SlideShare a Scribd company logo
1 of 31
Entrepreneurial mind sets
This programme has been funded with
support from the European Commission
It-taħlita tal-kummerċjalizzazzjoni
Modulu 6
Ħarsa lejn il-kummerċjalizzazzjoni
Tħobbha kemm tħobbha l-idea tiegħek, ma jagħmilx
sens li tkompli tinsisti fuqha jekk mhu se togħġob lil
ħadd. Huwa proprju f’sitwazzjoni bħal din li l-
kummerċjalizzazzjoni tradizzjonali għandha lok li
tintuża.
Ħarsa lejn il-kummerċjalizzazzjoni
Dawn li ġejjin huma ftit mill-mistoqsijiet li se jkollok
twieġeb:
• Effettivament, is-“suq destinatarju” se jilqa’ din l-idea?
• X’inhu l-Punt Uniku ta’ Bejgħ tiegħek?
• Il-klijenti minn fejn se jixtru mingħandi?
• Ħsibt dwar il-prezz jew it-tariffa li tista’ timponi?
• Se jaqbillek li tagħmel dan kollu?
• X’tip ta’ kummerċjalizzazzjoni huwa l-aħjar li tadotta
għall-ħtiġijiet tiegħek?
• Fejn, meta u kif se tikkummerċjalizza l-idea tiegħek?
X’inhi l-kummerċjalizzazzjoni?
Tidentifika u tissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijent tiegħek bi qliegħ.
Bejgħ
Taħlita tal-
kummerċjalizzazzjoni
(4 Ps)
Riċerka dwar is-suq
Proessta’kummerjalizzazzjoniċċ
It-taħlita tal-kummerċjalizzazzjoni
Il-prodotti jew is-servizzi pprovduti minn
negozju
PRODOTT
PREZZ
PROMOZZJONI
POST
Fejn il-klijenti jsitgħu jixtru prodotti/servizzi
jew kif il-prodotti/servizzi jiġu ddistribwiti
L-ammont mitlub għall-prodotti u s-servizzi
Kif negozju joħloq għarfien fis-suq
L-ippjanar tas-suq jimplika l-ilħuq ta’ bilanċ tajjeb bejn l-erba’
ittri P tal-kummerċjalizzazzjoni. Taħlitiet differenti ta’
kummerċjalizzazzjoni jistgħu jintużaw għal klijenti destinatarji
differenti.
Il-prodotti u s-servizzi jridu jattiraw klijenti potenzjali.
Trid tiżgura li teżisti domanda għall-prodott tiegħek u
trid tiddikjara x’hemm uniku fil-prodott tiegħek.
Fatturi li għandek tikkunsidra:
•Il-ħtiġijiet u x-xewqat tal-klijent
•It-taħlita tal-prodott / portafoll
•Karatteristiċi u benefiċċji
•Kwalità
•Apparenza fiżika
•Pożizzjoni tas-suq
•Kostijiet
•Marġni ta’ profitt
•Iż-żmien tal-ħżin tal-prodott
PRODOTT
Karatteristiċi Benefiċċji
Il-jogurt Grieg huwa nutrittiv u mimli
proteini
Jekk tagħżel jogurt Grieg tħossok iktar
b’saħħtek u sodisfatt
Din il-kaxxa protettiva tat-telefown hija
magħmula minn saffi ta’ fibri tal-
karbonju u plastik rinfurzat
B’din il-kaxxa protettiva t-telefown
tiegħek ma tiġrilu l-ebda ħsara meta jaqa’
Kemm iżżid l-ilma, ħawwad u sajjar Jirrikjedi ħin minimu ta’ preparazzjoni u
tisjir
Trasport mingħajr ħlas Jiffrankalek l-flus
Parrokka – magħmula minn xagħar
awtentiku
Iżjed durabbli
The features are great ways to define what a product is, but the
benefits speak right to the people buying your product, and
communicate how the product makes their lives better.
PRODOTT
Il-Punti Uni i ta’ Bejgċ ħ
Il-“Punti Uniċi ta’ Bejgħ” ta’ prodott/servizz jiddikjaraw
b’mod ċar il-karatteristiċi u l-benefiċċji li jiddistingwu l-
prodott jew is-servizz tiegħek mill-prodotti tal-
kompetituri. Pereżempju, huwa magħmul minn
materjali ta’ kwalità itjeb? Huwa iktar prestiġjuż? Jew
huwa prodott uniku fil-qasam tiegħu fis-suq? Il-prodott
tiegħek jista’ jkollu xi karatteristiċi li jkunu l-istess bħal
dawk ta’ oġġetti simili. Pereżempju, ix-xorb tal-frott
kollu jinkludi l-frott u jista’ jinxtorob. Il-benefiċċju uniku
tal-prodott tiegħek jista’ jkun li, fuq bażi ta’ evidenza,
itejjeb il-kundizzjoni tal-ġilda tiegħek. Dan jista’ jkun il-
Punt Uniku ta’ Bejgħ tiegħek jekk ikun l-unika xarba tal-
frott fis-suq li tkun tista’ tagħmel dan.
PRODOTT
Eżempji ta’ Punti Uniċi ta’ Bejgħ:
•Funzjoni jew karatteristika unika
•Speċifikazzjoni ogħla
•Disinn uniku
•Karatteristika teknika
•Kwalità aħjar
•Materjali miksubin lokalment
PRODOTT
Sib is-suq niċċa tiegħek
L-industrija kreattiva, diġitali u tal-arti tal-
ispettaklu tinkludi bosta negozji li joffru
prodotti simili jew l-istess prodotti, u jista’ jkun
diffiċli ħafna għall-klijenti li jiddistingwu bejn l-
opzjonijiet kollha .
Il-verità hi li, irrispettivament mil-livell għoli
tat-talent tiegħek, u irrispettivament mill-
potenzjal tal-arti tiegħek li tissorprendi, xi
klijenti jistgħu ma jkunux kapaċi jiddistingwu l-
prodott tiegħek minn dak ta’ oħrajn, u meta
jkollhom jagħżlu kważi dejjem jagħżlu l-opzjoni
l-iktar konvenjenti.
PRODOTT
What niche?
Sib is-suq niċċa tiegħek
Għal din ir-raġuni jeħtieġ li ssib prodott/servizz niċċa, xi ħaġa li l-
oħrajn mhumiex joffru, xi ħaġa li tagħmel lilek u lin-negozju
tiegħek uniċi u rikonoxxibbli – kun ċert li l-prodott tiegħek
jiddistingwi ruħu mill-bqija tal-prodotti!
Jista’ jkun li dan kollu jfisser li, jekk ngħidu aħna inti pittur
stabbilit, ikollok tiffoka fuq ir-ritratti, jew disinji 3D jekk inti artist
grafiku. Hi x’inhi n-niċċa tigħek, trid issibha. Dan ma jfissirx li, fin-
negozju tiegħek, ma tistax tinkludi l-kapaċitajiet artistiċi l-oħrajn
li għandek, iżda jekk tispeċjalizza f’tip partikolari ta’ arti, u ssir
magħruf għall-ħila tiegħek li toħloq din l-arti partikolari, kapaċi
ssib bażi ta’ klijenti iktar entużjastiċi dwar ix-xogħol li tipproduċi.
PRODOTT
POST
Il-klijenti minn fejn se jixtru l-prodotti tiegħek?
Illum jeżistu bosta opzjonijiet differenti disponibbli għalik
għall-bejgħ tal-prodotti tiegħek bħala disinjatur jew kreatur.
Tista’ tbigħ direttament lill-pubbliku permezz ta’ swieq, pop-
ups u ħwienet onlajn, jew permezz ta’ ħanut ta’ bejgħ bl-
imnut, butiks u galleriji.
Uri & biegħ – Modi kif tista’ tbigħ il-prodotti kreattivi tiegħek:
• Aħdem mid-dar
• Porta cabin
• Direttament f’avvenimenti
speċifiċi – esibizzjonijiet, studjos
miftuħin, ħwienet pop up, swieq
u spettakli tal-moda
• Post tas-suq onlajn, bħal Etsy,
eBay, Not on the High Street
• Sit web tal-kummerċ elettroniku
• Ħanut
• Bejgħ bil-grossa minn galleriji,
ħwienet jew fi spettakli
kummerċjali
• Vann / bejgħ mobbli
• Permezz ta’ bejjiegħa li jbiegħu
prodotti sekondarji
• Spazju f’ħanut tax-xogħol mikri,
jiġifieri għall-ħwienet tax-xogħol
• Direttament lil kolletturi privati
jew permezz ta’ kummissjoni
• Post tal-klijent
• Ċentru ta’ innovazzjoni/negozju
ġdid
• Unità f’Aġenzija ta’ Intrapriża
Lokali
• Unità f’park industrijali
POST
Fatturi li għandek tikkunsidra
• In-nefqa
• Affidabbiltà tal-mezz tad-distribuzzjoni
• Post il-klijent
• Konvenjenza
POST
PREZZ
Huwa ta’ importanza vitali li tifhem ir-relazzjoni bejn il-
prezz, il-kost u l-profitt. Dan huwa deskritt fil-qosor hawn
taħt:
SPIżA PREZZ PROFITT
Il-ispejjeż involuti biex
toħloq prodott, inkluż il-ħin,
il-materjali u l-ispejjeż
ġenerali
Il-prezz li tista’ timponi
fis-suq abbażi tal-valur u
l-ispejjeż
= Prezz - ispejjeż
PREZZ
 
Affarijiet li g andek tikkunsidraħ :
 
•Il-kompetizzjoni – il-prezz impost mill-kompetituri għal 
prodotti jew servizzi simili 
•Il-kost biex tipproduċi
•Stabbilixxi livell li s-suq jaċċetta
•Huwa oġġett ta’ lussu jew ta’ suq tal-massa?
Tissottovalutax il-
prodott jew il-ħin
tigħek
PREZZ
Id-dinamika tas-settur kreattiv mhux neċessarjament topera 
dejjem bl-istess mod bħan-negozji f’setturi oħrajn fl-
ekonomija. Is-settur kreattiv huwa bbażat fuq “prodotti 
simboliċi” (films, reċti, mużika) fejn il-valur essenzjalment 
jiddependi fuq il-fatt li l-udjenza/klijent isibu valur fit-tifsiriet 
ta’ dawn il-prodotti – għaldaqstant il-valur jiddependi fuq il-
perċezzjoni tal-udjenza bl-istess mod bħal ma jiddependi fuq 
il-kontenut kreattiv, li jista’ jsarraf jew ma jsarrafx fi dħul 
kummerċjali.
 
Aħseb b’mod li tagħmel profitt!
Il-prezz tal-prodott jew tas-servizz tiegħek irid jinkludi kemm 
il-kostijiet tal-produzzjoni kif ukoll il-kostijiet addizzjonali 
assoċjati mal-bejgħ tal-prodott jew tas-servizz.
PROMOZZJONI
Jekk in-negozju tiegħek huwa 
inviżibbli, ma jistax jimxi ’l quddiem. 
Għaldaqstant, wieħed mill-fatturi l-
iktar importanti biex tikseb suċċess 
huwa li tgħarraf lis-suq destinatarju 
tiegħek dwar l-attivitajiet tan-
negozju tiegħek u kif dawn l-
attivitajiet jistgħu jkunu ta’ 
benefiċċju għall-klijenti destinatarji. 
Grazzi għal Internet, qed isir dejjem 
iktar possibbli u - aspett ferm 
importanti - iktar ekonomiku, li 
wieħed jilħaq il-klijenti tiegħu b’mod 
dirett. U jeżistu wkoll bosta metodi 
effettivi “offlajn” li jistgħu jipprovdu 
kumpliment ta’ siwi kbir għall-
attivitajiet onlajn tiegħek.
Komunikazzjoni
mħallta ta’
promozzjoni
Advertising
Promozzjoni
ta’ Bejgħ
Attivitajiet
u
Esperjenzi
PR &
Reklamar
Promozzjoni
Diretta
Promozzjoni
Interattiva
Bejgħ
Personali
PROMOZZJONI
Metodi Promozzjonali Offlajn
 
• Bejgħ personali, jiġifieri netwerking
• Kampjuni bla ħlas 
• Oralment, minn persuna għall-oħra
• Sinjali
• Dimostrazzjonijiet
• Promozzjoni tal-bejgħ, bħal BOGOF
• Reklamar, bħal biljetti li jippromwovu negozju
• Kartolerija, bħal invojsis, karti tal-ittri bl-indirizz stampati 
fil-parti ta’ fuq
• Pubbliċità, bħal stqarrijiet għall-istampa, kompetizzjonijiet
PROMOZZJONI
Metodi promozzjonali onlajn
 
• Midja soċjali, bħal Facebook, Twitter, Instagram u Pinterest
• Kompetizzjonijiet u promozzjonijiet fuq Facebook
• Bloggijiet
• Vidjows
• Sit web (inkluża gallerija biex turi stampi tax-xogħol tiegħek)
• Kummerċjalizzazzjoni permess tal-posta elettronika, bħal 
Mailchimp (mingħajr ħlas u faċli biex tużah)
 
Il-bilanċ ta’ taħlita promozzjonali jiddependi fuq l-objettivi 
tal-kummerċjalizzazzjoni, it-tip ta’ negozju, is-suq 
destinatarju u l-baġit promozzjonali.
PROMOZZJONI
L-għażla ta’ metodu ta’ promozzjoni 
L-għażla tal-metodu tajjeb ta’ promozzjoni għal 
negozju tista’ tkun diffiċli. Hemm ħafna fatturi li 
għandhom jiġu kkunsidrati bħal:
 
•l-udjenza destinatarja
•l-effikaċja
•il-messaġġ
•il-baġits u l-kostijiet
•il-metodi disponibbli
•it-timing
•il-kwistjonijiet legali 
•il-ħila fid-disinn grafiku 
Xiex? Kif? Meta? Spejjeż?
PROMOTIONAL PLAN
PROMOZZJONI
L-għażla ta’ metodu ta’ promozzjoni 
Kun ċar dwar l-għan u l-metodu ta’ promozzjoni, 
pereżempju biex jinħoloq għarfien dwar prodott 
jew servizz. Ikkunsidra kif il-kompetituri 
jippromwovu n-negozji tagħhom u fittex metodi 
tal-aħjar prattika.
 
Immonitorja b’attenzjoni l-impatt ta’ metodu 
promozzjonali. Dan jista’ jsir billi tistaqsi lill-klijenti 
kif saru jafu bin-negozju tiegħek u kkalkula l-volum 
ta’ bejgħ iġġenerat minn metodu promozzjonali 
partikolari. L-attività promozzjonali għandha tiġi 
ppjanat b’attenzjoni.
PROMOZZJONI
Fattur Dak li trid tikkunsidra
Markar Logows, ilwien, trademarks 
Apparenza Grafika, lewn, immaġni, rifinitura tal-istampar 
Messaġġ Test,  font,  grammatika,  slowgans,  Punti  Uniċi  tal-
Bejgħ 
Stampar Speċifikazzjonijiet, kwalità tal-karta, kwantità 
Spejjeż Stampar, disinjatur grafiku 
Legali Proprjetà intellettwali, regolamenti dwar ir-reklamar 
AIDA Attenzjoni, Interess, Desiderju, Azzjoni 
Midja soċjali
L-imprendituri kreattivi jistgħu jibbenefikaw
mill-użu ta’ sistemi ta’ netwerking soċjali bħal
Flickr, YouTube, Facebook, Twitter,
Instagram u Pinterest. Dawn huma l-
ekwivalenti tat-“tpaċpiċ” li jsir wiċċ imb wiċċ
fil-laqgħat u n-netwerking ta’ negozju.
F’dawn is-sistemi, bċejjeċ ta’ informazzjoni
jgħinu lill-persuni joħolqu konnessjoni ma’
xulxin, bir-riżultat li jinġibdu lejn xulxin u
jibnu fiduċja reċiproka. Il-messaġġ irid ikun
adatt għall-mezz. Għaldaqstant, għall-
kuntrarju tas-siti web, l-informazzjoni fuq is-
siti ta’ netwerking soċjali hija iktar personali,
l-ambjent huwa iktar “rilassat”, u l-
komportament huwa iktar informali.
Midja soċjali
• Pinterest
• Instragam
• Facebook
• Snapchat
• Twitter
• YouTube
• Flickr
• Google+
• LinkedIn
L-aħjar suġġerimenti - Midja soċjali
Il-persuni żgħażagħ u kreattivi huma familjari ħafna
mal-midja soċjali, għaldaqstant għandek tuża dan il-
mezz għan-netwerking u biex tilħaq lill-persuni onlajn.
Bħala artist, tista’ tuża Facebook biex iżżomm kuntatt
ma’ persuni kreattivi oħrajn u biex issegwi mentors u
gruppi kreattivi. Twitter huwa tassew utli: mhux
neċessarjament għall-bejgħ dirett, iżda sempliċement
biex tistabbilixxi kuntatt ma’ persuni fl-industrija tal-
arti kreattiva, tal-arti tal-ispettaklu u dik diġitali.
Il-prodotti ta’ disinjatur jew artist huma naturalment
viżivi. Instagram u Pinterest huma perfettament
adatti biex turi x-xogħol u l-ispirazzjoni viżwali
tiegħek.
L-aħjar suġġerimenti - Midja soċjali
Għal bosta persuni, il-mezzi tal-midja soċjali li jiffukaw fuq l-
immaġni jirrikjedu inqas ħin u enerġija minn Twitter u
Facebook.
In-netwerks soċjali bħal Twitter, Facebook, Pinterest,
YouTube, Blogs u Instagram huma għodod ekonomiċi u
potenzjalment effikaċi biex tippromwovi xogħlok u tistabbilixxi
vuċi bħala artist. Jikkostitwixxu wkoll mezz eċċellenti biex
taġġorna l-klijenti potenzjali dwar il-prodotti tiegħek.
Żomm il-ħajja personali tiegħek separata mill-kuntatti li
tagħmel fid-dinja tan-negozju, jiġifieri oħloq paġna tan-negozju
fuq Facebook għall-intrapriża kreattiva ġdida tiegħek. Dan
jippermettilek tapplowdja materjal fuq Facebook u tinteraġixxi
ma’ utenti oħrajn mingħajr ma tipprovdilhom aċċess għall-kont
personali tiegħek ta’ Facebook.
L-aħjar suġġerimenti
Sit web
Sit web jista’ jservi bħala portafoll virtwali ta’ xogħlok. Żid
xi informazzjoni personali sabiex b’hekk il-klijenti jkunu
jistgħu jsiru jafuk iktar u jimpressjonaw ruħhom bil-
kisbiet tiegħek.
Il-vidjows u l-ibbloggjar ukoll huma mezzi eċċellenti biex
tippromwovi intrapriża kreattiva.
Ibni lista ta’ kuntatti biex iżżomm kuntatt mal-klijenti
preċedenti tiegħek u ma’ persuni kreattivi oħrajn.
L-aħjar suġġerimenti
Tkellem ma’ persuni – Oħroġ u tkellem ma’ kwalunkwe
persuna, qatt ma tista’ tgħid minn fejn tista’ tikseb
għajnuna.
Tkellem
Huwa ferm faċli li jkollok sit web, blog u ħanut onlajn
meta tqis li llum m’għandekx għalfejn tinvesti ħafna flus
biex tippromwovi xi prodott fis-suq.
Awguri
lestejt Modulu 6

More Related Content

More from yeaproject

Module 2 moi créatif
Module 2  moi créatifModule 2  moi créatif
Module 2 moi créatifyeaproject
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it rightyeaproject
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fryeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big ideayeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative meyeaproject
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterpriseyeaproject
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it rightyeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your researchyeaproject
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big ideayeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative meyeaproject
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterpriseyeaproject
 

More from yeaproject (18)

Module 2 moi créatif
Module 2  moi créatifModule 2  moi créatif
Module 2 moi créatif
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it right
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fr
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big idea
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative me
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterprise
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it right
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your research
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big idea
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative me
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterprise
 

Module 6 the marketing mix