SlideShare a Scribd company logo
1 of 56
Dan il-programm ġie ffinanzjat bl-għajnuna
tal-Kummissjoni Ewropea
Profitt mill-immaġinazzjoni
Modulu 7
Deskrizzjoni ġenerali tal-finanzi ta’ negozju
Fil-forma l-iktar
sempliċi tagħha, il-
ġestjoni finanzjarja
tirrigwarda l-fatt li tkun
żgur li d-dħul ta’ flus
fin-negozju jkun
biżżejjed biex tkopri l-
ispejjeż tiegħek kollha
u biex tagħmel profitt. Bejgħ /fatturat
Dħul ta' flus
Finanzjament
Spejjeżġenerali
Tagħmir
Stokk
Infiq ta' flus
Deskrizzjoni ġenerali tal-finanzi ta’ negozju
Il-parti l-kbira tal-artisti jiddikjaraw li l-
parti l-iktar diffiċli fit-tnedija tan-negozju
tagħhom ma kinitx il-bejgħ tal-prodott jew
tas-servizz tagħhom, iżda li jifhmu l-
prinċipji bażiċi ta’ negozju li japplikaw għal
kwalunkwe impriża indipendenti.
Il-mira ta’ kwalunkwe negozju hija li jsir
profitt, u jinkiseb dan jeħtieġ li, fost
affarijiet oħrajn, tkun taf kif tipprezza
b’mod preċiż l-arti tiegħek, kif tiġġestixxi
d-dħul u l-infiq, u kif tidentifika l-flussi tad-
dħul.
Deskrizzjoni ġenerali tal-finanzi ta’ negozju
Dan ma jfissirx li għandek tissospendi l-
attivitajiet tan-negozju tal-arti tiegħek
sakemm titgħallem dwar id-dinja tan-negozju
u ssir espert finanzjarju. Dan ifisser biss li
għandek taqra kotba, tiffrekwenta klassijiet
ta’ introduzzjoni, u titkellem ma’ nies li diġà
ffurmaw negozju indipendenti ta’ suċċess, u
għandek tagħmel dan kollu qabel ma tniedi
negozju tiegħek.
X’inhu l-fatturat
Dan huwa magħmul mill-flus iġġenerati mill-bejgħ ta’
prodotti u servizzi – jissejjaħ ukoll bħala l-bejgħ.
Tista’ tbassar l-ammont ta’ bejgħ bl-użu tat-tekniki li ġejjin:
• Numru ta’ unitajiet
x prezz tal-bejgħ
• Numru ta’ klijenti
x kemm jonfqu
Studju ta’ każ
Jewel Rose Enterprise – Bejgħ imbassar
Prezzijiet ta’ ġiżirajjen, imsielet u ċrieket
magħmulin bl-idejn
Prodotti Prezz
A £4.00
B £2.00
C £3.00
Bejgħ imbassar * Mejju Ġunju Lulju
A 500 800 1000
B 50 100 150
C 100 300 400
Bejgħ imbassar * Mejju Ġunju Lulju
A £2000 £3200 £4000
B £100 £200 £300
C £300 £900 £1200
Total £2400 £4300 £5500
*Ammont ta’ bejgħ (f’unitajiet) imbassar
Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju
L-ispejjeż ta’ negozju jistgħu jiġu kkategorizzati taħt tliet testati
ewlenin:
Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju
B’mod ġenerali, kważi l-
kostijiet/spejjeż kollha magħmulin
interament għal finijiet ta’ negozju
jkunu deduċibbli għal finijiet ta’
taxxa, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’
ospitalità, multi u penalitajiet.
Dan ifisser li tkun tista’ tikklejmja
lura ammont enormi ta’ spejjeż mill-
kontijiet fiskali tiegħek
sempliċement billi tirreġistra l-
ispejjeż, fil-forma ta’ rċevuti u
invojsis meta tixtri materjali u
servizzi meħtieġa għall-attivitajiet
ta’ negozju tiegħek.
Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju
Xi imprendituri jkollhom jakkwistaw għodod
speċjali, għamara jew ilbies għal raġunijiet
ta’ saħħa u sigurtà jew biex ikunu jistgħu
jwettqu l-prestazzjoni tagħhom (jekk ikunu
artisti fil-qasam tal-ispettaklu). Dawn l-
oġġetti jitqiesu bħala spejjeż deduċibbli mit-
taxxa.
Anke l-ispejjeż ta’ tindif jew manutenzjoni
assoċjati jaqgħu taħt il-kategorija ta’ spejjeż
ta’ negozju deduċibbli. Madankollu, jekk
jogħġbok innota li l-ispejjeż għall-ħwejjeġ
ordinarji ta’ kuljum, anke jekk jinxtraw b’mod
speċifiku għal użu ta’ negozju, mhumiex
deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa.
Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju
Spejjeż varjabbli
Dawn l-ispejjeż jinbidlu maż-
żieda fil-bejgħ. Pereżempju,
l-ispejjeż ta’ materja prima,
imballaġġ u imposti fuq il-
konsenja huma spejjeż
varjabbli billi jinbidlu skont
in-numru ta’ unitajiet li jiġu
prodotti.
L-ispejjeż varjabbli jinkludu:
• materja prima
• spejjeż diretti tax-xogħol
għall-persunal involut fil-
produzzjoni ta’ prodotti jew fil-
konsenja ta’ servizzi
• imballaġġ
• imposti fuq il-konsenja
• utilitajiet għal bażi ta’
manifattura jew maħżen
• spejjeż ta’ deprezzament fuq
tagħmir u makkinarju tal-
produzzjoni
Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju
Spejjeż fissi
Dawn huma l-ispejjeż li
jkollok tagħmel
irrispettivament mill-entità
tal-bejgħ tiegħek.
Pereżempju, spiża fissa għal
ħanut hija l-kera. Din ma
tinbidilx, kemm jekk il-ħanut
ibiegħ unità waħda minn
prodott partikolari, kif ukoll
jekk ibiegħ eluf minn dawn
l-unitajiet.
L-ispejjeż fissi jinkludu:
• spejjeż tal-uffiċċju bħal
provvisti, utilitajiet u t-telefown
• salarji u pagi għalik (disinji)
• assigurazzjoni
• spejjeż tal-vetturi u l-ivvjaġġar
• tariffi professjonali
• kera
• spejjeż tal-
kummerċjalizzazzjoni
Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju
Spejjeż kapitali
Dawn huma spejjeż fissi li
jikkostitwixxu benefiċċju
għan-negozju tiegħek għal
perjodu ta’ żmien twil. L-
ispejjeż kapitali huma
magħrufin ukoll bħala assi
kapitali.
L-ispejjeż kapitali jinkludu:
• Makkinarju
• Tagħmir
• Vetturi tal-kumpanija
X’inhu l-profitt?
Il-profitt huwa kkostitwit
mill-flus li jifdal wara li l-
ispejjeż/kostijiet ta’
negozju jitnaqqsu mill-
bejgħ/fatturat.
L-għan finanzjarju primarju
fin-negozju huwa li jiġi
żgurat li jsir profitt –
mingħajr profitt, negozju
jfalli.
Bejgħ / fatturat
Spejjeż tan-negozju
Studju ta’ Każ
Jewel Rose Enterprise – Il-kalkolu tal-profitt
Il-kont tal-profitt u tat-telf ta’ Jewel Rose Enterprise
Fatturat / Bejgħ £25,000
Nieqes l-ispejjeż
Materja Prima 10,000
Kera 3,000
Assigurazzjoni 400
Spejjeż kurrenti tal-vetturi 800
Kummerċjalizzazzjoni 1000
£15,2000
Profitt nett £9,800
X’inhu l-fluss tal-flus?
Il-fluss tal-flus huwa kkostitwit mill-flus li jidħol fi
u joħroġ minn negozju.
e.g. bejgħ u
finanzjamenti
e.g. bejgħ u
spejjeż fissi
Studju ta’ Każ
Jewel Rose Enterprise – Fluss tal-flus
Il-fluss tal-flus ta’ Jewel Rose Enterprise
Xahar 1 2 3
Dħul totali 1000 1500 1700
Nieqes in-nefqa totali 1500 900 1000
Flus tal-flus nett (500) 600 700
Bilanċ tal-ftuħ 0 (500) 100
Bilanċ tal-għeluq (500) 100 800
Konsegwenzi ta’ problemi fil-fluss tal-flus
• Stress
• Falliment tan-negozju
• Nuqqas tal-ilħuq tal-obbligi finanzjarji, bħall-
ħlas tal-fornituri
• Nuqqas ta’ kapaċità li jiġu sodisfatti l-ordnijiet
• Telf ta’ termini ta’ kreditu mal-fornituri
• Ħtieġa ta’ rifinanzjament, bħal self, karta tal-
kreditu eċċ
L-importanza tal-ippjanar finanzjarju
Pjanijiet tajbin jirriżultaw
f’deċiżjonijiet tajbin. Din hija
r-raġuni għaliex ippjanar
tajjeb jgħin jittrasforma l-
ħolm tiegħek f’realtà.
Tipi ta’ rekords finanzjarji li għandhom jinżammu
Pjanijiet tajbin jirriżultaw f’deċiżjonijiet tajbin. Din hija r-raġuni
għaliex ippjanar tajjeb jgħin jittrasforma l-ħolm tiegħek f’realtà.
Dħul ta' flus, bħal
- Invojsis
- Riċevuti tar-
reġistru tal-
inkassi
Tipi ta' rekords finanzjarji
Ħruġ ta' flus,
bħal
- Rċevuti
- Somom żgħar
ta' flus
- Rekords tal-mili
Ibbankjar , bħal
- Rendikonti
- Mamma ta'
ċekkijiet
Tipi ta’ rekords finanzjarji li għandhom jinżammu
F’dan ir-rigward, amministrazzjoni interna tajba hija
essenzjali!
Spreadsheets
Sistemi abbażi ta’ karti, bħal kotba tal-analiżi tal-flus
kontanti
Softwer tal-kontabilità, bħal Sage jew Quickbooks
Kapaċi tiskopri li jkun biżżejjed li tuża Excel spreadsheets
biex tirreġistra t-tranżazzjonijiet tiegħek.
Tipi ta’ rekords finanzjarji li għandhom jinżammu
Raġunijiet għaliex għandhom jinżammu rekords
finanzjarji
• Rekwiżiti legali ta’ taxxa (żamma għal 5 snin)
• Dikjarazzjonijiet tat-Taxxa, tal-VAT u PAYE
• Kontabilità
• Ippjanar finanzjarju
• Monitoraġġ u kontroll finanzjarju
• Kontroll tal-kreditu
• Kontroll tal-kostijiet
• Rifinanzjament
Industriji Kreattivi – Rotot lejn finanzjament
B’hekk iddur id-dinja, jew għall-inqas hekk jgħidu huma
(huma min huma). Oħrajn isostnu li l-imħabba tibqa’ l-
bażi ta’ kollox. Aħna jidhrilna li l-element essenzjali huwa
l-ġibda gravitazzjonali tax-xemx... Hu kif inhu, ejja
mmorru lura għall-flus.
Jekk trid tittrasforma l-idea tiegħek f’realtà, trid taħseb fil-
flus li għandek fil-but.
L-ewwel mistoqsijiet li għandek tagħmel lilek innifsek
huma:
Il-flus għall-ispejjeż żgħar li ilek tfaddal minn mindu
kellek 12-il sena se jkunu biżżejjed?
Jekk le, minn fejn se tikseb il-flus li teħtieġ?
Industriji Kreattivi – Rotot lejn finanzjament
Xi organizzazzjonijiet, bħall-kunsilli tal-arti, jipprovdu
lil applikanti b’għotjiet għall-finanzjament ta’ oġġetti
jew attivitajiet, bħal tagħmir, ivvjaġġar, riċerka u
materjal promozzjonali. Madankollu, il-kultura tal-
għotjiet mhijiex adatta għan-natura tal-intrapriżi, billi
n-negozju jirrigwarda l-qligħ ta’ flus. Ta’ spiss l-għoti
ta’ flus huwa konvenjenti ħafna, iżda biss jekk iwassal
għal attivitajiet ekonomiċi ta’ suċċess.
L-intrapriża tiġi sostnuta bis-self, bl-idea li s-sellief
jitħallas lura bl-interessi, jew permezz ta’ siti web ta’
finanzjament kollettiv bħal Kickstarter, fejn in-nies
tinvesti għall-gost jew biex tikseb servizz, prodott jew
esperjenza.
Għotjiet
Dan huwa meta tfittex, issib u tapplika
opportunitajiet ta’ finanzjament pubbliku u privat
għal proġetti. L-għotjiet huma kompetittivi ħafna, u
jkollok issegwi l-prijoritajiet tal-finanzjatur, li mhux
bilfors ikunu bħal tiegħek. Ikollok tistenna wkoll li
jitfaċċaw l-iskadenzi tal-għotjiet. Il-finanzjaturi
jinkludu organizzazzjonijiet bħal Arts Council,
President’s Award etc.
Finanzjament kollettiv ibbażat fuq premji
Il-finanzjament kollettiv jippermettilek titlob ammonti
żgħar ta’ flus minn numru kbir ta’ persuni, minflok mill-
mudell tas-soltu li titlob ammonti kbar minn numru żgħir
ta’ persuni.
Il-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv ibbażati fuq
benefiċċji, bħal Kickstarter u zaar.com.mt, saru popolari
fost uħud mill-industriji kreattivi, u jistgħu jaħdmu tajjeb
b’mod partikolari għal attivitajiet ibbażati fuq it-
teknoloġija u fuq is-segwaċi li jirrikjedu livelli baxxi ta’
investiment kapitali fl-istadju tal-żvilupp – bħal logħob
diġitali, il-mużika, il-proġetti tal-arti, l-invenzjonijiet u anke
t-tiġdid tal-interess fil-logħob fuq bord (table-top).
Finanzjament kollettiv ibbażat fuq premji
Il-finanzjament kollettiv ibbażat fuq il-benefiċċji
effettivament huwa donazzjoni għall-iżvilupp ta’
proġett, teknoloġija jew prestazzjoni ġodda. Il-
finanzjaturi ma jirċevux qligħ finanzjarju, iżda minflok
jiksbu l-benefiċċju li, pereżempju, jieħdu parti fl-ewwel
espożizzjoni tal-prodott, jissemmew fis-sit web tiegħek,
jingħataw T-shirt jew DVD ta’ film li jkun tlesta, ikunu
mistiedna għall-ewwel wirja ta’ spettaklu, jirċievu l-
ewwel kampjun ta’ prodott, jagħmlu l-ittestjar beta ta’
logħba jew jippruvaw prototip.
Kwalunkwe kampanja ta’ finanzjament kollettiv tibda
bil-pubblikazzjoni ta’ proposta (xi drabi fil-forma ta’ film
qasir jew introduzzjoni simili għal konferenza stampa)
dwar il-proġett tiegħek, u l-preżentazzjoni ta’ din il-
proposta f’wieħed mis-siti web li qed jinbtu bi
frekwenza dejjem ikbar f’dan il-qasam.
Finanzjament kollettiv ibbażat fuq premji
Il-qalba tal-finanzjament kollettiv tikkonsisti minn
kampanja ta’ netwerking soċjali li biha tkun tista’
titlob lill-persuni jimpenjaw ammonti żgħar ta’ flus
biex jappoġġjaw il-proġett tiegħek. Ġeneralment il-
fondi jiġu rilaxxati għall-benefiċċju tiegħek jekk tilħaq
il-mira tal-kampanja biss – inkella d-donaturi tiegħek
jingħataw il-flus lura.
www.kickstarter.com
www.crowdfunder.co.ukwww.hubbub.net
www.fundit.ie www.indiegogo.com
www.zaar.com.mt www.buzzbnk.org
Pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv
Pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv
Finanzjament kollettiv għal imprendituri kreattivi
zaar.com.mt hija il-pjattaforma finanzjarja minn
Malta għall-proġetti kreattivi. Tirrigwarda kollox,
minn films, logħob u miżika, għall-arti, id-disinn u t-
teknoloġija.
Finanzjament kollettiv għal imprendituri soċjali
Għandek bżonn tiffinanzja idea jew proġett
“soċjalment responsabbli”? Dawn in-nies jistgħu
jgħinuk - www.buzzbnk.org
Finanzjament kollettiv għall-kittieba
Unbound (www.unbound.co.uk) – Mill-fażijiet tal-
produzzjoni ta’ ktieb, jiggwidawk tul il-proċess kollu
biex tibda proġett u tiffinanzjah – minn qoxra sa
qoxra.
Suġġeriment
Analizza l-kampanji
ta’ finanzjament
kollettiv eżistenti
biex tara t-tipi ta’
benefiċċji li joffru
artisti oħrajn
Elementi essenzjali ta’ kampanja ta’ finanzjament kollettiv
Agħżel il-pjattaforma tiegħek
Iffamiljarizza ruħek mas-siti web tal-finanzjament
kollettiv qabel ma tiddeċiedi liema wieħed tuża –
aħna qed nelenkaw is-siti ewlenin hawn taħt. Uħud
minn dawn huma iktar stabbiliti f’ċerti oqsma (bħall-
films jew l-arti viżiva) u jekk tistudja l-offerti li
kellhom suċċess (kif ukoll dawk li ma kellhomx
suċċess) tkun kapaċi tikseb suġġerimenti utli.
Tgħallem mill-iżbalji tal-oħrajn. Ara l-lista ta’
pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv ta’ hawn fuq.
Elementi essenzjali ta’ kampanja ta’ finanzjament kollettiv
Netwerk
Is-suċċess ta’ finanzjament kollettiv jiddependi mill-pubbliċità li
jikseb permezz tan-netwerk tiegħek, u jekk titlob lil ħbiebek
jirrrakkomandawh lil persuni oħrajn. L-artisti mingħajr netwerk
soċjali estensiva onlajn isibuha diffiċli biex jippromwovu
finanzjament kollettiv. Billi l-informazzjoni u l-ħlasijiet jitniżżlu
onlajn, il-probabbiltà tas-suċċess ta’ dan il-finanzjament kollettiv
tiżdied jekk toħloq konnessjoni mal-proġett tiegħek min-
netwerks soċjali, is-siti web u l-listi tal-indirizzi elettroniċi.
Minkejja l-fatt li s-siti l-iktar popolari għandhom l-udjenzi
indipendenti tagħhom, li jagħmlu tiftix onlajn biex isibu xi ħaġa li
jistgħu jappoġġjaw (probabbilment abbażi tal-kwalità tal-
benefiċċji, apparti mill-kwalità tal-proġett innifsu), fl-aħħar mill-
aħħar jiddependi minnek li xxerred l-aħbar dwar il-proġett
tiegħek u li titlob għall-flus. Il-qawwa reali ta’ finanzjament
kollettiv hija li tista’ tikseb donazzjonijiet mingħand persuni li
tafhom.
Elementi essenzjali ta’ kampanja ta’ finanzjament kollettiv
Kun realistiku
Fil-proposta tiegħek spjega eżattament dak li għandek
il-ħsieb tagħmel bil-flus li jirnexxilek tiġbor. Dawn il-
flejjes jstgħu jiffinanzjaw il-proġett kollu jew parti
minnu biss, iżda jekk iżżomm l-ammonti baxxi (sa
£2000), il-finanzjaturi tiegħek jieħdu l-impressjoni li l-
mira tista’ tintlaħaq. Iktar ma jkun kbir in-numru ta’
persuni li jikkontribwixxu għall-finanzjament, iktar ikun
probabbli li persuni oħrajn jagħżlu li jikkontribwixxu – il-
persuni jħobbu jagħmlu parti minn attività li jkunu
jistgħu jarawha tikseb suċċess u tikber. Jekk tkun
teħtieġ ammont kbir ta’ flus, tista’ tikkunsidra l-opzjoni
li taqsam l-attività f’fażiijiet differenti u tiġbor il-flus
għalihom b’mod separat, jew tikkuntattja finanzjaturi
differenti għal elementi differenti.
Elementi essenzjali ta’ kampanja ta’ finanzjament kollettiv
Kollox jew xejn
Ġeneralment jirnexxilek tikseb il-flus biss jekk sal-aħħar
tal-kampanja jintlaħaq l-ammont impenjat. Madankollu
JustGiving.com jibgħatlek il-fondi li tkun ġbart anke jekk
ma tilħaqx il-mira oriġinali tiegħek (nieqes it-tariffi).
Preżentazzjoni interessanti u sempliċi
Ta’ spiss vidjow qasir huwa l-mod preferut u li jirnexxi l-
iktar biex wieħed jippreżenta proġett, iżda vidjow ikun
interessanti biss jekk isir b’mod tajjeb. Jekk m’għandekx il-
kompetenza teknika jew it-tagħmir meħtieġa, u ma tistax
issib ħabib li jista’ jgħinek, tista’ tipprova toħloq blogg biex
tippermetti li l-persuni jħossuhom involuti fil-proġett
tiegħek u jiskopru iktar dwaru.
L-aħjar suġġerimenti għal finanzjament kollettiv
Oħloq proġett interessanti
Għalkemm huwa ovvju li jeżistu ammonti enormi ta’ proġetti
li qed jikkompetu ma’ xulxin, ta’ min jerġa’ jisħaq dan il-punt.
Il-proġett tiegħek jeħtieġ jinvolvi u jinteressa l-udjenza li
għandek f’moħħok, u jeħtieġ li jentużjażma lill-klijenti tiegħek
biżżejjed, tant li jispiċċaw jixtiequ jarawh jitlesta u jkunu lesti
jiffinanzjawh parzjalmenthuma stess.
Xiex / Għaliex / Kif
Il-proposta tiegħek trid tkun ċara u konċiża. Dak li qed
tagħmel u għaliex qed tagħmlu huwa ovvju għalik, iżda l-mod
kif se twettaq dan il-proġett jirrikjedi iktar ħsieb u
spjegazzjoni: dan jirrigwarda kif il-fondi kkontribwiti se
jintużaw, għaldaqstant hija opportunità biex
tikkummerċjalizza l-ħtieġa għal din l-attività. Barra dan, kun
ċar u trasparenti biżżejjed dwar il-kontribut tal-attività.
L-aħjar suġġerimenti għal finanzjament kollettiv
Vidjow
Jeħtieġ li jinteressa lill-udjenza, u joħloq fiha kurjożità
kemm fil-proġett kif ukoll dwar il-motivazzjonijiet tiegħek
biex twettqu. Il-kontributuri mhux biss ikunu jridu
jiffinanzjaw proġett, iżda jeħtieġ li jemmnu u jinteressaw
ruħhom fik.
Benefiċċji
Il-benfiċċji jridu jkunu interessanti, iżda l-kontributuri
jkunu jridu jappoġġjaw il-proġett tiegħek għax ikunu jridu
jarawh jitwettaq. Ikkunsidra l-benefiċċji bħala stimolu biex
takkwista l-interess ta’ kontributur, bir-riżultat li jħossu
speċjali. Il-benefiċċji m’għandhomx ikunu ta’ spiża tali biex
tipproduċihom li ma jifdallek xejn biex tlesti l-proġett.
L-aħjar suġġerimenti għal finanzjament kollettiv
Kuntatti ta’ & aġġornamenti dwar il-kontributuri
L-aspett l-iktar importanti, ladarba l-kampanja tkun ġiet
imnedija, huwa li tibqa’ tikkuntattja lin-nies u tfakkarhom
biex jagħmlu donazzjonijiet. Jekk il-kontributuri jħossuhom
speċjali, jitkellmu dwar il-kampanja ma’ ħbiebhom. Dan
jagħmel id-differenza bejn kampanja ta’ suċċess u
kampanja li tispiċċa tfalli.
Wara l-kampanja
Ladarba tkun ġbart il-flus, huwa ferm importanti li tkompli
żżomm kuntatt ma’ dawn il-persuni. Inti tkun trid li dawn
isiru segwaċi ta’ xogħlok għal bqija ta’ ħajjithom – u
possiblmentli jerġgħu jappoġġjawk fil-futur.
Rotot oħrajn għal finanzjament
It-tfaddil personali
Ibda faddal – anke jekk £20 fix-xahar biss, tista’ tibni
l-“fond artistiku” tiegħek biex tinvesti f’materjali ġodda,
tattendi esibizzjonijiet biex tagħmel kuntatti eċċ.
Rotot oħrajn għal finanzjament
Self
Dan huwa meta tissellef il-flus u tħallas lura fuq perjodu
ta’ żmien, is-soltu bl-interessi. L-ammont totali mħallas
lura dejjem ikun iktar minn dak li tkun issellift
oriġnarjament. Qabel ma tieħu flus b’self, kun żgur li tkun
fhimt sew l-ispiża involuta fi kwalunkwe self (oqgħod
attent mit-tariffi ta’ arranġament u l-interessi) u li tkun
fhimt it-termini tal-ħlas lura qabel ma tipproċedi. Li tikseb
self ma jfissirx li jkollok tmur f’Bank fi Triq Ewlenija: is-
soltu l-fornituri ta’ finanzjament komunitarju bħal
unjonijiet ta’ kreditu huma iktar aċċessibbli għall-intrapriżi
soċjali, il-frilansers u l-intrapriżi ta’ daqs żgħir.
Rotot oħrajn għal finanzjament
Self mingħand il-ħbieb u l-familja
Xi persuni jistgħu jistaqsu lill-familja jew lill-ħbieb għal
għajnuna. Jekk il-familja jew il-ħbieb tiegħek jistgħu
jgħinuk, ipprova għamel arranġament formali biex
tħallashom lura f’perjodu ta’ żmien stabbilit. Irid ikun ċar
jekk il-flus humiex rigal jekk jekk jistennewx li jitħallsu lura!
Madankollu, is-self minn membri tal-familja jista’ ma jkunx
opzjoni vijabbli.
Rotot oħrajn għal finanzjament
Sponsorizzazzjoni
Il-kumpaniji jistgħu jagħżlu li jipprovdu flus lil artisti u
artiġjani. Iżda professjonist ma jkunx jeħtieġ biss flus. Il-
kumpaniji jistgħu jipprovdu varjetà wiesgħa ta’ affarijiet,
materjali jew servizzi li jipprovdu - mingħajr ħlas jew bi
prezz – u dawn kollha jistgħu jiġu kkunsidrati żidiet utli
għad-dħul ta’ artist.
Jista’ jkun li je isti xi anut jew fornitur ta’ż ħ
materjali li inti tu a ta’ spiss, li forsi g andu l-ż ħ
interess li jifformalizza relazzjoni mieg ek biexħ
jappo ja x-xog ol tieg ek li jmissġġ ħ ħ ?
Rotot oħrajn għal finanzjament
Donazzjonijiet
Individwi jistgħu jagħmlu donazzjonijiet lill-proġett jew l-
attività tiegħek fuq siti ta’ donazzjonijiet elettroniċi bħal
Go Fund Me (www.gofundme.com) u Just Giving (
www.justgiving.com).
Rotot oħrajn għal finanzjament
Tpartit & skambju
It-tpartit jinvolvi l-iskambju ta’ prodotti u servizzi għal
prodotti u servizzi oħrajn mingħajr l-użu ta’ flus.
Probabbilment huwa l-iktar forma primittiva ta’ kummerċ, u
jipprovdilek il-vantaġġ li ma jkollokx bżonn flus biex tibda l-
attività tiegħek – sempliċement grupp ta’ pari li lesti jgħinuk
jekk toffrilhom il-ħiliet tiegħek meta jkollhom bżonnhom.
Tista’ tpartat xi ħiliet ma’ artisti, iżda m’għandekx għalfejn
tillimita ruħek għal dan. Jekk tista’ tiddisinja sit web jew
tpinġi pittura kbira fuq ħajt, għalfejn ma toffrix dawn il-ħiliet
biex tikseb għajnuna fil-kura tat-tfal jew anke lezzjonijiet tas-
sewqan? Xi artisti użaw ukoll it-tpartit bħala mod biex jibnu
kollezzjoni tal-arti.
Rotot oħrajn għal finanzjament
Kampeġġi u kompetizzjonijiet ta’ intrapriżi
Xi organizzazzjonijiet jorganizzaw kampeġġi u
kompetizzjonijiet biex iħeġġu liż-żgħażagħ jibdew negozju. Il-
kompetizzjonijiet u l-kampijiet joffru liż-żgħażagħ l-
opportunità li jifhmu r-rwol tal-intraprenditorija fl-ekonomija,
jesploraw l-innovazzjoni, jittestjaw l-ideat tagħhom stess, u
jitgħallmu dwar dak li jeħtieġu jkunu jafu biex isiru
imprendituri. Xi drabi jiġu offruti inċentivi fi flus kontanti għal
intrapriżi ġodda. Punti ta’ kuntatt potenzjali għal kampeġġi u
kompetizzjonijiet ta’ intrapriżi jinkludu:
• Young Enterprise
• Prince’s Trust
• Shell Livewire
• Unltd
• Advantage NI
• Aġenziji tal-intrapriżi
• Ċentri taż-Żgħażagħ
• Skejjel/Kulleġġi/Universitajiet
STUDJU TA’ KAŻ
Young Enterprise hija
organizzazzjoni li tgħin lill-
istudenti meta jibdew negozju u
jittestjaw ideat ġodda ta’
negozju. L-istudenti jistabbilixxu
kumpaniji waqt is-sena
skolastika u jitgħallmu dwar l-
impenn meħtieġ fl-
amministrazzjoni ta’ negozju.
L-istudenti jiġu mħeġġa jibdew u
jittestjaw negozji ġodda u huwa
sorprendenti kemm jitgħallmu
minn din l-attività u jieħdu gost
jagħmluha.
It-tagħlim tal-elementi bażiċi
Young Enterprise tħeġġeġ lill-istudenti jibdew negozji fl-iskejjel madwar
ir-Renju Unit u biex jikkompetu f’livell Nazzjonali u Ewropew. Il-
kompetizzjoni tipprovdi opportunità biex l-istudenti jiksbu esperjenza
dwar id-dinja tan-negozju u jiżviluppaw ħiliet, esperjenzi u karrieri
ġodda. L-istudenti jitgħallmu jiktbu pjanijiet ta’ negozju, jitkellmu fil-
pubbliku u jbiegħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom f’ċentri kummerċjali, fi
spettakli kummerċjali u f’postijiet kummerċjali oħrajn. F’kull każ, il-
prestazzjoni tal-istudenti tiġi ġġudikata skont il-ħila tagħhom li jlestu
rapport bil-miktub, ibiegħu l-prodotti tagħhom, iwettqu intervista, u
jippreżentaw proposta koerenti ta’ negozju. Il-ħiliet ta’ komunikazzjoni
jittejbu f’kull stadju tal-kompetizzjoni u, waqt li ma jeżisti l-ebda mod
sempliċi li bih wieħed jista’ jirbaħ, is-suċċess jiddependi mill-iżvilupp ta’
prodotti tajbin u l-bejgħ tagħhom lill-klijenti.
STUDJU TA’ KAŻ: Kompetizzjoni ta’ Young Enterprise
Kif titgħallem tikkompeti
Waqt il-kompetizzjoni, l-istudenti jitgħallmu ħafna, jitgħallmu malajr u
jitgħallmu bil-prattika hekk kif jiksbu esperjenza dwar il-mekkaniżmi li
jwasslu biex negozju jirnexxi. Il-partijiet l-inqas spettakolari tal-
amministrazzjoni ta’ negozju jiġu koperti wkoll, hekk kif l-istudenti
jitgħallmu l-kompiti amministrattivi biex jiġi żgurat li jsiru jafu kif jiġġestixxu
l-flus. Xi drabi l-istudenti ma jieħdu il-kompetizzjoni b’inqas serjetà, iżda
wara ftit jiġu msaħħrin mid-dinja tan-negozju u mill-isfida u l-kumplessità
tal-ġestjoni tal-partijiet differenti kollha meħtieġa biex in-negozju jirnexxi.
Żur is-sit web www.jaymalta.org
STUDJU TA’ KAŻ: Kompetizzjoni ta’ Young Enterprise
Il-ħolqien ta’ dħul addizzjonali
Sorsi kreattivi oħrajn
L-arti kummerċjali mhijiex adatta għal kull artist u bosta
huma dawk li jiġġeneraw dħul ulterjuri minn sorsi kreattivi
oħrajn, bħal workshops, residenzi, arti komunitarja,
tagħlim, teknoloġija ġdida, ħidma ma’ negozju kreattiv, u l-
aministrazzjoni jew il-ġestjoni ta’ attività artistika.
Ta’ min iżomm f’moħħu li huma ftit ħafna dawk involuti fl-
l-arti viżiva u applikata li jagħmlu għajxien mill-bejgħ biss li
jsir fil-galleriji. Jekk xogħlok jinvolvi biss installazzjonijiet,
interventi, happenings eċċ, allura huwa aktarx improbabbli
li jirnexxielek tiġġenera biżżejjed dħul minn din l-attività
biex tgħix ħajja deċenti.
Il-ħolqien ta’ dħul addizzjonali
Xogħol part-time
Bosta persuni kreattivi li jistabbilixxu negozju
jiddependu wkoll fuq sors ieħor ta’ dħul minn
impjieg. Jista’ jkun utli li jkollok impjieg part-
time waqt l-ewwel snin ħidma fid-dinja tan-
negozju biex iżżid id-dħul finanzjarju waqt li tkun
qed tistabbilixxi professjoni jew negozju
kreattiv.
Tista’ ssib xogħol li ma jkunx relatat mad-dinja
tal-arti, forsi bl-użu tal-ħiliet kreattivi tiegħek
bħala disinjatur grafiku, fotografu kummerċjali,
editur ta’ films jew vidjows, jew fl-iżvilupp ta’ siti
web, fil-ġbir ta’ fondi jew fil-ġestjoni ta’ proġett.
NOTA
Huwa perfettament
legali li tkun “impjegat”
ta’ negozju, jiġifieri li
jkollok xogħol part-time
jew full-time f’ħanut
jew restorant, u fl-istess
ħin tkun ħaddiem għal
rasek
Min jista’ jgħin?
•Mentor / Konsulent
•Kontabilist
•Inland Revenue
•Min iżomm il-kotba
•Għodod finanzjarji, pereżempju
- tbassir ta’ fluss tal-flus
- kalkulaturi onlajn
•Riżorsa ta’ tagħlim onlajn NOTA
Huwa perfettament legali li
tkun “impjegat” ta’ negozju,
jiġifieri li jkollok xogħol part-
time jew full-time f’ħanut jew
restorant, u fl-istess ħin tkun
ħaddiem għal rasek
Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek …
Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid
Bħala artist jista’ jkun li l-prijorità tiegħek ma
tkunx il-flus. Bosta artisti ma jinvolvux ruħhom
fl-arti biex jagħmlu ħafna flus. Iżda kollha kemm
aħna għandna bżonn inħallsu kontijiet, il-kera,
jew immorru għal btala, minbarra li niżviluppaw
u niġġestixxu n-negozju tagħna, nagħmlu xogħol
ġdid, nivvjaġġaw biex naraw esibizzjonijiet, u
nfaddlu għall-futur – dak kollu li kwalunkwe
persuna normali li taħdem ikollha taħseb dwaru.
Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek …
Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid
Onfoq b’mod għaqli
•Naqqas l-infiq tiegħek. Inqas ma jkollok tonfoq,
iktar ikollok għażla biex tonfoq il-flus li għandek
•Ħallas l-ammont korrett ta’ taxxa u kklejma
kwalunkwe benefiċċju li inti intitolat għalih
•Offri l-ħiliet tiegħek lil artisti oħrajn biex tevita
l-infiq meta jkollok bżonn is-servizzi tagħhom.
Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek …
Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid
Kun konxju mill-baġit li għandek għad-
dispożizzjoni tiegħek
•Ifhem il-Baġit tiegħek – ikkalkula l-ammont ta’
flus li teħtieġ biex tgħix, tħallas il-kontijiet,
tagħmel xogħlok, tħallas id-djun – u kemm
għandek bżonn barra dan biex tagħmel profitt u
tiżviluppa l-karriera tiegħek.
•Riċerka ta’ opzjonijiet ta’ finanzjament – kun
konxju dwar liema tip ta’ finanzjament int
eliġibbli għalih fl-istadji differenti fil-karriera
tiegħek.
Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek …
Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid
Sfrutta bis-sħiħ l-assi tiegħek
•Kun konxju minn dak li tista’ tbigħ –
(pereżempju ħin, xogħol artistiku, ħiliet,
sullokazzjoni tal-istudjow tiegħek) u għal liema
prezz
•Ifhem meta jkun aħjar li tikkonċedi xi ħaġa –
meta jkollok taħdem mingħajr ma titħallas jew
għal rata ta’ ħlas imnaqqsa – u meta
sempliċement tkun qed tiġi misruq
•Kun konxju mill-prezz li tista’ timponi għall-ħin
u x-xogħol tiegħek, u kif tista’ tbigħ dawn b’mod
effikaċi
Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek …
Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid
Liema huwa l-limitu tiegħek?
•Skopri l-punt li fiħ il-qligħ ta’ flus mill-
professjoni tiegħek jibda jkun ta’ xkiel għall-
integrità tiegħek
•Trid iżżomm l-arti u l-flus separati? Jew l-arti
hija sempliċement mod biex taqla’ għajxien?
•Agħmel deċiżjoni li biha tħossok komdu – iżda
kkalkula jekk il-professjoni tiegħek tkunx qed
tiswielek il-flus, u kun ċert li inti kuntent bir-
riżultat
Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek …
Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid
Kun konxju mill-opzjonijiet tiegħek
•Sir konxju dwar il-modi disponibbli kollha li
bihom tista’ taqla’ l-flus: għotjiet, self,
sponsorizzazzjonijiet, negozjar, finanzjament
kollettiv, liċenzjar u ħidma
•Informa ruħek dwar il-postijiet li minnhom
tista’ tikseb il-flus u huma adatti għalik, u dak li
jkunu qegħdin ifittxu fl-applikazzjonijiet
•Taħlix ħinek tipprova tagħmel il-flus minn fejn
aktarx mhux se ssibhom
.
Awguri
lestejt Modulu 7

More Related Content

More from yeaproject

Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it rightyeaproject
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fryeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your researchyeaproject
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big ideayeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative meyeaproject
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterpriseyeaproject
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it rightyeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your researchyeaproject
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big ideayeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative meyeaproject
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterpriseyeaproject
 

More from yeaproject (18)

Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it right
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fr
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your research
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big idea
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative me
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterprise
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it right
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your research
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big idea
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative me
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterprise
 

Module 7 making profit from imagination

  • 1. Dan il-programm ġie ffinanzjat bl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea Profitt mill-immaġinazzjoni Modulu 7
  • 2. Deskrizzjoni ġenerali tal-finanzi ta’ negozju Fil-forma l-iktar sempliċi tagħha, il- ġestjoni finanzjarja tirrigwarda l-fatt li tkun żgur li d-dħul ta’ flus fin-negozju jkun biżżejjed biex tkopri l- ispejjeż tiegħek kollha u biex tagħmel profitt. Bejgħ /fatturat Dħul ta' flus Finanzjament Spejjeżġenerali Tagħmir Stokk Infiq ta' flus
  • 3. Deskrizzjoni ġenerali tal-finanzi ta’ negozju Il-parti l-kbira tal-artisti jiddikjaraw li l- parti l-iktar diffiċli fit-tnedija tan-negozju tagħhom ma kinitx il-bejgħ tal-prodott jew tas-servizz tagħhom, iżda li jifhmu l- prinċipji bażiċi ta’ negozju li japplikaw għal kwalunkwe impriża indipendenti. Il-mira ta’ kwalunkwe negozju hija li jsir profitt, u jinkiseb dan jeħtieġ li, fost affarijiet oħrajn, tkun taf kif tipprezza b’mod preċiż l-arti tiegħek, kif tiġġestixxi d-dħul u l-infiq, u kif tidentifika l-flussi tad- dħul.
  • 4. Deskrizzjoni ġenerali tal-finanzi ta’ negozju Dan ma jfissirx li għandek tissospendi l- attivitajiet tan-negozju tal-arti tiegħek sakemm titgħallem dwar id-dinja tan-negozju u ssir espert finanzjarju. Dan ifisser biss li għandek taqra kotba, tiffrekwenta klassijiet ta’ introduzzjoni, u titkellem ma’ nies li diġà ffurmaw negozju indipendenti ta’ suċċess, u għandek tagħmel dan kollu qabel ma tniedi negozju tiegħek.
  • 5. X’inhu l-fatturat Dan huwa magħmul mill-flus iġġenerati mill-bejgħ ta’ prodotti u servizzi – jissejjaħ ukoll bħala l-bejgħ. Tista’ tbassar l-ammont ta’ bejgħ bl-użu tat-tekniki li ġejjin: • Numru ta’ unitajiet x prezz tal-bejgħ • Numru ta’ klijenti x kemm jonfqu
  • 6. Studju ta’ każ Jewel Rose Enterprise – Bejgħ imbassar Prezzijiet ta’ ġiżirajjen, imsielet u ċrieket magħmulin bl-idejn Prodotti Prezz A £4.00 B £2.00 C £3.00 Bejgħ imbassar * Mejju Ġunju Lulju A 500 800 1000 B 50 100 150 C 100 300 400 Bejgħ imbassar * Mejju Ġunju Lulju A £2000 £3200 £4000 B £100 £200 £300 C £300 £900 £1200 Total £2400 £4300 £5500 *Ammont ta’ bejgħ (f’unitajiet) imbassar
  • 7. Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju L-ispejjeż ta’ negozju jistgħu jiġu kkategorizzati taħt tliet testati ewlenin:
  • 8. Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju B’mod ġenerali, kważi l- kostijiet/spejjeż kollha magħmulin interament għal finijiet ta’ negozju jkunu deduċibbli għal finijiet ta’ taxxa, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ ospitalità, multi u penalitajiet. Dan ifisser li tkun tista’ tikklejmja lura ammont enormi ta’ spejjeż mill- kontijiet fiskali tiegħek sempliċement billi tirreġistra l- ispejjeż, fil-forma ta’ rċevuti u invojsis meta tixtri materjali u servizzi meħtieġa għall-attivitajiet ta’ negozju tiegħek.
  • 9. Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju Xi imprendituri jkollhom jakkwistaw għodod speċjali, għamara jew ilbies għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà jew biex ikunu jistgħu jwettqu l-prestazzjoni tagħhom (jekk ikunu artisti fil-qasam tal-ispettaklu). Dawn l- oġġetti jitqiesu bħala spejjeż deduċibbli mit- taxxa. Anke l-ispejjeż ta’ tindif jew manutenzjoni assoċjati jaqgħu taħt il-kategorija ta’ spejjeż ta’ negozju deduċibbli. Madankollu, jekk jogħġbok innota li l-ispejjeż għall-ħwejjeġ ordinarji ta’ kuljum, anke jekk jinxtraw b’mod speċifiku għal użu ta’ negozju, mhumiex deduċibbli għall-finijiet tat-taxxa.
  • 10. Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju Spejjeż varjabbli Dawn l-ispejjeż jinbidlu maż- żieda fil-bejgħ. Pereżempju, l-ispejjeż ta’ materja prima, imballaġġ u imposti fuq il- konsenja huma spejjeż varjabbli billi jinbidlu skont in-numru ta’ unitajiet li jiġu prodotti. L-ispejjeż varjabbli jinkludu: • materja prima • spejjeż diretti tax-xogħol għall-persunal involut fil- produzzjoni ta’ prodotti jew fil- konsenja ta’ servizzi • imballaġġ • imposti fuq il-konsenja • utilitajiet għal bażi ta’ manifattura jew maħżen • spejjeż ta’ deprezzament fuq tagħmir u makkinarju tal- produzzjoni
  • 11. Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju Spejjeż fissi Dawn huma l-ispejjeż li jkollok tagħmel irrispettivament mill-entità tal-bejgħ tiegħek. Pereżempju, spiża fissa għal ħanut hija l-kera. Din ma tinbidilx, kemm jekk il-ħanut ibiegħ unità waħda minn prodott partikolari, kif ukoll jekk ibiegħ eluf minn dawn l-unitajiet. L-ispejjeż fissi jinkludu: • spejjeż tal-uffiċċju bħal provvisti, utilitajiet u t-telefown • salarji u pagi għalik (disinji) • assigurazzjoni • spejjeż tal-vetturi u l-ivvjaġġar • tariffi professjonali • kera • spejjeż tal- kummerċjalizzazzjoni
  • 12. Tipi ta’ spejjeż ta’ negozju Spejjeż kapitali Dawn huma spejjeż fissi li jikkostitwixxu benefiċċju għan-negozju tiegħek għal perjodu ta’ żmien twil. L- ispejjeż kapitali huma magħrufin ukoll bħala assi kapitali. L-ispejjeż kapitali jinkludu: • Makkinarju • Tagħmir • Vetturi tal-kumpanija
  • 13. X’inhu l-profitt? Il-profitt huwa kkostitwit mill-flus li jifdal wara li l- ispejjeż/kostijiet ta’ negozju jitnaqqsu mill- bejgħ/fatturat. L-għan finanzjarju primarju fin-negozju huwa li jiġi żgurat li jsir profitt – mingħajr profitt, negozju jfalli. Bejgħ / fatturat Spejjeż tan-negozju
  • 14. Studju ta’ Każ Jewel Rose Enterprise – Il-kalkolu tal-profitt Il-kont tal-profitt u tat-telf ta’ Jewel Rose Enterprise Fatturat / Bejgħ £25,000 Nieqes l-ispejjeż Materja Prima 10,000 Kera 3,000 Assigurazzjoni 400 Spejjeż kurrenti tal-vetturi 800 Kummerċjalizzazzjoni 1000 £15,2000 Profitt nett £9,800
  • 15. X’inhu l-fluss tal-flus? Il-fluss tal-flus huwa kkostitwit mill-flus li jidħol fi u joħroġ minn negozju. e.g. bejgħ u finanzjamenti e.g. bejgħ u spejjeż fissi
  • 16. Studju ta’ Każ Jewel Rose Enterprise – Fluss tal-flus Il-fluss tal-flus ta’ Jewel Rose Enterprise Xahar 1 2 3 Dħul totali 1000 1500 1700 Nieqes in-nefqa totali 1500 900 1000 Flus tal-flus nett (500) 600 700 Bilanċ tal-ftuħ 0 (500) 100 Bilanċ tal-għeluq (500) 100 800
  • 17. Konsegwenzi ta’ problemi fil-fluss tal-flus • Stress • Falliment tan-negozju • Nuqqas tal-ilħuq tal-obbligi finanzjarji, bħall- ħlas tal-fornituri • Nuqqas ta’ kapaċità li jiġu sodisfatti l-ordnijiet • Telf ta’ termini ta’ kreditu mal-fornituri • Ħtieġa ta’ rifinanzjament, bħal self, karta tal- kreditu eċċ
  • 18. L-importanza tal-ippjanar finanzjarju Pjanijiet tajbin jirriżultaw f’deċiżjonijiet tajbin. Din hija r-raġuni għaliex ippjanar tajjeb jgħin jittrasforma l- ħolm tiegħek f’realtà.
  • 19. Tipi ta’ rekords finanzjarji li għandhom jinżammu Pjanijiet tajbin jirriżultaw f’deċiżjonijiet tajbin. Din hija r-raġuni għaliex ippjanar tajjeb jgħin jittrasforma l-ħolm tiegħek f’realtà. Dħul ta' flus, bħal - Invojsis - Riċevuti tar- reġistru tal- inkassi Tipi ta' rekords finanzjarji Ħruġ ta' flus, bħal - Rċevuti - Somom żgħar ta' flus - Rekords tal-mili Ibbankjar , bħal - Rendikonti - Mamma ta' ċekkijiet
  • 20. Tipi ta’ rekords finanzjarji li għandhom jinżammu F’dan ir-rigward, amministrazzjoni interna tajba hija essenzjali! Spreadsheets Sistemi abbażi ta’ karti, bħal kotba tal-analiżi tal-flus kontanti Softwer tal-kontabilità, bħal Sage jew Quickbooks Kapaċi tiskopri li jkun biżżejjed li tuża Excel spreadsheets biex tirreġistra t-tranżazzjonijiet tiegħek.
  • 21. Tipi ta’ rekords finanzjarji li għandhom jinżammu Raġunijiet għaliex għandhom jinżammu rekords finanzjarji • Rekwiżiti legali ta’ taxxa (żamma għal 5 snin) • Dikjarazzjonijiet tat-Taxxa, tal-VAT u PAYE • Kontabilità • Ippjanar finanzjarju • Monitoraġġ u kontroll finanzjarju • Kontroll tal-kreditu • Kontroll tal-kostijiet • Rifinanzjament
  • 22. Industriji Kreattivi – Rotot lejn finanzjament B’hekk iddur id-dinja, jew għall-inqas hekk jgħidu huma (huma min huma). Oħrajn isostnu li l-imħabba tibqa’ l- bażi ta’ kollox. Aħna jidhrilna li l-element essenzjali huwa l-ġibda gravitazzjonali tax-xemx... Hu kif inhu, ejja mmorru lura għall-flus. Jekk trid tittrasforma l-idea tiegħek f’realtà, trid taħseb fil- flus li għandek fil-but. L-ewwel mistoqsijiet li għandek tagħmel lilek innifsek huma: Il-flus għall-ispejjeż żgħar li ilek tfaddal minn mindu kellek 12-il sena se jkunu biżżejjed? Jekk le, minn fejn se tikseb il-flus li teħtieġ?
  • 23. Industriji Kreattivi – Rotot lejn finanzjament Xi organizzazzjonijiet, bħall-kunsilli tal-arti, jipprovdu lil applikanti b’għotjiet għall-finanzjament ta’ oġġetti jew attivitajiet, bħal tagħmir, ivvjaġġar, riċerka u materjal promozzjonali. Madankollu, il-kultura tal- għotjiet mhijiex adatta għan-natura tal-intrapriżi, billi n-negozju jirrigwarda l-qligħ ta’ flus. Ta’ spiss l-għoti ta’ flus huwa konvenjenti ħafna, iżda biss jekk iwassal għal attivitajiet ekonomiċi ta’ suċċess. L-intrapriża tiġi sostnuta bis-self, bl-idea li s-sellief jitħallas lura bl-interessi, jew permezz ta’ siti web ta’ finanzjament kollettiv bħal Kickstarter, fejn in-nies tinvesti għall-gost jew biex tikseb servizz, prodott jew esperjenza.
  • 24. Għotjiet Dan huwa meta tfittex, issib u tapplika opportunitajiet ta’ finanzjament pubbliku u privat għal proġetti. L-għotjiet huma kompetittivi ħafna, u jkollok issegwi l-prijoritajiet tal-finanzjatur, li mhux bilfors ikunu bħal tiegħek. Ikollok tistenna wkoll li jitfaċċaw l-iskadenzi tal-għotjiet. Il-finanzjaturi jinkludu organizzazzjonijiet bħal Arts Council, President’s Award etc.
  • 25. Finanzjament kollettiv ibbażat fuq premji Il-finanzjament kollettiv jippermettilek titlob ammonti żgħar ta’ flus minn numru kbir ta’ persuni, minflok mill- mudell tas-soltu li titlob ammonti kbar minn numru żgħir ta’ persuni. Il-pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv ibbażati fuq benefiċċji, bħal Kickstarter u zaar.com.mt, saru popolari fost uħud mill-industriji kreattivi, u jistgħu jaħdmu tajjeb b’mod partikolari għal attivitajiet ibbażati fuq it- teknoloġija u fuq is-segwaċi li jirrikjedu livelli baxxi ta’ investiment kapitali fl-istadju tal-żvilupp – bħal logħob diġitali, il-mużika, il-proġetti tal-arti, l-invenzjonijiet u anke t-tiġdid tal-interess fil-logħob fuq bord (table-top).
  • 26. Finanzjament kollettiv ibbażat fuq premji Il-finanzjament kollettiv ibbażat fuq il-benefiċċji effettivament huwa donazzjoni għall-iżvilupp ta’ proġett, teknoloġija jew prestazzjoni ġodda. Il- finanzjaturi ma jirċevux qligħ finanzjarju, iżda minflok jiksbu l-benefiċċju li, pereżempju, jieħdu parti fl-ewwel espożizzjoni tal-prodott, jissemmew fis-sit web tiegħek, jingħataw T-shirt jew DVD ta’ film li jkun tlesta, ikunu mistiedna għall-ewwel wirja ta’ spettaklu, jirċievu l- ewwel kampjun ta’ prodott, jagħmlu l-ittestjar beta ta’ logħba jew jippruvaw prototip. Kwalunkwe kampanja ta’ finanzjament kollettiv tibda bil-pubblikazzjoni ta’ proposta (xi drabi fil-forma ta’ film qasir jew introduzzjoni simili għal konferenza stampa) dwar il-proġett tiegħek, u l-preżentazzjoni ta’ din il- proposta f’wieħed mis-siti web li qed jinbtu bi frekwenza dejjem ikbar f’dan il-qasam.
  • 27. Finanzjament kollettiv ibbażat fuq premji Il-qalba tal-finanzjament kollettiv tikkonsisti minn kampanja ta’ netwerking soċjali li biha tkun tista’ titlob lill-persuni jimpenjaw ammonti żgħar ta’ flus biex jappoġġjaw il-proġett tiegħek. Ġeneralment il- fondi jiġu rilaxxati għall-benefiċċju tiegħek jekk tilħaq il-mira tal-kampanja biss – inkella d-donaturi tiegħek jingħataw il-flus lura.
  • 29. Pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv Finanzjament kollettiv għal imprendituri kreattivi zaar.com.mt hija il-pjattaforma finanzjarja minn Malta għall-proġetti kreattivi. Tirrigwarda kollox, minn films, logħob u miżika, għall-arti, id-disinn u t- teknoloġija. Finanzjament kollettiv għal imprendituri soċjali Għandek bżonn tiffinanzja idea jew proġett “soċjalment responsabbli”? Dawn in-nies jistgħu jgħinuk - www.buzzbnk.org Finanzjament kollettiv għall-kittieba Unbound (www.unbound.co.uk) – Mill-fażijiet tal- produzzjoni ta’ ktieb, jiggwidawk tul il-proċess kollu biex tibda proġett u tiffinanzjah – minn qoxra sa qoxra. Suġġeriment Analizza l-kampanji ta’ finanzjament kollettiv eżistenti biex tara t-tipi ta’ benefiċċji li joffru artisti oħrajn
  • 30. Elementi essenzjali ta’ kampanja ta’ finanzjament kollettiv Agħżel il-pjattaforma tiegħek Iffamiljarizza ruħek mas-siti web tal-finanzjament kollettiv qabel ma tiddeċiedi liema wieħed tuża – aħna qed nelenkaw is-siti ewlenin hawn taħt. Uħud minn dawn huma iktar stabbiliti f’ċerti oqsma (bħall- films jew l-arti viżiva) u jekk tistudja l-offerti li kellhom suċċess (kif ukoll dawk li ma kellhomx suċċess) tkun kapaċi tikseb suġġerimenti utli. Tgħallem mill-iżbalji tal-oħrajn. Ara l-lista ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv ta’ hawn fuq.
  • 31. Elementi essenzjali ta’ kampanja ta’ finanzjament kollettiv Netwerk Is-suċċess ta’ finanzjament kollettiv jiddependi mill-pubbliċità li jikseb permezz tan-netwerk tiegħek, u jekk titlob lil ħbiebek jirrrakkomandawh lil persuni oħrajn. L-artisti mingħajr netwerk soċjali estensiva onlajn isibuha diffiċli biex jippromwovu finanzjament kollettiv. Billi l-informazzjoni u l-ħlasijiet jitniżżlu onlajn, il-probabbiltà tas-suċċess ta’ dan il-finanzjament kollettiv tiżdied jekk toħloq konnessjoni mal-proġett tiegħek min- netwerks soċjali, is-siti web u l-listi tal-indirizzi elettroniċi. Minkejja l-fatt li s-siti l-iktar popolari għandhom l-udjenzi indipendenti tagħhom, li jagħmlu tiftix onlajn biex isibu xi ħaġa li jistgħu jappoġġjaw (probabbilment abbażi tal-kwalità tal- benefiċċji, apparti mill-kwalità tal-proġett innifsu), fl-aħħar mill- aħħar jiddependi minnek li xxerred l-aħbar dwar il-proġett tiegħek u li titlob għall-flus. Il-qawwa reali ta’ finanzjament kollettiv hija li tista’ tikseb donazzjonijiet mingħand persuni li tafhom.
  • 32. Elementi essenzjali ta’ kampanja ta’ finanzjament kollettiv Kun realistiku Fil-proposta tiegħek spjega eżattament dak li għandek il-ħsieb tagħmel bil-flus li jirnexxilek tiġbor. Dawn il- flejjes jstgħu jiffinanzjaw il-proġett kollu jew parti minnu biss, iżda jekk iżżomm l-ammonti baxxi (sa £2000), il-finanzjaturi tiegħek jieħdu l-impressjoni li l- mira tista’ tintlaħaq. Iktar ma jkun kbir in-numru ta’ persuni li jikkontribwixxu għall-finanzjament, iktar ikun probabbli li persuni oħrajn jagħżlu li jikkontribwixxu – il- persuni jħobbu jagħmlu parti minn attività li jkunu jistgħu jarawha tikseb suċċess u tikber. Jekk tkun teħtieġ ammont kbir ta’ flus, tista’ tikkunsidra l-opzjoni li taqsam l-attività f’fażiijiet differenti u tiġbor il-flus għalihom b’mod separat, jew tikkuntattja finanzjaturi differenti għal elementi differenti.
  • 33. Elementi essenzjali ta’ kampanja ta’ finanzjament kollettiv Kollox jew xejn Ġeneralment jirnexxilek tikseb il-flus biss jekk sal-aħħar tal-kampanja jintlaħaq l-ammont impenjat. Madankollu JustGiving.com jibgħatlek il-fondi li tkun ġbart anke jekk ma tilħaqx il-mira oriġinali tiegħek (nieqes it-tariffi). Preżentazzjoni interessanti u sempliċi Ta’ spiss vidjow qasir huwa l-mod preferut u li jirnexxi l- iktar biex wieħed jippreżenta proġett, iżda vidjow ikun interessanti biss jekk isir b’mod tajjeb. Jekk m’għandekx il- kompetenza teknika jew it-tagħmir meħtieġa, u ma tistax issib ħabib li jista’ jgħinek, tista’ tipprova toħloq blogg biex tippermetti li l-persuni jħossuhom involuti fil-proġett tiegħek u jiskopru iktar dwaru.
  • 34. L-aħjar suġġerimenti għal finanzjament kollettiv Oħloq proġett interessanti Għalkemm huwa ovvju li jeżistu ammonti enormi ta’ proġetti li qed jikkompetu ma’ xulxin, ta’ min jerġa’ jisħaq dan il-punt. Il-proġett tiegħek jeħtieġ jinvolvi u jinteressa l-udjenza li għandek f’moħħok, u jeħtieġ li jentużjażma lill-klijenti tiegħek biżżejjed, tant li jispiċċaw jixtiequ jarawh jitlesta u jkunu lesti jiffinanzjawh parzjalmenthuma stess. Xiex / Għaliex / Kif Il-proposta tiegħek trid tkun ċara u konċiża. Dak li qed tagħmel u għaliex qed tagħmlu huwa ovvju għalik, iżda l-mod kif se twettaq dan il-proġett jirrikjedi iktar ħsieb u spjegazzjoni: dan jirrigwarda kif il-fondi kkontribwiti se jintużaw, għaldaqstant hija opportunità biex tikkummerċjalizza l-ħtieġa għal din l-attività. Barra dan, kun ċar u trasparenti biżżejjed dwar il-kontribut tal-attività.
  • 35. L-aħjar suġġerimenti għal finanzjament kollettiv Vidjow Jeħtieġ li jinteressa lill-udjenza, u joħloq fiha kurjożità kemm fil-proġett kif ukoll dwar il-motivazzjonijiet tiegħek biex twettqu. Il-kontributuri mhux biss ikunu jridu jiffinanzjaw proġett, iżda jeħtieġ li jemmnu u jinteressaw ruħhom fik. Benefiċċji Il-benfiċċji jridu jkunu interessanti, iżda l-kontributuri jkunu jridu jappoġġjaw il-proġett tiegħek għax ikunu jridu jarawh jitwettaq. Ikkunsidra l-benefiċċji bħala stimolu biex takkwista l-interess ta’ kontributur, bir-riżultat li jħossu speċjali. Il-benefiċċji m’għandhomx ikunu ta’ spiża tali biex tipproduċihom li ma jifdallek xejn biex tlesti l-proġett.
  • 36. L-aħjar suġġerimenti għal finanzjament kollettiv Kuntatti ta’ & aġġornamenti dwar il-kontributuri L-aspett l-iktar importanti, ladarba l-kampanja tkun ġiet imnedija, huwa li tibqa’ tikkuntattja lin-nies u tfakkarhom biex jagħmlu donazzjonijiet. Jekk il-kontributuri jħossuhom speċjali, jitkellmu dwar il-kampanja ma’ ħbiebhom. Dan jagħmel id-differenza bejn kampanja ta’ suċċess u kampanja li tispiċċa tfalli. Wara l-kampanja Ladarba tkun ġbart il-flus, huwa ferm importanti li tkompli żżomm kuntatt ma’ dawn il-persuni. Inti tkun trid li dawn isiru segwaċi ta’ xogħlok għal bqija ta’ ħajjithom – u possiblmentli jerġgħu jappoġġjawk fil-futur.
  • 37. Rotot oħrajn għal finanzjament It-tfaddil personali Ibda faddal – anke jekk £20 fix-xahar biss, tista’ tibni l-“fond artistiku” tiegħek biex tinvesti f’materjali ġodda, tattendi esibizzjonijiet biex tagħmel kuntatti eċċ.
  • 38. Rotot oħrajn għal finanzjament Self Dan huwa meta tissellef il-flus u tħallas lura fuq perjodu ta’ żmien, is-soltu bl-interessi. L-ammont totali mħallas lura dejjem ikun iktar minn dak li tkun issellift oriġnarjament. Qabel ma tieħu flus b’self, kun żgur li tkun fhimt sew l-ispiża involuta fi kwalunkwe self (oqgħod attent mit-tariffi ta’ arranġament u l-interessi) u li tkun fhimt it-termini tal-ħlas lura qabel ma tipproċedi. Li tikseb self ma jfissirx li jkollok tmur f’Bank fi Triq Ewlenija: is- soltu l-fornituri ta’ finanzjament komunitarju bħal unjonijiet ta’ kreditu huma iktar aċċessibbli għall-intrapriżi soċjali, il-frilansers u l-intrapriżi ta’ daqs żgħir.
  • 39. Rotot oħrajn għal finanzjament Self mingħand il-ħbieb u l-familja Xi persuni jistgħu jistaqsu lill-familja jew lill-ħbieb għal għajnuna. Jekk il-familja jew il-ħbieb tiegħek jistgħu jgħinuk, ipprova għamel arranġament formali biex tħallashom lura f’perjodu ta’ żmien stabbilit. Irid ikun ċar jekk il-flus humiex rigal jekk jekk jistennewx li jitħallsu lura! Madankollu, is-self minn membri tal-familja jista’ ma jkunx opzjoni vijabbli.
  • 40. Rotot oħrajn għal finanzjament Sponsorizzazzjoni Il-kumpaniji jistgħu jagħżlu li jipprovdu flus lil artisti u artiġjani. Iżda professjonist ma jkunx jeħtieġ biss flus. Il- kumpaniji jistgħu jipprovdu varjetà wiesgħa ta’ affarijiet, materjali jew servizzi li jipprovdu - mingħajr ħlas jew bi prezz – u dawn kollha jistgħu jiġu kkunsidrati żidiet utli għad-dħul ta’ artist. Jista’ jkun li je isti xi anut jew fornitur ta’ż ħ materjali li inti tu a ta’ spiss, li forsi g andu l-ż ħ interess li jifformalizza relazzjoni mieg ek biexħ jappo ja x-xog ol tieg ek li jmissġġ ħ ħ ?
  • 41. Rotot oħrajn għal finanzjament Donazzjonijiet Individwi jistgħu jagħmlu donazzjonijiet lill-proġett jew l- attività tiegħek fuq siti ta’ donazzjonijiet elettroniċi bħal Go Fund Me (www.gofundme.com) u Just Giving ( www.justgiving.com).
  • 42. Rotot oħrajn għal finanzjament Tpartit & skambju It-tpartit jinvolvi l-iskambju ta’ prodotti u servizzi għal prodotti u servizzi oħrajn mingħajr l-użu ta’ flus. Probabbilment huwa l-iktar forma primittiva ta’ kummerċ, u jipprovdilek il-vantaġġ li ma jkollokx bżonn flus biex tibda l- attività tiegħek – sempliċement grupp ta’ pari li lesti jgħinuk jekk toffrilhom il-ħiliet tiegħek meta jkollhom bżonnhom. Tista’ tpartat xi ħiliet ma’ artisti, iżda m’għandekx għalfejn tillimita ruħek għal dan. Jekk tista’ tiddisinja sit web jew tpinġi pittura kbira fuq ħajt, għalfejn ma toffrix dawn il-ħiliet biex tikseb għajnuna fil-kura tat-tfal jew anke lezzjonijiet tas- sewqan? Xi artisti użaw ukoll it-tpartit bħala mod biex jibnu kollezzjoni tal-arti.
  • 43. Rotot oħrajn għal finanzjament Kampeġġi u kompetizzjonijiet ta’ intrapriżi Xi organizzazzjonijiet jorganizzaw kampeġġi u kompetizzjonijiet biex iħeġġu liż-żgħażagħ jibdew negozju. Il- kompetizzjonijiet u l-kampijiet joffru liż-żgħażagħ l- opportunità li jifhmu r-rwol tal-intraprenditorija fl-ekonomija, jesploraw l-innovazzjoni, jittestjaw l-ideat tagħhom stess, u jitgħallmu dwar dak li jeħtieġu jkunu jafu biex isiru imprendituri. Xi drabi jiġu offruti inċentivi fi flus kontanti għal intrapriżi ġodda. Punti ta’ kuntatt potenzjali għal kampeġġi u kompetizzjonijiet ta’ intrapriżi jinkludu: • Young Enterprise • Prince’s Trust • Shell Livewire • Unltd • Advantage NI • Aġenziji tal-intrapriżi • Ċentri taż-Żgħażagħ • Skejjel/Kulleġġi/Universitajiet
  • 44. STUDJU TA’ KAŻ Young Enterprise hija organizzazzjoni li tgħin lill- istudenti meta jibdew negozju u jittestjaw ideat ġodda ta’ negozju. L-istudenti jistabbilixxu kumpaniji waqt is-sena skolastika u jitgħallmu dwar l- impenn meħtieġ fl- amministrazzjoni ta’ negozju. L-istudenti jiġu mħeġġa jibdew u jittestjaw negozji ġodda u huwa sorprendenti kemm jitgħallmu minn din l-attività u jieħdu gost jagħmluha.
  • 45. It-tagħlim tal-elementi bażiċi Young Enterprise tħeġġeġ lill-istudenti jibdew negozji fl-iskejjel madwar ir-Renju Unit u biex jikkompetu f’livell Nazzjonali u Ewropew. Il- kompetizzjoni tipprovdi opportunità biex l-istudenti jiksbu esperjenza dwar id-dinja tan-negozju u jiżviluppaw ħiliet, esperjenzi u karrieri ġodda. L-istudenti jitgħallmu jiktbu pjanijiet ta’ negozju, jitkellmu fil- pubbliku u jbiegħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom f’ċentri kummerċjali, fi spettakli kummerċjali u f’postijiet kummerċjali oħrajn. F’kull każ, il- prestazzjoni tal-istudenti tiġi ġġudikata skont il-ħila tagħhom li jlestu rapport bil-miktub, ibiegħu l-prodotti tagħhom, iwettqu intervista, u jippreżentaw proposta koerenti ta’ negozju. Il-ħiliet ta’ komunikazzjoni jittejbu f’kull stadju tal-kompetizzjoni u, waqt li ma jeżisti l-ebda mod sempliċi li bih wieħed jista’ jirbaħ, is-suċċess jiddependi mill-iżvilupp ta’ prodotti tajbin u l-bejgħ tagħhom lill-klijenti. STUDJU TA’ KAŻ: Kompetizzjoni ta’ Young Enterprise
  • 46. Kif titgħallem tikkompeti Waqt il-kompetizzjoni, l-istudenti jitgħallmu ħafna, jitgħallmu malajr u jitgħallmu bil-prattika hekk kif jiksbu esperjenza dwar il-mekkaniżmi li jwasslu biex negozju jirnexxi. Il-partijiet l-inqas spettakolari tal- amministrazzjoni ta’ negozju jiġu koperti wkoll, hekk kif l-istudenti jitgħallmu l-kompiti amministrattivi biex jiġi żgurat li jsiru jafu kif jiġġestixxu l-flus. Xi drabi l-istudenti ma jieħdu il-kompetizzjoni b’inqas serjetà, iżda wara ftit jiġu msaħħrin mid-dinja tan-negozju u mill-isfida u l-kumplessità tal-ġestjoni tal-partijiet differenti kollha meħtieġa biex in-negozju jirnexxi. Żur is-sit web www.jaymalta.org STUDJU TA’ KAŻ: Kompetizzjoni ta’ Young Enterprise
  • 47. Il-ħolqien ta’ dħul addizzjonali Sorsi kreattivi oħrajn L-arti kummerċjali mhijiex adatta għal kull artist u bosta huma dawk li jiġġeneraw dħul ulterjuri minn sorsi kreattivi oħrajn, bħal workshops, residenzi, arti komunitarja, tagħlim, teknoloġija ġdida, ħidma ma’ negozju kreattiv, u l- aministrazzjoni jew il-ġestjoni ta’ attività artistika. Ta’ min iżomm f’moħħu li huma ftit ħafna dawk involuti fl- l-arti viżiva u applikata li jagħmlu għajxien mill-bejgħ biss li jsir fil-galleriji. Jekk xogħlok jinvolvi biss installazzjonijiet, interventi, happenings eċċ, allura huwa aktarx improbabbli li jirnexxielek tiġġenera biżżejjed dħul minn din l-attività biex tgħix ħajja deċenti.
  • 48. Il-ħolqien ta’ dħul addizzjonali Xogħol part-time Bosta persuni kreattivi li jistabbilixxu negozju jiddependu wkoll fuq sors ieħor ta’ dħul minn impjieg. Jista’ jkun utli li jkollok impjieg part- time waqt l-ewwel snin ħidma fid-dinja tan- negozju biex iżżid id-dħul finanzjarju waqt li tkun qed tistabbilixxi professjoni jew negozju kreattiv. Tista’ ssib xogħol li ma jkunx relatat mad-dinja tal-arti, forsi bl-użu tal-ħiliet kreattivi tiegħek bħala disinjatur grafiku, fotografu kummerċjali, editur ta’ films jew vidjows, jew fl-iżvilupp ta’ siti web, fil-ġbir ta’ fondi jew fil-ġestjoni ta’ proġett. NOTA Huwa perfettament legali li tkun “impjegat” ta’ negozju, jiġifieri li jkollok xogħol part-time jew full-time f’ħanut jew restorant, u fl-istess ħin tkun ħaddiem għal rasek
  • 49. Min jista’ jgħin? •Mentor / Konsulent •Kontabilist •Inland Revenue •Min iżomm il-kotba •Għodod finanzjarji, pereżempju - tbassir ta’ fluss tal-flus - kalkulaturi onlajn •Riżorsa ta’ tagħlim onlajn NOTA Huwa perfettament legali li tkun “impjegat” ta’ negozju, jiġifieri li jkollok xogħol part- time jew full-time f’ħanut jew restorant, u fl-istess ħin tkun ħaddiem għal rasek
  • 50. Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek … Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid Bħala artist jista’ jkun li l-prijorità tiegħek ma tkunx il-flus. Bosta artisti ma jinvolvux ruħhom fl-arti biex jagħmlu ħafna flus. Iżda kollha kemm aħna għandna bżonn inħallsu kontijiet, il-kera, jew immorru għal btala, minbarra li niżviluppaw u niġġestixxu n-negozju tagħna, nagħmlu xogħol ġdid, nivvjaġġaw biex naraw esibizzjonijiet, u nfaddlu għall-futur – dak kollu li kwalunkwe persuna normali li taħdem ikollha taħseb dwaru.
  • 51. Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek … Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid Onfoq b’mod għaqli •Naqqas l-infiq tiegħek. Inqas ma jkollok tonfoq, iktar ikollok għażla biex tonfoq il-flus li għandek •Ħallas l-ammont korrett ta’ taxxa u kklejma kwalunkwe benefiċċju li inti intitolat għalih •Offri l-ħiliet tiegħek lil artisti oħrajn biex tevita l-infiq meta jkollok bżonn is-servizzi tagħhom.
  • 52. Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek … Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid Kun konxju mill-baġit li għandek għad- dispożizzjoni tiegħek •Ifhem il-Baġit tiegħek – ikkalkula l-ammont ta’ flus li teħtieġ biex tgħix, tħallas il-kontijiet, tagħmel xogħlok, tħallas id-djun – u kemm għandek bżonn barra dan biex tagħmel profitt u tiżviluppa l-karriera tiegħek. •Riċerka ta’ opzjonijiet ta’ finanzjament – kun konxju dwar liema tip ta’ finanzjament int eliġibbli għalih fl-istadji differenti fil-karriera tiegħek.
  • 53. Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek … Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid Sfrutta bis-sħiħ l-assi tiegħek •Kun konxju minn dak li tista’ tbigħ – (pereżempju ħin, xogħol artistiku, ħiliet, sullokazzjoni tal-istudjow tiegħek) u għal liema prezz •Ifhem meta jkun aħjar li tikkonċedi xi ħaġa – meta jkollok taħdem mingħajr ma titħallas jew għal rata ta’ ħlas imnaqqsa – u meta sempliċement tkun qed tiġi misruq •Kun konxju mill-prezz li tista’ timponi għall-ħin u x-xogħol tiegħek, u kif tista’ tbigħ dawn b’mod effikaċi
  • 54. Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek … Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid Liema huwa l-limitu tiegħek? •Skopri l-punt li fiħ il-qligħ ta’ flus mill- professjoni tiegħek jibda jkun ta’ xkiel għall- integrità tiegħek •Trid iżżomm l-arti u l-flus separati? Jew l-arti hija sempliċement mod biex taqla’ għajxien? •Agħmel deċiżjoni li biha tħossok komdu – iżda kkalkula jekk il-professjoni tiegħek tkunx qed tiswielek il-flus, u kun ċert li inti kuntent bir- riżultat
  • 55. Aħseb dwar il-futur: Ikkontrolla flusek … Sostni n-negozju tiegħek u agħmel ix-xogħol li trid Kun konxju mill-opzjonijiet tiegħek •Sir konxju dwar il-modi disponibbli kollha li bihom tista’ taqla’ l-flus: għotjiet, self, sponsorizzazzjonijiet, negozjar, finanzjament kollettiv, liċenzjar u ħidma •Informa ruħek dwar il-postijiet li minnhom tista’ tikseb il-flus u huma adatti għalik, u dak li jkunu qegħdin ifittxu fl-applikazzjonijiet •Taħlix ħinek tipprova tagħmel il-flus minn fejn aktarx mhux se ssibhom