vos recherchesModule 5   faites vos recherches
Module 5 faites vos recherchesyeaproject
 
Module 4 quelle idée
Module 4   quelle idéeModule 4   quelle idée
Module 4 quelle idéeyeaproject
 
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
Module 3  etat d'esprit entrepreneurialModule 3  etat d'esprit entrepreneurial
Module 3 etat d'esprit entrepreneurialyeaproject
 
Module 2 moi créatif
Module 2  moi créatifModule 2  moi créatif
Module 2 moi créatifyeaproject
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fryeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it rightyeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your researchyeaproject
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big ideayeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative meyeaproject
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterpriseyeaproject
 

More from yeaproject (18)

Module 9 présenter une idée
Module 9   présenter une idéeModule 9   présenter une idée
Module 9 présenter une idée
 
Module 6 le mix commercial
Module 6   le mix commercialModule 6   le mix commercial
Module 6 le mix commercial
 
Module 5 faites vos recherches
Module 5   faites vos recherchesModule 5   faites vos recherches
Module 5 faites vos recherches
 
Module 4 quelle idée
Module 4   quelle idéeModule 4   quelle idée
Module 4 quelle idée
 
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
Module 3  etat d'esprit entrepreneurialModule 3  etat d'esprit entrepreneurial
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
 
Module 2 moi créatif
Module 2  moi créatifModule 2  moi créatif
Module 2 moi créatif
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fr
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it right
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your research
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big idea
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative me
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterprise
 

Module 5 do your research

  • 1. Entrepreneurial mind sets Dan il-programm ġie ffinanzjat bl- għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea Ivverifika… agħmel riċerka Modulu 5
  • 2. Introduction to market research Tista’ tikkonvinċi ruħek li l-idea tiegħek hija l-aqwa ħaġa li qatt ġiet ivvintata … Qed nipprova naħseb x’parametru kien jintuża biex jiġu mqabbla l-ideat fil-passat...xi ħadd għandu xi idea? Madankollu, jekk ma tagħmilx riċerka dwar jekk hemmx domanda, jew anke jekk hemmx ħtieġa għan- negozju tiegħek, jista’ jkun li tkun qed taħli ż-żmien. Wara, meta tagħmel dan u tiskopri li d-dinja effettivament tridek, ir-riċerka tkompli.
  • 3. Introduction to market research Trid tibda tagħmel riċerka dwar affarijiet bħal: • fejn ħa tistabbilixxi n-negozju tiegħek • xi spejjeż jinvolvi negozju ġdid • minn fejn se tikseb il-flus li teħtieġ • kif u fejn tista’ tippromwovi din l-idea brillanti tiegħek Xi ħaġa li għandek tiftakar? Is-suppożizzjonijiet ma jaħdmux f’dak li jirrigwarda r-riċerka.
  • 4. Benefits of market research • Klijenti • Kompetituri • Tendenzi tas-suq • Riċerka sekondarja • Riċerka primarja
  • 5. Il-benefiċċji tar-riċerka dwar is-suq • Informazzjoni utli dwar is-suq • L-istabbiliment tal-livell tad-domanda • Tgħin fit-tfassil apposta ta’ prodott/servizz • Tgħin fit-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati • L-iskoperta ta’ problemi potenzjali • Tnaqqis fir-riskju • Jistgħu jiġu identifikati opportunitajiet
  • 6. Informazzjoni dwar l-udjenza - Riċerka dwar is-suq Huwa importanti ħafna li tkun taf il-klijenti potenzjali tiegħek. Qabel ma tibda taħseb dwar it-tnedija impriża kreattiva, jeħtieġ li tiddefinixxi liema huwa s-suq destinatarju tiegħek. Huwa essenzjali li jkollok bażi ta’ klijenti potenzjali identifikabbli b’mod ċar għall-iżvilupp tal-idea ta’ negozju tiegħek. Huwa importanti ħafna li żżomm dan is-suq destinatarju f’moħħok fl-istadji kollha ta’ avventura kummerċjali, u dan huwa minnu b’mod speċjali meta tkun għadek tibda. Madankollu, għalkemm in-negozji li jirrigwardaw industriji oħrajn l-ewwel jibdew billi jidentifikaw suq, il-pass li jmiss ikun li tipproduċi prodott li jissodisfa domanda eżistenti – bosta artisti l- ewwel joħolqu biċċa xogħol, u wara jippruvaw jikkultivaw udjenza għal din il-biċċa xogħol partikolari. Sa ċertu punt, l-industrija tal- mużika titqies bħala eċċezzjoni għal dan l-approċċ minħabba l-fatt li l-kumpaniji l-kbar tad-diski, fil-parti l-kbira tagħhom, jiffukaw fuq il-prodott, bir-riżulttat potenzjali li jostakolaw il-kreattività u l- innovazzjoni.
  • 7. Segmentazzjoni tas-suq Meta tidentifika min huma l-klijenti tiegħek fis-suq, huwa utli li taqsam is-suq fi gruppi jew segmenti ta’ klijenti. Dan jissejjaħ is-segmentazzjoni tas-suq. Is-segmentazzjoni tas-suq tgħin fit-tfassil apposta ta’ attivitajiet u żżid il-probabbiltà ta’ suċċess. Tiffaċilita wkoll is-sodisfazzjoni tal-ħtiġijiet jew tax-xewqat tal- klijenti u tipprovdi fehim ikbar tal-klijenti fis-suq. Is-swieq tal-konsumaturi li ta’ spiss jinqasmu skont Is-swieq kummerċjalii li ta’ spiss jiinqasmu skont • fatturi demografiċi bħal: - età u sess • fatturi soċjali bħal: - stil ta’ ħajja • tip ta’ negozju • settur tal-industrija • numru ta’ impjegati
  • 8. Liema tip ta’ informazzjoni jeħtieġ li tkun taf? • Min huma l-klijenti? • Min huma l-klijenti – sess, età, post • Ħtiġijiet u xewqat • Imġiba onlajn • Attitudnijiet/stili ta’ ħajja • Attitudnijiet ta’ xiri – frekwenza, fejn, għaliex
  • 9. Riċerka dwar il-kompetituri Fost il-passi ewlenin li għandek tieħu meta tibda negozju, wieħed mill-iktar kruċjali, iżda madankollu wieħed li ta’ spiss jiġi injorat, huwa t-twettiq ta’ riċerka dwar il-kompetituri tiegħek. Huwa pjuttost stramb li l-imprendituri ta’ spiss jinjoraw din l-attività, minħabba l-fatt li mhux biss għandha l- potenzjal li tilluminahom u timlihom bl-ispirazzjoni, iżda tista’ tkun divertenti wkoll.
  • 10. Riċerka dwar il-kompetituri X’għandek tirriċerka • Min • X’ibiegħu • It-taħlita kummerċjali tagħhom (jiġifieri ftehimiet speċjali, promozzjonijiet, fejn jirreklamizzaw il- prodotti tagħhom, eċċ) • Il-punti tajbin u d-dgħufijiet tagħhom • Struttura tal-ipprezzar • Spazji li fihom joperaw, jiġifieri maħżen fiżiku, sit web, maħżen elettroniku, midja soċjali, eċċ
  • 11. Tendenzi ta’ riċerka fis-suq Teknoloġija piraterija, kummerċ elettroniku, innovazzjoni ............................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................... ........... Industrija tibdil mgħaġġel fil-moda/gosti mużikali, żieda fil-kompetizzjoni ......................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................................... ....... Domanda żieda, tnaqqis ................................................................................................................................................................................................................................................................................................................. .. Ekonomika kriżi ekonomika ................................................................................................................................................................................................................................................................................................................. ... Demografika rata ta’ twelid iktar baxxa, inqas żwiġijiet ................................................................................................................................................................................................................................................................................................................. ... Staġjunali klima, Milied, staġun turistiku ................................................................................................................................................................................................................................................................................................................. ... Mudelli ta’ xiri xiri onlajn, inqas infiq ................................................................................................................................................................................................................................................................................................................. .. Il-ħajja tal-prodotti introduzzjoni, tkabbir, maturità, deklin ................................................................................................................................................................................................................................................................................................................. .. Attitudnijiet xiri etiku, għajxien iktar b’saħħtu Tip ta’tendenza Eżempju
  • 12. Kif tagħmel riċerka Riċerka primarja … Kun awtosuffiċjenti •Stħarriġ •Laqgħa individwali •Grupp fokus •Stħarriġ fuq Internet/posta elettronika •Attendenza f’wirja, esibizzjoni jew konferenza dwar il-kummerċ •Osservazzjoni •Xiri ta’ prodotti mhux magħrufa •Esperjenzi/għarfien proprji   Riċerka sekondarja … Diġà eżistenti •Rapporti dwar ir-riċerka tas-suq •Dejta dwar iċ-ċensimenti, bħal www.nisra.gov.uk •Direttorji ta’ kumpaniji •Siti web, pamflets, rapporti tal-kompetituri eċċ •Rivisti & gazzetti •Kotba u pubblikazzjonijiet •Assoċjazzjonijiet u korpi kummerċjali •Internet www.yell.com www.facebook.com www.cso.ie www.keynote.co.uk www.gov.uk
  • 13. Kif tagħmel riċerka Ibda bi tfittxija fuq Google Għandek tissorprendi ruħek bl-ammont ta’ informazzjoni li tista’ ssib dwar il- kompetituri tiegħek b’sempliċi mistoqsija għal tfittxija onlajn miktuba tajjeb. L- ewwel nett, tkun kapaċi taċċerta ruħek b’mod faċli dwar l-istat tal- kummerċjalizzazzjoni diġitali tagħhom, u tkun tista’ tidentifika l-punt safejn tasal l-ottimizzazzjoni tal-magna ta’ riċerka tagħhom. Tfittxija ftit iktar fil-fond malajr tiżvela safejn tasal il-preżenza onlajn tagħhom u tgħinek twieġeb bosta mill-mistoqsijiet magħmulin hawn fuq.
  • 14. Kif tagħmel riċerka Midja soċjali Tant jeżistu negozji li jużaw il-midja soċjali bħala għodda ewlenija għall- kummerċjalizzazzjoni u mezz ta’ involviment għall-klijenti tagħhom, li ta’ spiss tkun tista’ titgħallem ħafna dwar il-kultura tal-kompetituri tiegħek permezz ta’ tfittxija żgħira fil-kontijiet soċjali tagħhom . Kun żgur li tivverifika l-ikbar numru ta’ pjattaformi possibbli, mhux biss dawk l-iktar ovvji. Facebook, Twitter, Instagram, u Pinterest huma pjattaformi ideali minn fejn tibda.
  • 15. Kif tagħmel riċerka Ħwienet onlajn u portals b’portafoll - Etsy, Axis, Bouf, Not on The High Street, eċċ huma siti fejn tista’ ssib artisti, kreaturi ta’ prodotti u disinjaturi li jbiegħu prodotti b’mod dirett jew li jirreklamizzaw xogħol biex jattiraw kummissjonijiet. Huwa importanti ħafna li tesplora dawn is-siti bħala parti mir-riċerka tas-suq tiegħek biex tikseb idea dwar il-prezzijiet tal-konkorrenza u dak li jkunu qegħdin joffru l-kompetituri tiegħek.
  • 16. Kif tagħmel riċerka Fieri kummerċjali u swieq – L-attendenza fil-fieri kummerċjali u s-swieq hija parti kruċjali mir-riċerka tas- suq tiegħek – dan jgħinek tikseb idea dwar dak li jinteressa lin-nies, dak li qegħdin jixtru u l-abitudnijiet tal-infiq tagħhom.
  • 17. Kif tagħmel riċerka Xiri bil-moħbi – Wieħed mill-aħjar modi li bih tista’ tikseb idea dwar kompetitur huwa li tilgħab daqxejn ta’ logħba msejħa “Il-Klijent Moħbi”... sewwa għidt li din l- attività tista’ tkun divertenti! Kif probabbilment irnexxielek tirrealizza waħdek, dan jinvolvi li tagħmilha ta’ kliejnt ta’ kuljum u perfettament regolari, u tuża din is-sitwazzjoni ta’ identità moħbija biex tivverifika l-ikbar ammont ta’ informazzjoni possibbli dwar in-negozju.
  • 18. Kif tagħmel riċerka Kull ma għandek tagħmel hu li tistaqsi! – Xi drabi s-soluzzjonijiet l-iktar sempliċi huma l-aħjar soluzzjonijiet, u din l- attività bla dubju taqa’ taħt din il-kategorija. Il-parti l-kbira tal-persuni ma japprezzawx il-valur li wieħed sempliċement jitlob l-opinjoni ta’ persuni oħrajn dwar negozju. Illum, grazzi għal Internet, dan jista’ jsir faċilment. Agħmel mistoqsijiet dwar negozju lil klijenti potenzjali, ħbieb, membri tal-familja u fornituri. Kun lest li tilqa’ reazzjonijiet u perspettivi oriġinali, billi persuni differenti jistgħu jipprovduk b’suġġerimenti li ma tkunx ikkunsidrajt.
  • 19. Kif tagħmel riċerka Sir membru ta’ organizzazzjonijiet professjonali. In-netwerking u l-qari ta’ bullettini elettroniċi jikkostitwixxu riżorsi importanti ta’ informazzjoni.
  • 20. Ikseb esperjenza ta’ xogħol f’organizzazzjonijiet jew negozji involuti fil-qasam tal-arti jew tad-disinn – Dan jista’ jgħinek tifhem kif intrapriża soċjali jew negozju kummerċjali jiġu amministrati. L-involviment attiv f’ambjent ta’ xogħol inkorporat f’netwerks artistiċi usa’, li jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ kuntatti eċċ, jipprovdi opportunità kbira fil-qasam tar-riċerka. Din il- kombinazzjoni tipprovdi wkoll lill-imprendituri potenzjali b’opportunitajiet biex jitgħallmu permezz ta’ xogħol prattiku u biex jirriflettu waqt li jkunu qed jagħmlu dan ix-xogħol, f’kuntest ta’ negozju. Kif tagħmel riċerka
  • 21. Kif tagħmel riċerka ESPERJENZA TA’ XOGĦOL Ta’ spiss ikun mistenni minnek li taħdem mingħajr ħlas, iżda uħud joffru li jħallsu xi spejjeż. Organizzazzjonijiet differenti, bħal ċentri taż- żgħażagħ amministrati mill-kunsilli lokali, joffru ammont standard għal kull lejla ta’ xogħol lill-voluntiera, u ġeneralment il-galleriji tal-arti jipprovdu ikla ta’ nofsinhar u joffru li jkopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar. Okkażjonalment, dan it-tip ta’ xogħol jista’ jwassal għal impjieg bi ħlas. Madankollu, għadu dubjuż kemm wieħed jista’ jitkellem dwar “kultura tal-volontarjat” fil-qasam tal-arti viżiva. Kun għaqli .. sib bilanċ bejn il- possibbiltà li tikseb esperjenza prezzjuża mingħajr ma tiġi sfruttat.
  • 22. Għodod onlajn ta’ tfittxija In-nies x’qegħdin jgħidu dwarek u dwar il-kompetituri tiegħek onlajn? Hawn taħt hawn imniżżlin ftit eżempji ta’ għodod li tista’ tuża biex timmonitorja n-negozju u l-kompetituri tiegħek onlajn. Permezz ta’ dawn l-għodod tkun tista’ ssir taf jekk in-nies tkunx qiegħda titkellem dwar in-negozju tiegħek, jew dwarek, fuq Internet. Jipermettulek ukoll li tibqa’ aġġornat dwar l-attivitajiet soċjali u dwar iċ- ċitazzjonijiet tal-kompetituri tiegħek.
  • 23. Google Alerts Google Alerts, għodda oħra mingħajr ħlas u sempliċi, iżda utli, tibgħatlek bil-posta elettronika ċitazzjonijiet ta’ kliem ewlieni – pereżempju, isem in-negozju tiegħek jew anke ċitazzjonijiet ta’ ismek stess. Tista’ tużaha wkoll biex timmonitorja l- kompetituri tiegħek billi tistabbilixxi alerts għal isimhom & kliem ewlieni relatat. Stabbilixxi n-numru ta’ alerts li trid int biex tiġi ċċitat fuq bloggijiet, siti web, il- paġni Facebook jew il-kontijiet Twitter ta’ persuni jew negozji oħrajn, jew fil-midja. Żur is-sit web www.google.co.uk/alerts Kif tagħmel riċerka
  • 24. Google Analytics Analiżi ta’ Google Jekk tistabbilixxi sit għall-intrapriża ġdida tiegħek, uża Google Analytics. Din l-għodda tiskopri u tirraporta dwar it-traffiku tas-sit web tiegħek u l-użu tagħha huwa mingħajr ħlas. Għalkemm Google Analytics hija għodda li ġiet iddisinjata biex tiskopri t-traffiku u d-dejta ta’ referenza, tista’ tgħinek ukoll tifhem aħjar l- udjenza tal-blog tiegħek, u biex timmonitorja t- traffiku lejn is-sit web tiegħek mill-istazzjonijiet kollha tal-midja soċjali tiegħek. Liema huwa dak il-materjal applowdjat li jinteressa biżżejjed lill- qarrejja biex jikklikkjaw fuqu u jaraw fiex jikkonsisti? Żur is-sit web www.google.co.uk/analytics Kif tagħmel riċerka
  • 25. Google Trends Ara t-tendenzi, id-dejta u l- viżwalizzazzjonijiet l-iktar reċenti minn Google. Skopri liema huma t-tendenzi ewlenin qrib it-territorju tiegħek, f’reġjuni differenti tad-dinja, u f’bosta lingwi. Dan is-servizz huwa mingħajr ħlas. Żur is-sit web www.google.co.uk/trends Kif tagħmel riċerka
  • 26. Facebook Insights Fuq paġna Facebook ta’ negozju (paġna “Like” mhux paġna “Friend”) tkun tista’ taċċedi għal Facebook Insights li hija għodda li tipprovdi informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal- Paġna tiegħek. Din hija disponibbli wara li tal-inqas 30 persuna jikklikjaw “like” fuq il paġna tiegħek. Sib dejta demografika dwar l-udjenza tiegħek, skopri kif il-persuni qegħdin jiskopru u jirreaġixxu għall-posts tiegħek. Żur is- sit web www.facebook.com Kif tagħmel riċerka