1. Dan il-programm ġie ffinanzjat bl-għajnuna tal-
Kummissjoni Ewropea
X’hemm speċjali dwar din l-
idea?
Modulu 4
2. Ideat - Ideat - Ideat…
Togħġbok l’idea li taħdem għal rasek, iżda m’intix żgur
minn fejn għandek tibda?
Dan l-ewwel pass jista’ jkun l-iktar wieħed diffiċli għal
uħud li qed jaspiraw ikunu imprendituri, b’mod speċjali
jekk għalik mhuwiex proċess naturali li tiżviluppa ideat
ta’ negozju ġodda. F’dan l-istadju bikri, madankollu,
tgħabbix lilek innifsek b’limitazzjonijiet ta’ żmien jew ta’
flus – dawn għandhom jiġu iktar tard fl-istadju tal-
iżvilupp. Ħu gost u esplora l-possibilitajiet mingħajr
limitu, u ara safejn tista’ tasal jekk iżżomm moħħok
miftuħ.
3. Ideat - Ideat - Ideat…
It-tfittxija għall-idea ta’ negozju adatta għalik
tista tkun waħda diffiċli u frustranti. Il-firxa tal-
modi li bihom tista’ tiġi ġġenerata idea ta’
negozju hija wiesgħa ħafna u tista’ tinkludi:
• ir-reviżjoni ta’ sorsi ta’ informazzjoni
ppubblikati, bħal rivisti u gazzetti
• tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat (bħal
konfront ta’ ideat)
• delizzji
• interessi
• ħiliet
• kwalifiki
• esperjenza ta’ xogħol
4. Ideat - Ideat - Ideat…
Tista’ tiġik idea ta’ negozju fi kwalunkwe ħin,
għaldaqstant huwa importanti li toqgħod
attent għal kwalunkwe opportunità!
Sa tmiem dan il-modulu, kull persuna żagħżugħa
tkun użat firxa ta’ tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
biex tiġġenera idea kreattiva li tiġi żviluppata fil-
bqija tal-kors.
5. Developing
Ġenerazzjoni ta’
ideat – Skrinjar –
Żvilupp – Riċerka -
Ittestjar
ResearchTesting
Tnedija
Screening
1
Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea
2
3
4
5
6
6. Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea
Ġenerazzjoni ta’ ideat
Kif issib idea tajba ta’ negozju.
L-iskrinjar ta’ ideat
It-teħid tad-deċiżjoni dwar liema ideat
għandhom jiġu żviluppati u liema ideat
għandhom jiġu injorati. Ikkunsidrat liema idea:
•Tissodisfa bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tal-klijenti
•Tiġġenera l-ogħla profitt
•Hija l-iktar adatta għall-miri tan-negozju
•Hija teknikament vijabbli
•Tilħaq il-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq
1
2
7. Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea
L-iżvilupp ta’ idea
Dan jiddependi mill-prodott jew mis-servizz:
•L-iżvilupp ta’ prototip
•Il-ħolqien tad-disnn ta’ prodott
•Il-ħolqien tal-prodott
•L-iżvilupp tal-imballaġġ
•Id-deċiżjoni dwar isem il-prodott jew is-
servizz
•Il-kisba ta’ privattiva, id-dritt għad-disinn jew
trademark
3
8. Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea
Riċerka
Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar suq biex jiġi
ddeterminat jekk teżistix domanda għal prodott
jew servizz partikolari – ara l-Modulu 4:
Ivverifika... agħmel ir-riċerka tiegħek.
L-ittestjar ta’ idea
Permezz ta’ gruppi fokus, bl-għoti ta’ kampjuni
mingħajr ħlas, bl-attendenza f’fieri u swieq eċċ.
4
5
9. Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea
It-tnedija ta’ idea
It-tnedija ġeneralment tiġi sostnuta minn
attivitajiet xierqa ta’ kummerċjalizzazzjoni – ara
l-“Modulu 5: It-taħlita tal-
kummerċjalizzazzjoni” għal informazzjoni
dwar metodi promozzjonali.
6
10. Kif issib l-idea ta’ negozju adatta għalik
Il-valutazzjoni tal-ħiliet u l-esperjenza tiegħek, kif
ukoll l-esperjenza ta’ xogħol, l-għarfien prattiku, il-
ħiliet tekniċi, id-delizzji, il-kuntatti u l-isfond tal-
familja tiegħek tista’ tikkostitwixxi fattur
importanti biex tikseb suċċess fid-dinja tan-
negozju.
Bosta xogħlijiet żgħar li tagħmel f’darek jistgħu
jikkostitwixxu ideat biex tibda negozju, pereżempju
li tkabbar il-ħxejjex, it-tisjir, iż-żfin, li ssewwi l-
arloġġi jew magni, li tħit eċċ. L-interessi u d-delizzji
tiegħek jistgħu jipprovdulek ideat għal negozju
ġdid. Ir-rakkontar ta’ stejjer, it-tpinġija, is-smigħ ta’
mużika, it-tisjir ta’ kejks ... dawn huma kollha
delizzji li jstgħu jwasslu għal ideat ta’ negozju.
11. Huwa ta’ importanza
kruċjali li ssib l-idea tajba
ta’ negozju. L-idea tajba
ta’ negozju hija dik li hija
vijabbli, sostenibbli u
adatta għall-
proprjetarju(proprjetarji)
tan-negozju.
12. Kif issib l-idea ta’ negozju adatta għalik
Xi mistoqsijiet ewlenin li għandek tagħmel lilek
innifsek:
•Liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tat-tnedija ta’
negozju?
•Teżisti ħtieġa/domanda għall-prodott/servizz
tiegħi?
•Jiena entużjast biżżejjed dwar l-idea/negozju tiegħi?
•Għandi l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex
nirnexxi?
•Liema huma r-riżorsi li neħtieġ biex nibda n-
negozju?
•Jeżistu kompetituri?
•Hija finanzjarjament vijabbli?
13. L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat
Il-ġenerazzjoni ta’ ideat, jew l-att li tiġġenera ideat
ġodda u applikabbli, hija l-attività li tġi assoċjata l-iktar
ta’ spiss mal-ħsieb kreattiv. Jeżistu għadd ta’ metodi u
għodod li jistgħu jintużaw biex jixprunaw l-innovazzjoni
u l-kreattività sabiex l-individwi jiġu mgħejjuna fil-
proċess tal-ġenerazzjoni ta’ ideat. Il-konfront ta’ ideat
jikkostitwixxi waħda mit-tekniki l-iktar magħrufa.
14. L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat
It-TV, il-Midja & l-Internet
•Siti web ta’ finanzjament kollettiv, bħal
kickstarter.com, fundit.ie, icrowdfund.ie eċċ
•Bloggijiet
•Midja Soċjali (Pinterest, Instagram eċċ)
•Riċerka fuq Internet
•Siti web dwar ideat/invenzjonijiet ta’ negozju
•Studji ta’ każijiet ta’ kumpaniji jew ta’ ideat, bħal
rebbieħa ta’ kompetizzjonijiet u premijiet
15. L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat
Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
•Konfront ta’ ideat
•Viżjoni (li taħseb dwar dak li jista’ jkun meħtieġ fil-
futur)
Pubblikazzjonijiet
•Direttorji ta’ negozji
•Qari ta’ rivisti u gazzetti
•Pubblikazzjonijiet u rapporti ta’ industriji kreattivi
16. L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat
Oħrajn
•Osservazzjoni
•Btajjel u vjaġġar
•L-esperjenza ta’ xogħol/edukazzjoni tiegħek stess
•Delizzji u interessi
•Ħiliet u esperjenzi
•Franchises
•L-ilħuq ta’ ħtieġa
•L-iżvilupp ta’ idea/negozju eżistenti
•Is-soluzzjoni ta’ problema
•Teknoloġija
17. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Irrilassa ruħek, ippermetti li l-immaġinazzjoni tiegħek
timraħ mingħajr xkiel u fittex ideat ġodda!
18. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Fiex jikkonsisti l-konfront ta’
ideat?
Il-konfront ta’ deat iħeġġeġ lill-
persuni jiġġeneraw ħsibijiet u ideat li,
għall-ewwel, jistgħu jidhru pjuttost
anormali. Uħud minn dawn l-ideat
jistgħu jiġu ttrasformati
f’soluzzjonijiet oriġinali u kreattivi
għal problema partikolari, waqt li
oħrajn jistgħu jistimolaw iktar ideat.
Dan jgħin lill-persuni jiċċaqalqu u ma
jibqgħux jaħsbu bil-mod ta’ ħsieb
normali tagħhom.
19. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Għaliex għandu jsir konfront ta’ ideat?
Il-konfront ta’ ideat jipprovdi ambjent liberu u miftuħ li
jħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa. F’dan l-ambjent, ideat
pjuttost strambi mhux biss jintlaqaw, iżda jkomplu jiġu
żviluppati u l-parteċipanti kollha jiġu mħeġġa
jikkontribwixxu bis-sħiħ, waqt li jiġu mgħejjuna
jiżviluppaw firxa rikka ta’ soluzzjonijiet kreattivi.
Il-konfront ta’ ideat, meta jintuża għas-soluzzjoni ta’
problemi, jinvolvi b’mod attiv l-esperjenzi differenti tal-
membri tat-timijiet involuti. Iżid il-kwalità tal-ideat
esplorati, li jfisser li ta’ spiss tkun tista’ ssib soluzzjonijiet
aħjar għall-problemi li jkollok tħabbat wiċċek magħhom.
20. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Jista’ jgħinek ukoll biex tinvolvi lill-membri tat-timijiet fis-
soluzzjoni magħżula – wara kollox, huwa iktar probabbli li
jkunu ddedikati għal approċċ jekk ikunu ġew involuti fl-
iżvilupp tiegħu. Barra dan, minħabba l-fatt li l-konfront ta’
ideat huwa divertenti, jgħin fit-tisħiħ tal-għaqda bejn il-
membri tat-timijiet, billi jkunu qegħdin isolvu problemi
f’ambjent pożittiv u sodisfaċenti.
Waqt li l-konfront ta’ ideat jista’ jkun effikaċi, huwa
importanti li l-approċċ għalih isir b’moħħ miftuħ u li dawk
involuti ma jiġġudikawx. Jekk ma tagħmilx dan, in-nies
“tikkalma”, in-numru u l-kwalità tal-ideat jaqgħu, u l-
moral jista’ jieħu daqqa ta’ ħarta.
21. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Regoli tal-konfront ta’ ideat
•Stabbilixxi direzzjonijiet u limiti ta’ ħin
•Involvi lil kulħadd
•Ħeġġeġ it-transfertilizzazzjoni
•Tinjorax dak li huwa ovvju
•Tiġġudikax mall-ewwel
•Tibżax mill-fatt li jkollok tirrepeti
•Tiqafx tiddiskuti
•Irreġistra kull idea
•Kwantità mhux kwalità
22. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Għal bosta persuni huwa diffiċli li jissospendu l-
ġudizzju tagħhom, għalkemm ġudizzju qabel iż-
żmien joħnoq iktar ideat tajbin qabel ma jkollhom
opportunità jinbtu. Qatt tassumi li xi ħaġa “qatt
mhu se taħdem” jew hija “kompletament
irrealizzabbli” qabel ma tgħaddi mill-proċess kollu.
Jista’ jkun li din l-idea partikolari tkun iż-żerriegħa
ta’ dak li proprju tkun qed tfittex – min jaf
x’jista’jinbet!
Iva, huwa possibbli li jkollok idea tajba ħafna
mingħajr l-għajnuna ta’ ħaddieħor, iżda l-ħidma fi
grupp żgħir tista’ tipprovdi l-momentum meħtieġ
biex tiġġenera bosta possibilitajiet, jew biex ittejjeb
idea.
23. Idea tajba jew idea tajba għal negozju?
Idea tajba għal negozju hija waħda bbażata fuq:
•Prodott jew servizz li l-klijenti jridu/jeħtieġu
•Prodott jew servizz li jista’ jinbiegħ bi prezz li l-klijenti
jistgħu jaffordjaw u li jrendilek profitt
•L-għarfien ta’ ħiliet li għandek jew li tista’ tikseb
• Ir-riżorsi u l-flus li tista’ tinvesti
L-ideat jinsabu kullimkien, iżda jeħtieġ li jaqblu ma’ dak li jridu l-
klijenti u ma’ dak li jifilħu jħallsu għalih. Idea tajba ta’ negozju
hija bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-klijenti. Jekk negozju jipproduċi
prodott tajjeb iżda li ħadd ma jeħtieġ, in-negozju jfalli.
25. Pjan ta’ attakk…
Hawn mhux qed nitkellmu dwar it-tip ta’ xogħol li
tagħmel, jew it-tip ta’ professjoni tiegħek. Kulħadd
jeħtieġ li jħossu komdu dwar it-tip ta’ arti li jkun involut
fiha, jew it-tip ta’ artist li jixtieq ikun, u jeżistu bosta
modi differenti kif wieħed jista’ jkun artist.
Iżda jekk għandek xi ambizzjoni għall-professjoni tiegħek
– pereżempju li tagħmel mod li x-xogħol tiegħek jiġi
espost, li tagħmel bejgħ, li tinvolvi ruħek f’wirja
f’gallerija pubblika, li tagħmel residenza jew li ssib
gallerija kummerċjali, allura pjan jista’ jurik kif tista’ tasal
għal dan u jippermettilek tikkalkula l-entità tal-progress
li jkun għad irid isir. Dan ma jfissirx li jeħtieġ li tikteb pjan
ta’ negozju!
26. Pjan ta’ attakk…
Qabel ma tibda negozju jew proġett,
għandek tkun ċar mill-bidu dwar dan li ġej:
•x’qed toffri
•x’hemm bżonn biex twettaq dan
•kif tista’ twettaq dan
Il-kitba tal-miri u l-ħolqien ta’ pjan ta’ azzjoni
jistgħu jitqiesu bħala attivitajiet pjuttost
irrilevanti għal idea ta’ impriża artistika, iżda dan
jimponilek li terġa’ tikkunsidra l-ideat tiegħek u
tidentifika l-punti dgħajfin possibbli qabel ma
jiġu inkorporati fin-negozju tiegħek.
Jekk ma tippjanax
tkun qed tippjana
biex tfalli
27. Pjan ta’ attakk…
Ikkunsidra dan li ġej: ma tistax tibda vjaġġ mingħajr
ma tippjana rotta u l-postijiet fejn se tieqaf, u
mingħajr ma tikkunsidra l-flus u l-ikel li se jkollok
bżonn. Pjan ta’ azzjoni huwa simili għall-pjan
meħtieġ qabel tibda vjaġġ, u jaqbillek taħseb dwar
dan b’attenzjoni u fir-reqqa. Bosta artisti u artiġjani
jiżviluppaw għarfien ġdid dwar il-prattika u l-ħiliet
kreattivi tagħhom meta jadottaw dan il-proċess ta’
ppjanar.
Bl-istess mod, jekk tippjana biex tifforma grupp jew
biex taħdem fi sħubija, jew biex tifforma kumpanija,
huwa importanti ħafna li inti u s-sħab tiegħek
ikollkom viżjoni kondiviża għall-proġett jew in-
negozju inkwistjoni.
29. L-istabbiliment ta’ miri
Meta tibda proġett, jista’ jkollok miri ċari u speċifiċi ħafna,
jew jista’ jkun li tkun bdejt impriża mingħajr l-ebda idea ta’
fejn se twassal. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, sa mill-fażiijiet
bikrin tal-proġett, għandek tibni stampa ta’ kif se tivvaluta
s-suċċess jew il-falliment tal-proġett. Imprenditur għandu
jkollu mira u objettiv intelliġenti, jiġifieri SMART!:
30. It-trasformazzjoni tal-ħolm tiegħek f’realtà
F’dak li jirrigwarda l-ippjanar kreattiv, jista’
jkun diffiċli li ssib il-mod tajjeb biex
tittrasforma ħsieb immaġinattiv f’ideat
konkreti ta’ negozju.
Huwa meħtieġ li:
ikollok ħolm ambizzjuż sabiex toħloq modi
possibbli li bihom tkun tista’ ssolvi
problema partikolari
Fl-istess ħin jeħtieġ li:
tkun kapaċi tiffoka fuq id-dettall meħtieġ
biex tittrasforma b’suċċess il-pjan tiegħek
f’azzjoni
31. It-trasformazzjoni tal-ħolm tiegħek f’realtà
L-ilħuq tal-bilanċ meħtieġ bejn dawn iż-
żewġ aspetti jikkostitwixxi sfida vera, iżda
tista’ titgħallem ħafna dwar kif tista’ tilħaq
dan il-bilanċ minn individwu partikolari, li
mhux biss sar espert f’din it-teknika, iżda
użaha biex joħloq imperu leġġendarju ta’
biljuni ta’ dollari.
REALTÀ – IL-ĦOLMA TIEGĦEK
32. Walt Disney
Il-fużjoni tal-immaġinazzjoni u l-ippjanar
Meta tisma’ l-isem “Walt Disney”, x’inhi l-ewwel ħaġa li tiġik
f’moħħok? Bosta persuni probabbilment jaħsbu f’dak il-ġurdien
tal-animazzjoni li ħalaq, u t-tbissima li ġab fuq xufftejn miljuni
ta’ persuni permezz tal-flms tiegħu. Iżda bosta jqisu wkoll lil
Walt Disney bħala ġenju fin-negozju, mhux biss bħala ġenju
kreattiv. Analiżi iktar profonda turi li l-parti l-kbira tas-suċċess
tiegħu hija dovuta għall-fatt li kellu approċċ speċifiku ħafna
għat-trasformazzjoni tal-ħolm tiegħu f’realtà.
Kellu talent biex jiskopri ideat kreattivi u biex jittrasformahom
f’realtà. Skont wieħed li ħadem miegħu mill-qrib, kien iħobb
jgħid li “Fil-fatt kienu jeżistu tliet Walts differenti: il-ħalliem, ir-
realist, u dak li jħarbat. Qatt ma tkun taf liema wieħed minn
dawn kien se jattendi l-laqgħa”.
33. Walt Disney
L-istrateġija ta’ Walt Disney ġiet enfasizzata u ttrasformata
f’mudell iktar tard, fl-1994, mill-espert ta’ NLP Robert Dilts. Huwa
ddefinixxa din it-teknika bħala l-metodu li bih Disney kien
jittrasforma l-ħolma tiegħu f’realtà. F’dan il-metodu, grupp ta’
persuni jużaw fluss ta’ ħsieb speċifiku li jibni ħsieb parallel.
Sussegwentement dan il-ħsieb ikun jista’ jintuża biex jiġġenera,
jivvaluta u jikkritika ideat, u biex isolvi l-problemi.
Għalkemm dan il-metodu ma ġiex żviluppat kompletament minn
Walt Disney, jelimina d-distakk bejn l-immaġinazzjoni u r-realtà. Il-
proċess kreattiv jillibera l-kapaċitajiet li għandu l-moħħ biex
joħlom u jifforma ideat u soluzzjonijiet oriġinali għal problemi
eżistent. Madankollu, dawn is-soluzzjonijiet jistgħu ma jkunux
applikabbli fir-realtà u jistgħu ma jkunux applikabbli bħala pjan
strateġiku. Għaldaqstant, wieħed mill-vantaġġi tal-metodu ta’
strateġija kreattiva ta’ Disney huwa l-bilanċ bejn il-ħolma u r-realtà
sabiex tinbena bażi fattibbli.
34. Il-ħila ta’ Walt Disney li jgħaqqad il-kreattività
innovattiva tiegħu ma’ strateġija ta’ negozju ta’ suċċess
u mal-popolarità bla dubju ta’ xejn tikkwalifikah bħala
ġenju fil-qasam tal-ispettaklu. Nistgħu ngħidu li l-mezz
ta’ espressjoni magħżul minn Disney, il-film ta’
animazzjoni, jikkaratterizza l-proċess fundamentali ta’
kull ġenju: il-ħila li jittrasforma xi ħaġa li teżisti biss fl-
immaġinazzjonin, f’eżistenza fiżika li tinfluwenza b’mod
dirett u pożittiv l-esperjenza ta’ persuni oħrajn.
Robert Dilts
“
“
35. L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju
X’għandhom komuni bejniethom persuni ta’
suċċess bħal Bill Gates u Mother Teresa? Wara
ħarsa superfiċjali jidher li ftit li xejn huma l-
karatteristiċi komuni ta’ bejniethom, iżda
madankollu t-tnejn huma persuni ta’ suċċess.
Negozju ta’ suċċess ma jfissirx biss il-ksib ta’ profitt
enormi, il-kejl reali ta’ suċċess mhuwiex id-daqs tal-
kont bankarju tiegħek. Persuni differenti jkollhom
opinjonijiet differenti dwar x’għandu jagħmel
negozju biex jiġi kkunsidrat bħala negozju ta’
suċċess. Madankollu, sabiex negozju jkun ta’
suċċess, irid jilħaq il-miri/objettivi li jkun stabbilixxa
għalih stess.
36. L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju
Jeżistu ħames modi ewlenin li bihom jista’ jitkejjel
is-suċċess ta’ negozju.
1. Profitabbiltà
•Xi profitt iħalli n-negozju?
•Dan jista’ jitkejjel permezz ta’ parametri
finanzjarji, bħall-marġni ta’ profitt.
2. Il-ħolqien ta’ impjiegi
•Kemm ħalaq impjiegi n-negozju inkwistjoni?
•Dan jista’ jitkejjel bl-għadd ta’ impjegati.
37. L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju
3. Is-sehem mis-suq
•Kemm hu kbir in-negozju?
•Dan jista’ jitkejjel billi l-bejgħ tan-negozju
jitqabbel mal-bejgħ totali tas-suq.
4. Is-sodisfazzjon tal-klijenti
•Kemm huma kuntenti l-klijenti bil-
prodotti/servizzi tan-negozju?
•Dan jista’ jitkejjel bit-twettiq ta’ stħarriġ dwar
l-opinjoni tal-klijenti u riċerka dwar is-suq.
38. L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju
5. Kunsiderazzjonijiet soċjoekonomiċi u etiċi
•X’impatt għandhom l-attivitajiet tan-negozju
fuq l-ambjent jew fuq is-soċjetà?
•Dan jista’ jitkejjel billi jiġi vverifikat jekk, skont
is-soċjetà, in-negozju jkunx qed jiżvolġi l-
attivitajiet tiegħu b’mod tajjeb.