SlideShare a Scribd company logo
1 of 58
Entrepreneurial mind sets
Dan il-programm ġie ffinanzjat bl-għajnuna
tal-Kummissjoni Ewropea
Jiena bħala persuna
kreattivaModulu 2
X’inhi l-intraprenditorija?
Meta tisma’ l-kelma imprenditur,
x’tip ta’ immaġni tiġik f’moħħok?
Jekk hija l-immaġni ta’ xi ħadd jixbaħ
ħafna lil Mark Zuckerberg li qed
jipproduċi kodiċi HTLM f’kamra tad-
dormitorju tal-Ivy League, probabbilment
m’intix waħdek. Iżda mhux se tiġik
f’moħħok immaġni ta’ mases ta’ persuni.
Imprenditur huwa persuna li jisfrutta
idea biex jibda negozju ġdid u
jiżviluppah f’intrapriża li trendi
profitt.
X’inhi l-intraprenditorija?
Jeżistu bosta ideat żbaljati dwar l-
imprendituri. Xi persuni jemmnu li
sakemm tkun involut f’negozju, tista’ tqis
lilek innifsek bħala imprenditur. Oħrajn
jaħsbu li l-intraprenditorija hija kwistjoni
ta’ età. Bosta persuni jaħsbu li imprenditur
huwa sinonimu ta’ “hustler” – bniedem li
jagħmel minn kollox biex jikseb dak li jrid
-jew wieħed li jmexxi organizzazzjoni
żgħira.
Wasal iż-żmien li nixegħlu bozza fuq l-imprenditur
komuni ta’ kuljumTa’ spiss iż-żgħażagħ huma esposti għall-immaġni
tas-soltu tal-“imprenditur”. Din l-immaġni tista’
tgħawweġ ir-realtà dwar in-natura u l-attività
effettivi ta’ imprenditur. Għandna nevitaw milli
naqgħu fin-nassa li npoġġu ċertu tip ta’
imprenditorija fuq pedestall, u minflok għandna
nixegħlu bozza fuq l-imprendituri komuni li
niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum,
imprendituri li ż-żgħażagħ jistgħu jirrelataw
magħhom u li minnhom jistgħu jiġu ispirati.
Fi stħarriġ reċenti dwar iż-żgħażagħ intsab li meta
dawn ġew mistoqsija jivviżwalizzaw
l-“intraprenditorija”, kważi 60 % minnhom
semmew “celebreneur”, bħal Alan Sugar, Steve
Jobs u oħrajn. Idea daqshekk eroika tal-
intraprenditorija tista’ tagħmel ħsara lill-opinjoni li
ż-żgħażagħ għandhom ta’ dan il-qasam, billi hu
diffiċli għalihom jikkunsidraw dawn il-personaġġi
Persuni meqjusin bħala mudelli
Il-persuni li jitqiesu bħala mudelli huma
fundamentali biex iż-żgħażagħ jiġu esposti għall-
imprendituri komuni tal-ħajja ta’ kuljum. Jekk fil-
familja jew fil-komunità jkun hemm xi ħadd li jista’
jippromwovi l-intrapriża f’termini u f’lingwaġġ
familjari għaż-żgħażagħ, dan jikkostitwixxi
katalizzatur importanti ħafna biex iż-żgħażagħ
jibdew jifhmu u japprezzaw l-intraprenditorija.
L-idea ġenerali hi li persuni li joriġinaw mill-istess
ambjent soċjali, li jkunu tal-istess sess u l-istess età,
u li jkollhom l-istess interessi ta’ spiss ikunu
f’pożizzjoni ferm aħjar biex jagħtu idea tal-
benefiċċji impliċiti fit-twaqqif ta’ intrapriża milli
minn mudell nazzjonali jew organizzazzjoni
remota.
Sessjoni “Ispirani…
Dan ta’ hawn fuq jista’ jintlaħaq billi jiġu mistiedna xi
ħaddiema lokali li jaħdmu għal rashom,
preferibbilment mis-settur kreattiv, bħal artisti, atturi,
u fotografi, biex jiġu jitkellmu maż-żgħażagħ fl-
organizzazzjoni tiegħek dwar l-esperjenzi tagħhom.
Sessjoni “Ispirani…
Il-ħbieb u l-familja jistgħu jitqiesu bħala
l-“preżenza moħbija”, dawk li jgħinu liż-żgħażagħ
jilħqu l-potenzjal intraprenditorjali tagħhom. Huwa
iktar probabbli li ż-żgħażagħ jitolbu parir mingħand
il-ħbieb u l-familja tagħhom milli mingħand aġenziji
governattivi jew servizzi professjonali. Il-ħbieb u l-
familjja jistgħu jkunu sors imprezzabbli ta’ appoġġ
emozzjonal u għajnuna prattika, iżda l-importanza
ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ spiss ma tiġix
apprezzata.
L-għan tiegħek għandu jkun li tgħin liż-żgħażagħ
jirrikonoxxu l-għajnuna li jistgħu jipprovdu u
jisfruttaw il-ħiliet, l-għarfien u l-konnessjonijiet
tagħhom.
Ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali
Li kieku l-ingredjenti meħtieġa biex jinkiseb suċċess
fin-negozju kienu elementi tanġibbli, tista’ tibqa’
ċert li xi imprenditur intraprendenti diġà jkun
ittrasformahom fi prodott u għamel profitt mill-
bejgħ tagħhom fuq Internet bħala “Essenza għas-
Suċċess fin-Negozju”.
Sfortunatament, id-definizzjoni tal-kwalitajiet
meħtieġa biex jinkiseb suċċess fl-
intraprenditorija hija kemmxejn iktar diffiċli
minn dik tal-essenzi varji rreklamizzati fil-posta
elettronika tiegħek. Li tkun taf meta taġixxi u
meta tibqa’ f’postok jista’ jkun ta’ importanza
kruċjali għas-suċċess tiegħek, daqs kemm
huwa importanti li tkun taf tadotta t-ton ta’ vuċi
xieraq meta tkun qed tippromwovi l-prodotti
tiegħek għall-bejgħ. Iżda fuq kollox, hija d-
determinazzjoni l-fattur l-iktar importanti fl-
intraprenditorija.
Huma bosta dawk il-persuni li
jniedu negozju. Ma jeżistix
profil fiss ta’ imprenditur,
jistgħu jkunu żgħażagħ jew
xjuħ, irġiel jew nisa, u
joriġinaw minn kull qasam
soċjali.
Madankollu r-riċerka turi li l-
imprendituri għandhom
komuni bejniethom ċerti
kwalitajiet u karatteristiċi:
Imprenditur: Jieħu riskji
kkalkulati – Jaf jidentifika
opportunità – Determinat –
Iddedikat – Innovattiv –
Ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali
Li tkun “intraprendenti” ma jfissirx li għandek l-
ambizzjoni li tkun imprenditur. Pjuttost dan ifisser
xi ħadd b’taħlita partikolari ta’ ħiliet u
komportamenti intraprenditorjali, bħall-
individwalità, il-kreattività, u d-determinazzjoni.
Dawn il-ħiliet u l-kapaċitajiet komportamentali
jistgħu jintużaw fi kwalunkwe kuntest (soċjali, fuq
ix-xogħol, f’post tad-divertiment, fil-qasam tal-
mużika, fl-isports, fix-xogħol komunitarju u fil-
ħajja personali tiegħek). Anke jekk ma jkollokx l-
ambizzjoni li tibda n-negozju tiegħek stess, dawn il-
ħiliet jistgħu jgħinuk f’kull qasam tal-ħajja.
Kwalitajiet u karatteristiċi intraprenditorjali
• Il-ġestjoni tal-ħin
• Komunikazzjoni
• Kreattività
• It-teħid ta’ deċiżjonijiet
• Determinazzjoni
• Is-soluzzjoni kreattiva tal-
problemi
• Ippjanar
• Netwerking
• Riċerka
• It-twettiq ta’ proġett b’mod
kreattiv
Ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali
Persuna intraprendenti hija waħda li turi inizjattiva
u li “għandha attitudni attiva u mhux passiva għall-
ħajja”. Li turi inizjattiva jfisser li tieħu deċiżjonijiet.
Li tkun intraprendenti jfisser li tixpruna ruħek, li
jkollok id-determinazzjoni u l-enerġija li tegħleb l-
ostakli.
Fin-negozju xejn ma huwa “ċert”. Kull deċiżjoni fin-
negozju ġġorr magħha element ta’ riskju, li jfisser
il-possibbiltà li l-affarijiet jistgħu ma jmorrux kif
tixtieq. Biex tirnexxi trid tieħu riskji kkalkulati, u
trid tiżgura li l-qligħ probabbli jkun tali li jkun ta’
min jieħu dan ir-riskju.
Ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali
Il-kreattività tgħinek tagħraf opportunitajiet ta’
negozju li jimlew lakuni fis-suq. Il-kreattività
kontinwa, kif ukoll il-produzzjoni u l-iżvilupp
kotinwi ta’ ideat ġodda, huma fundamentali sabiex
bosta negozji kreattivi jiksbu suċċess.
Huwa important li imprenditur ikollu firxa ta’ ħiliet
fil-ġestjoni tajba tal-ħin. Dawn il-ħiliet huma
magħmulin minn għodod u tekniki użati biex jiġi
ġestit il-ħin fit-twettiq ta’ kompiti, proġetti u miri
speċifiċi. Il-ġestjoni tal-ħin iżżid il-valur tal-ħin
tiegħek u tgħinek tużah b’mod iktar effiċjenti biex
ittejjeb il-kwalità ta’ ħajtek. Il-ġestjoni tal-ħin
tirrigwarda l-aspetti kollha tal-ħajja, inkluż ix-
xogħol u l-ħajja soċjali u personali.
INNOTA
Waqt li ħafna żgħażagħ jgħixu l-ħajja li bosta
jassoċjaw mal-istereotip komuni tal-
imprenditur mimli inizjattiva u li jħobb ir-
riskju, bosta oħrajn ma jgħixux din il-ħajja.
Pjuttost, dawn il-persuni jsiru imprendituri
“b’ċikka”, permezz ta’ laqgħat okkażjonali ma’
persuni oħrajn, u jqisu l-impriża tagħhom iktar
bħala logħba li għandha tintlagħab fi grupp
milli bħala inizjattiva personali.
Agħżel u ħallat
It-taħlita tal-karatteristiċi intraprenditorjali hija differenti
għal kull individwu. Huwa preżunt li l-karatteristiċi
intraprenditorjali jistgħu jżidu l-possibilitajiet ta’ suċċess
fin-negozju. Waqt li ċerti karatteristiċi huma inerenti
bħal, pereżempju, il-bżulija, oħrajn jistgħu jiġu żviluppati,
bħall-motivazzjoni.
It-tiftix ta’ opportunitajiet
Opportunità hija sett ta’ ċirkostanzi favorevoli li joħolqu
l-ħtieġa għal prodott, servizz jew negozju ġdid. Dawn
jinkludu aċċess għall-kreditu, post tax-xogħol,
edukazzjoni, taħriġ eċċ. Imprenditur dejjem jibqa’ jfittex
u jidentifika opportunitajiet. Huwa/hija jaħtaf(taħtaf)
opportunità u jikkonnvertiha(tikkonvertiha) f’mira
fattibbli jew fi pjan realistiku u li jistgħu jintlaħqu.
Agħżel u ħallat
Ippjanar
L-ippjanar jikkonsisti fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-futur
rigward dak li wieħed għandu jagħmel, meta għandu
jagħmel dan, fejn u kif għandu jagħmel dan, min għandu
jagħmel dan u liema riżorsi għandhom jintużaw.
Għaldaqstant, imprenditur effikaċi s-soltu jippjana l-
attivitajiet u l-kontijiet tiegħu bl-aħjar mod possibbli bħala
preparazzjoni għal eventwalitajiet mhux mistennija.
It-teħid ta’ riskji
Biex wieħed jikkwalifika bħala imprenditur irid ikollu l-ħila
jieħu riskji. Jeżistu bosta persuni fid-dinja tan-negozju li ma
jħobbux ir-riskju u li jippreferu jaħdmu f’ambitu familjari
għalihom. Imprenditur għandu jkollu l-ħila jidentifika
opportunitajiet fis-suq u li jieħu riskji kkalkulati biex jilħaq l-
objettivi tiegħu.
Agħżel u ħallat
It-tiftix ta’ informazzjoni
L-imprendituri li jiksbu suċċess ma jibbażawx l-attivitajiet
tagħhom fuq suppożizzjonijiet u lanqas ma jiddependu fuq
oħrajn għall-informazzjoni li jeħtieġu. Minflok, iqattgħu xi
ħin jiġbru informazzjoni dwar il-klijenti, il-kompetituri, u l-
fornituri tagħhom, u dwar it-teknoloġija u s-swieq rilevanti.
Il-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti huwa importanti biex jiġi
żgurat li l-imprenditur jieħu deċiżjonijiet infurmati.
Perseveranza
Imprenditur dejjem jipprova jaħdem flimkien ma’ oħrajn
biex jilħaq il-miri tiegħu. Imprenditur għandu jkun persuna
perseveranti u ma jaqtax qalbu mill-inċertezzi, mir-riskji,
mill-ostakli, jew mid-diffikultajiet li jistgħu jfixklu l-ilħuq tal-
mira aħħarija.
Is-soluzzjoni ta’ problemi
Il-kapaċità li wieħed isolvi l-problemi b’mod
effikaċi hija importanti ħafna biex wieħed
jibqa’ reżiljenti. Il-kapaċità li wieħed isolvi l-
problemi b’mod effiċjenti tiddependi fuq l-
aċċess għal firxa ta’ strateġiji flessibbli biex
jiġu indirizzati l-kunflitti, biex tinstab
għajnuna, u biex jingħelbu l-intoppi mhux
mistennija.
Għaliex il-ħiliet fis-soluzzjoni tal-problemi huma
importanti
Kulħadd jeħtieġ isolvi xi problemi fil-ħajja ta’ kuljum.
Iżda aħna ma nitwildux bil-ħiliet li neħtieġu biex
nagħmlu dan – jeħtieġ li niżviluppawhom.
Meta tkun qed tipprova ssolvi problema huwa tajjeb
li tkun kapaċi
•tisma’ u taħseb b’mod kalm
•tikkunsidra l-opzjonijiet u tirrispetta l-
opinjonijiet u l-ħtiġijiet ta’ persuni oħrajn
-Issib soluzzjonijiet kostruttivi, u xi drabi
taħdem biex tilħaq kompromess
Dawn il-ħiliet huma apprezzati ħafna
f’sitwazzjonijiet soċjali kif ukoll fil-qasam tax-
xogħol – huma ħiliet utli għall-ħajja.
Meta taqsam problema ma’ ħaddieħor, diġà tkun
solvejt nofsha
Li taqsam il-problemi ma’ oħrajn mhuwiex biss
eżerċizzju terapewtiku, iżda jista’ jgħinek tikkunsidra
s-sitwazzjonijiet minn punto di vista differenti, u
jgħinek ukoll issib iktar soluzzjonijiet potenzjali
Il-proċess tas-soluzzjoni tal-problemi
Il-proċess tas-soluzzjoni tal-problemi jista’
jinqasam f’erba’ passi. Dan il-proċess jista’
jiġi applikat għal kważi kwalunkwe tip ta’
problema, minn dik soċjali għal dik
xjentifika:
1.Identifika l-problema
2.Iġġenera soluzzjonijiet
3.Ivvaluta s-soluzzjonijiet possibbli,
iddeċiedi dwar l-aħjar kors ta’ azzjoni u
attwah
4.Ivvaluta r-riżultat. Jekk il-problema ma
tkunx ġiet solvuta, irrepeti l-proċess mill-
ewwel pass
L-identifikazzjoni ta’ problema tista’ tiġi kkunsidrata
bħala pass ovvju, iżda xi drabi dan il-pass jista’ jidher
iktar diffiċli minn kemm tista’ taħseb. Fil-parti l-kbira
tal-każijiet, l-identifikazzjoni b’mod ċar ta’ problema
tfisser li diġà tkun solvejt nofsha.
Din l-identifikazzjoni tgħinek tiddetermina b’mod ċar
liema hi l-mira tiegħek, u attwalment x’qed ifixklek
milli tilħaq dan ir-riżultat.
1. Identifika l-problema
F’dan l-istadju tal-proċess huwa importanti li ma
tkunx kritiku żżejjed u li ma toqgħodx tivvaluta
kontinwament is-soluzzjonijiet iġġenerati, iżda li
taħseb sempliċement dwar l-ikbar numru possibbli
ta’ modi differenti li bihom tista’ ssolvi jew tindirizza
l-problema. Dan huwa simili għal “konfront ta’
2 Iġġenera soluzzjonijiet
Wara li telenka l-approċċi possibbli li bihom tkun
tista’ tindirizza l-problema, trid tivvaluta kull opzjoni
u tiddeċiedi liema huwa l-aħjar approċċ, waqt li
tikkunsidra dak kollu li jista’ jkun rilevanti għad-
deċiżjoni.
L-għarfien ta’ persuna rarament huwa perfett,
għaldaqstant, fil-parti l-kbira tal-każijiet, is-soluzzjoni
li tiġi magħżula tkun ibbażata fuq l-“aħjar
suppożizzjoni” tiegħek.
3 Ivvaluta s-soluzzjonijiet & agħżel l-
aħjar waħda li għandek tadotta
Wara li tipprova soluzzjoni, huwa importanti li
tivvaluta r-riżultat miksub. Jekk ma tkunx ħadmet,
mur lura għat-tieni pass, u analizza mill-ġdid is-
soluzzjonijiet possibbli. Kompli dan il-proċess
sakemm issolvi l-problema.
RIŻULTAT
4 Ivvaluta r-riżultat
Permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet
formali u informali, iż-żgħażagħ
bħala persuni li kapaċi jieħdu
deċiżjonijiet jiġu involuti
f’għażliet importanti, sinifikanti u
sostanzjali, deċiżjonijiet u għażliet
li jaffettwaw lilhom infushom, il-
pari tagħhom, il-komunitajiet
tagħhom, u d-dinja ta’
madwarhom.
It-teħid ta’ deċiżjonijiet
It-teħid ta’ deċiżjonijiet personali
It-Teħid ta’ Deċiżjonijiet Personali — F’kull jum ta’
ħajjitna, irrispettivament minn min aħna, fejn
inkunu jew x’inkunu qegħdin nagħmlu, ikollna
nieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-eżistenza
tagħna. Iż-żgħażagħ huma involuti kontinwament fit-
teħid ta’ deċiżjonijiet personali, billi jkollhom jagħżlu
kif jaġixxu, ma’ min iqattgħu l-ġurnata, u kif iqattgħu
l-ħin tagħhom. Il-mistoqsija fundamentali li għandna
nagħmlu hija jekk iż-żgħażagħ humiex qegħdin
jieħdu deċiżjonijiet b’mod intenzjonali jew
b’kumbinazzjoni, koinċidenza, jew mod ieħor.
Kif iż-żgħażagħ jistgħu jibdlu d-dinja
permezz tad-deċiżjonijiet tagħhom
Iż-żgħażagħ bħala Mexxejja ta’ Movimenti
Bit-teħid ta’ deċiżjonijiet li qegħdin joħolqu bidla
soċjali madwar id-dinja, iż-żgħażagħ qegħdin jiġu
involuti f’movimenti għall-ambjent, l-edukazzjoni,
riformi politiċi, u f’bosta kwistjonijiet oħrajn. Dan l-
involviment taż-żgħażagħ fit-tmexxija ta’ movimenti
għandu jsir b’awtorità, fini preċiż u kompetenza.
Kif iż-żgħażagħ jistgħu jibdlu d-dinja
permezz tad-deċiżjonijiet tagħhom
It-teħid ta’ deċiżjonijiet f’komunità
Iż-żgħażagħ jistgħu jiġu involuti f’isem il-viċinat fejn
jgħixu u f’isem gruppi kulturali, ħbieb, u persuni
oħrajn. Iż-żgħażagħ jstgħu jinataw opportunitajiet
fejn jieħdu deċiżjonijiet f’ambitu ta’ komunità billi
jiġu involuti f’assoċjazzjonijiet tal-viċinat, f’bordijiet
komunitarji, jew f’attivitajiet għall-bini tal-komunità,
bħal kampanji artistiċi ta’ tpinġija fuq ħitan pubbliċi,
tagħlim dwar l-għoti ta’ servizzi, jew opportunitajiet
oħrajn.
Kif iż-żgħażagħ jistgħu jibdlu d-dinja
permezz tad-deċiżjonijiet tagħhom
Opportunitajiet ta’ rappreżentanza
L-involviment immirat taż-żgħażagħ f’opportunitajiet
ta’ rappreżentanza jikkostitwixxi għodda għall-iżvilupp
tal-kompetenza u l-ħiliet tagħhom fit-teħid ta’
deċiżjonijiet billi dan jipprovdihom b’modi prattiċi u
applikabbli biex jaraw fejn jistgħu jwasslu, jew ma
jwasslux, l-għażliet tagħhom.
Taħriġ
Il-ħolqien ta’ opportunitajiet fejn iż-żgħażagħ u l-
persuni adulti jaħdmu flimkien jista’ jgħin fiż-żieda tal-
għarfien u l-ħiliet tal-persuni kollha involuti.
Dak li hu meħtieġ sabiex iż-żgħażagħ
jibdlu d-dinja permezz tad-
deċiżjonijiet tagħhom
Stejjer 
Biex jieħdu deċiżjonijiet importanti u pożittivi, iż-
żgħażagħ jistgħu jiġu ispirati mill-qari, mis-smigħ u 
mill-interazzjoni ma’ stejjer ta’ persuni oħrajn. Dawn 
l-istejjer jistgħu jaqsmu l-konfini kulturali, tas-sessi, 
il-konfini soċjoekonomiċi u ta’ identità, u konfini 
oħrajn, u jipprovdu liż-żgħażagħ b’għarfien ġdid li 
jgħinhom jittrasformaw il-ħajja tagħhom u tal-
persuni ta’ madwarhom. 
Dak li hu meħtieġ biex iż-żgħażagħ 
jibdlu d-dinja permezz tad-
deċiżjonijiet tagħhom
X’inhi r-reżiljenza?
Il-kapaċitajiet ta’ reżiljenza jgħinu liż-
żgħażagħ jaffrontaw b’effikaċja d-
diffikultajiet u l-bidliet li jiltaqgħu 
magħhom f’ħajjithom, u huma importanti 
Reżiljenza
Ir-reżiljenza hija l-kapaċità li wieħed jirkupra 
mill-mumenti diffiċli fil-ħajja. Hija kapaċità 
meħtieġa biex wieħed jaffronta l-ostakli 
inevitabbli li jiltaqa’ magħhom fil-ħajja u 
tikkostitwixxi wieħed mill-ingredjenti ewlenin 
meħtieġa biex jinkiseb suċċess. Meta napplikaw 
ir-reżiljenza b’attitudni pożittiva, nitgħallmu 
mhux biss nirkupraw mid-diffikultajiet, iżda li 
nagħmlu passi ‘l quddiem. 
X’inhi r-reżiljenza?
Dawn li ġejjin huma xi eżempji ta’ sfidi li xi żgħażagħ 
jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom u fejn il-
kapaċitajiet ta’ reżiljenza huma essenzjali:
 
•mard fiżiku
•it-tibdil ta’ skola
•it-tranżizzjoni mill-iskola primarja għall-iskola 
sekondarja, eċċ
•it-tibdil fl-istruttura tal-familja (divorzju, 
separazzjonijiet)
•it-tibdil fil-grupp tal-ħbieb
•kunflitti mal-pari
•kunflitti mal-familja
•il-ġestjoni tal-istudju
•it-tnedija ta’ negozju
X’inhi r-reżiljenza?
Il-kapaċitajiet ta’ reżiljenza jimminimizzaw l-
effetti li s-sitwazzjonijiet negattivi u 
stressanti jista’ jkollhom fuq persuna 
żagħżugħa. Permezz ta’ dawn il-kapaċitajiet, 
persuna żagħżugħa tkun tista’ taffronta l-
isfidi u titgħallem minnhom biex tgħix ħajja 
b’saħħitha.
Għaliex ir-reżiljenza hija importanti għaż-żgħażagħ?
1. Għarfien emozzjonali - Din hija l-kapaċità li 
tidentifika l-esperjenzi emozzjonali tiegħek u li 
tikkontrolla r-reazzjoni emozzjonali tiegħek għal 
avvenimenti esterni. Il-persuni reżiljenti ma jiġux 
“ikkundizjonati” minn emozzjoni. Għalkemm 
jistgħu jħossuhom imdejqin jew mbeżża’, għalihom 
dawn l-emozzjonijiet mhumiex ostaklu li ma 
jħallihomx jaffrontaw is-sitwazzjoni u jimxu ‘l 
quddiem.
2. Kontroll tal-impulsi - Kull wieħed u waħda minnha 
għandna impulsi biex nagħmlu u ngħidu xi affarijiet 
– dan mhux dejjem ikun fl-aħjar interess tagħna, u 
lanqas ma huwa ta’ għajnuna għall-oħrajn. Li tkun 
reżiljenti ma jfissirx li għandek twaqqaf dawn l-
impulsi, iżda jfisser li tieqaf milli tirreaġixxi għal kull 
impuls li mhuwiex ta’ ġid għalik. 
7   ħiliet essenzjali ta’ reżiljenza 
3. Ottimiżmu - L-ottimiżmu jfisser li titgħallem 
taħseb b’mod pożittiv dwar il-futur, anke fil-
mumenti diffiċli. Ifisser li tivvaluta sitwazzjoni 
b’mod oġġettiv u tieħu deċiżjoni konsapevoli li 
tiffoka fuq l-aspetti pożittivi ta’ kwalunkwe 
sitwazzjoni. 
4. Ħsieb flessibbli - Li tkun reżiljenti jfisser li taħseb 
b’mod flessibbli, li tagħraf perspettiva differenti 
f’kull sitwazzjoni, li tkun kapaċi tisma’ u tivvaluta l-
opinjoni ta’ persuni oħrajn. Li jkollok iżjed minn 
soluzzjoni waħda għall-problemi jnaqqas l-istress 
fil-mumenti diffiċli. Biex tkun reżiljenti, huwa 
importanti li jkollok Pjan B u C.
7   ħiliet essenzjali ta’ reżiljenza 
5. Empatija - L-empatija hija l-kapaċità li tirrikonoxxi 
dak li tkun qiegħda tħoss persuna oħra u li 
tirreaġixxi b’riseptt fid-dawl ta’ dan. Dan jeħtieġ li 
tifhem li l-emozzjonijiet ta’ din il-persuna jistgħu 
jkunu differenti minn dawk ta’ ħaddieħor. L-
empatija tgħin ir-reżiljenza permezz tal-iżvilupp ta’ 
relazzjonijiet b’saħħithom ibbażati fuq l-għajnuna 
reċiproka.  
6. Awto-suffiċjenza - Il-fiduċja fik innifsek u fil-
kapaċitajiet tiegħek tgħinek tkun iktar reżiljenti. L-
użu tal-esperjenzi tal-passat b’mod li tibqa’ 
tiftakarhom u tirrifletti dwar l-emozzjonijiet li 
qanqlulek jgħinek trawwem il-kapaċitajiet li 
teħtieġ fiż-żminijiet diffiċli u biex tikseb suċċess. 
7    ħiliet essenzjali ta’ reżiljenza 
7. Il-ħolqien ta’ konnessjonijiet u lħiq - Tista’ 
tiżviluppa r-reżiljenza billi trawwem relazzjonijiet 
sinifikanti u ħbiberija ma’ persuni oħrajn.
7    ħiliet essenzjali ta’ reżiljenza 
Messaġġi ewlenin
Fil-ħajja jinħolqu bosta okkażjonijiet fejn tiġi evidenzjata r-reżiljenza.
Ingredjent ewlieni tar-reżiiljenza huwa li tesprimi u tifhem l-
emozzjonijiet tiegħek.
Li tkun reżiljenti ma jfissirx li żżomm kollox ġewwa fik, iżda li tesprimi kif
tħossok u timxi ’l quddiem.
Messaġġi ewlenin
Ir-reżiljenza tfisser li tkun taf tikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħek sabiex
tkun tista’ tippromwovi pjan ta’ azzjoni.
Li tkun taf tindividwa l-emozzjonijiet tiegħek f’sitwazzjonijiet differenti
jgħinek tikkontrolla dawn l-emozzjonijiet kif ukoll biex tiżviluppa l-ħiliet
meħtieġa biex timxi ’l quddiem.
Il-bini tal-fiduċja fik 
innifsek 
Sfrutta l-aqwa
kapaċitajiet tiegħek…
 
L-awtostima tfisser l-idea li 
għandek tiegħek innifsek, li 
tħossok komdu dwar kif tidher 
u kif tħossok. 
Li jkollok fiduċja fik innifsek 
tfisser li tħossok tajjeb dwarek 
innifsek, dwar il-ħiliet u l-
ħsibijiet tiegħek.
Il-bini tal-fiduċja fik innifsek –
Netwerking – L-istabbiliment
Xi drabi l-livell ta’ fiduċja fik innifsek ivarja skont is-
sitwazzjoni li tinsab fiha. Tista’ tkun bniedem soċjevoli 
ħafna barra mill-iskola, iżda mistħi ħafna fil-klassi, u dan 
huwa assolutament normali! Fl-iskola tkun imdawwar 
minn ħafna persuni differenti u jista’ jkun diffiċli li 
titkellem u taġixxi b’mod naturali.  
Mod partkolari kif tista’ tibda tibni l-fiduċja fik innifsek 
meta tkun l-iskola huwa li twieġeb mistoqsijiet waqt il-
lezzjonijiet tas-suġġett favorit tiegħek. Tista’ wkoll tgħin 
lil xi ħabib li qed isibha diffiċli f’xi suġġett partikolari, 
iżda li inti tkun tajjeb fih. Aħseb dwar it-talenti tiegħek u 
l-affarijiet li tħobb tagħmel – imbagħad ftakar fihom kull 
darba li l-fiduċja fik innifsek tonqos.
Il-bini tal-fiduċja fik innifsek 
Jekk ma jkollokx fiduċja fik innifsek, tista’ tispira ruħek ukoll minn persuna li 
m’għandhiex din il-problema. Xi drabi aħna nibnu mmaġni tal-persuna li 
nixtiequ nkunu. Din il-persuna tista’ tkun xi ħadd li juri fiduċja fih innifsu fil-
klassi u jħobb jikkondividi l-ideat tiegħu, jew forsi xi ħadd li ma jibżax jipprova 
affarijiet ġodda, jew ma jħabbilx rasu minn dak li jaħsbu n-nies fuqu.
M’INIX KAPAĊI 
Il-bini tal-fiduċja fik innifsek 
Il-ħiliet intraprenditorjali jistgħu jiġu 
evidenzjati f’bosta kuntesti differenti - bħal 
f’negozju, f’impjieg, fil-ħajja personali tiegħek 
u fl-iżvilupp ta’ komunità - u mhux biss fit-
twaqqif ta’ negozju.
 
Il-ħiliet fil-qasam tal-intrapriża u l-ħiliet 
intraprenditorjali jistgħu jkunu ta’ siwi fil-
ħajja u fuq iix-xogħol. Dawn li ġejjin huma xi 
eżempji dwar fejn/meta l-ħiliet 
intraprenditorjali jintużaw f’kuntesti 
differenti.
Ħiliet intraprenditorjali..kull qasam tal-ħajja
Ħiliet intraprenditorjali...kull qasam ħajja
Kuntest Ħiliet Intraprenditorjali
Is-soluzzjoni ta’
problemi
Kreattività Ippjanar Netwerking
Negozju Titjib ta’ fluss ta’
flus batut
Invenzjoni ta’
prodott ġdid
Il-kitba ta’ pjan ta’
negozju
L-attendenza
f’avveniment ta’
netwerking
Impjieg/Karriera Nuqqas ta’ lħuq
ta’ miri
Is-sejba ta’ modi
ġodda kif jitwettaq
ix-xogħol
It-tħejjija ta’ pjan
ta’ żvilupp
perosnali
L-attendenza
f’fiera dwar il-
karrieri
Ħajja Personali X’tagħmel meta
d-dar tinħakem
minn għargħar
It-trasformazzjoni
ta’ delizzju
f’negozju
Il-ħolqien ta’ lista
ta’ affarijiet li
għandhom isiru
L-attendenza
f’avveniment
soċjali
Żvilupp tal-
Komunità
It-teħid ta’ miżuri
kontra l-abbuż
mid-droga fil-
komunità lokali
Il-ġenerazzjoni ta’
ideat għal
intrapriża soċjali
L-ippjanar ta’
avveniment għall-
ġbir ta’ fondi
Laqgħa ma’
parti interessata
Li tkun intraprendenti jista’ jkun utli – li jkollok ħiliet
intraprenditorjali għandu l-vantaġġi tiegħu f’kuntesti
differenti. Pereżempju, li tkun kreattiv fin-negozju
jista’ jissarraf fil-ħolqien ta’ prodotti ġodda, bir-
riżultat li dan jgħin fil-kisba ta’ klijenti ġodda, u
konsegwentement fiż-żieda tal-profitt.
Dawn il-ħiliet qed jiġu enfasizzati dejjem iktar
mill-impjegaturi. Xi drabi lawrea mhijiex
biżżejjed biex tiddistingwi ruħek mill-folla. L-
impjegaturi jridu żgħażagħ intraprendenti u
motivati. Għal din ir-raġuni, huwa tassew
importanti li tibni sett solidu ta’ ħiliet li
jgħinuk twettaq kompiti, li tidħol għal sfidi
b’mod effikaċi u li timpressjona b’mod
favorevoli lill-impjegaturi potenzjali.
Meta tapplika u tagħmel intervista għal
impjieg partikolari trid tkun kapaċi turi u
tispjega lill-impjegaturi l-fatt li inti individwu
intraprendenti.
Li tkun intraprendenti hija ħila importanti għall-
impjegabbiltà
L-ewwel post fejn għandek tagħmel referenza għan-
natura intraprenditorjali tiegħek huwa fil-Kurrikulum u
meta twieġeb kwalunkwe mistoqsija f’formola ta’
applikazzjoni dwar l-ikbar kisbiet tiegħek, il-kreattività
tiegħek jew il-kapaċità tiegħek li taħseb b’mod
innovattiv.
Jekk, pereżempju, waqqaft negozju bħala attività
sekondarja biex taqla’ xi sold żejjed, dan ifisser li inti
persuna intraprendenti. Jekk għamilt internship li kien
jinvolvi t-tlestija ta’ proġett ta’ titjib ta’ negozju, dan
ifisser li inti persuna intraprendenti. Madankollu, l-
eżempji tiegħek mhux bilfors iridu jkunu relatati ma’
negozju.
Kif turi l-ħiliet intraprenditorjali tiegħek
Jekk kont tagħmel parti minn kumpanija u tajt daqqa
t’id fit-twaqqif ta’ avveniment ġdid, jew ħloqt mod ġdid
kif tirreklamizza s-soċjetà tal-istudenti lil membri
potenzjali, dan ukoll ifisser li inti persuna
intraprendenti. Jekk ħloqt mod ġdid jew innovattiv kif
tagħmel ġbir ta’ fondi għall-karità jew kif tiffinanzja
sena ta’ mistrieħ mill-istudju jew mix-xogħol biex tiġi
ddedikata interament għall-ivvjaġġar, dan ukoll juri n-
natura intraprenditorjali tiegħek.
Ftakar… il-vera natura tal-persuni tiswa iktar mis-
somma tal-kwalifiki tagħhom!
Kif turi l-ħiliet intraprenditorjali tiegħek
Li tkun intraprendenti jfisser prinċipalment li
tiżviluppa ħiliet li jgħinuk turi kif tista’ tkun
kreattiv, innovattiv u flessibbli f’firxa wiesgħa
ta’ sitwazzjonijiet – dan jista’ jkun fl-
edukazzjoni, jekk taħdem għal ħaddieħor, jekk
tipparteċipa f’attivitajiet ekstrakurrikulari jew li
tattendi avvenimenti u workshops.
Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-ħiliet u l-
attitudnijiet intraprenditorjali jistgħu jiġu
żviluppati f’għadd ta’ modi u f’kuntesti
differenti, pereżempju f’taħriġ, jekk tara
vidjow jew fil-monitoraġġ ta’ impjieg.
L-iżvilupp ta’ ħiliet intraprenditorjali f’kuntesti
differenti
Ħila jew attitudni
intraprenditorjali
Kuntest Kif il-ħila jew l-attitudni jistgħu jiġu żviluppati
Ippjanar F’impjieg Attendi kors ta’ ppjanar biex titgħallem kif għandek tippjana b’mod iktar effikaċi
Reżiljenza u impenn Ħajja personali Sir membru ta’ tim sportiv biex tgħin l-iżvilupp tal-ħiliet tiegħek li jirrigwardaw ir-
reżiljenza u l-impenn
Inizjattiva Ħajja personali Sir volontarju ta’ organizzazzjoni ta’ karità jew li twettaq attivitajiet fil-komunità biex
tiżviluppa firxa ta’ ħiliet intraprenditorjali
Ħidma bejn il-membri
ta’ grupp
Reżiljenza
Is-soluzzjoni tal-
problemi
Ħajja personali Attendi programmi ta’ tmexxija mmirati għal barra u oħtajn residenzjali għaż-
żgħażagħ biex tiżviluppa ħiliet differenti, bħall-kapaċità li taħdem f’kollaborazzjoni
ma’ membri oħrajn ta’ tim, ir-reżiljenza u s-soluzzjoni tal-problemi
Netwerking
Adattabilità
Edukazzjoni Ipparteċipa f’attivitajiet ekstrakurrikulari, pereżempju s-sħubija ma’ għaqda/klabb
hija mod tajjeb ħafna biex tiżviluppa ħiliet differenti, tkabbar in-netwerk ta’ kuntatti
tiegħek u, ovvjament, tiddeverti
Kreattività
Inizjattiva
Żvilupp tal-komunità Li tipparteċipa f’kompetizzjonijiet jista’ jkun mod divertenti kif tesplora attivitajiet
ġodda u tiżviluppa ħiliet ġodda
Netwerking
Tmexxija
Ħidma bejn il-membri
ta’ grupp
Is-soluzzjoni tal-
problemi
Żvilupp tal-komunità Is-sħubija ma gruppi ta’ Scouts jew Gwidi jippermetti liż-żgħażagħ jiksbu firxa ta’
ħiliet u jagħmlu parti minn komunità
Ħidma bejn il-membri
ta’ grupp
Ippjanar
Netwerking
F’impjieg Attendi sessjonijiet ta’ taħriġ, workshops u avvenimenti dwar firxa ta’ suġġetti
mfasslin biex jgħinuk tiżviluppa ħiliet u esperjenzi importanti, bħal ħidma f’tim, l-
iżvilupp ta’ pjan ta’ negozju, jew netwerking. Dawn il-ħiliet huma tajbin ħafna
kemm għall-impjegabbiltà tiegħek, kif ukoll għall-ħiliet tiegħek fil-qasam tan-
negozju jekk tkun se tibda negozju għal rasek
Komunikazzjoni F’impjieg Uża l-mentoraġġ jew coaching minn pari biex jgħinuk tiżviluppa ħiliet ta’
komunikazzjoni
L-iżvilupp ta’ ħiliet intraprenditorjali f’kuntesti
differenti
Kif Tista' Ti viluppa iliet Intraprenditorjaliż Ħ
Kotba tas-serje HOW
Taħriġ / Korsijiet
Esperjenza ta' xogħol
Monitoraġġ ta' impjieg / Mentor
Volontarjat
Diskorsi / Avvenimenti / Konferenzi
Vidjows fuq YouTube
Il-promozzjoni tal-aspett komuni ta’ kuljum
tal-“istorja” intraprenditorjali
Dan huwa mod effikaċi ħafna kif l-intraprenditorija
tista’ ssir iktar attraenti għaż-żgħażagħ. Promozzjoni
bħal din tista’ tgħin ukoll biex l-imprendituri
eżistenti jsiru konxji li l-attivitajiet tagħhom huma
tabilħaqq “intraprenditorjali”. Bosta żgħażagħ li
jbiegħu prodotti u servizzi mhumiex lesti
jiddefinixxu ruħhom bħala “imprendituri”, u dan
ifisser li huwa inqas probabbli li jfittxu għajnuna
siewja.
Xi suġġerimenti tajbin
Introduċi mill-ġdid l-aspett uman fl-
intraprenditorija
L-intraprenditorija hija mezz biex jintlaħaq għan,
mhux sempliċement għan fih innifsu. Nistgħu
nagħmlu iktar biex nuru liż-żgħażagħ kif l-
intraprenditorija tista’ tintuża bħala mezz biex
jintlaħqu bosta objettivi varji tal-ħajja – iktar libertà,
il-possibbiltà li tittieħed inizjattiva ispirata minn
idea tajba u, ovvjament, li jsir qligħ finanzjarju.
Xi suġġerimenti tajbin
Apprezza l-fallimenti u erġa’ oħloq possibilitajiet li
jwasslu għal proġetti, negozju, edukazzjoni…
Li wieħed jidħol u joħroġ mid-dinja tan-negozju hija
parti integrali mill-ħajja ta’ imprenditur, iżda bosta
drabi dan jitqies bħala “falliment”. Ippromwovi l-
idea li l-falliment huwa pedament neċessarju biex
tiżviluppa ħiliet u biex titgħallem, u dan
jinkoraġġixxi iktar imprendituri żgħażagħ li
jabbandunaw proġett, l-edukazzjoni jew negozju
biex jerġgħu jibdew mill-ġdid.
Xi suġġerimenti tajbin
Ħaddan il-frustrazzjoni
Il-frustrazzjoni mhijiex interruzzjoni tal-proċess tiegħek. Il-
frustrazzjoni hija l-proċess! Kull impriża kreattiva għandha d-
diffikultajiet tagħha. Iżda jekk tkun ċert li tkun fit-triq it-tajba, l-
unika opzjoni hija li taċċetta l-aspetti negattivi u timxi ’l quddiem.
X’tista’ tagħmel aħjar? Irrikonoxxi li l-mumenti ta’ frustrazzjoni
jistgħu jwasslu għal tkabbir sinifikanti. Jekk ma tkunx kapaċi tegħleb
frustrazzjoni, abbanduna l-impriża temporanjament. Xi drabi l-
problemi diffiċli, pjuttost milli ostakli insuperabbli, ikunu sinjal li
jkun wasal iż-żmien li nikkunsidraw mill-ġdid il-perspettivi tagħna.
Kif tiġġestixxi ruħek bejn mument tajjeb u ieħor, jiġifieri fil-perjodi li
fihom jinqalgħu d-diffikultajiet, huwa l-kejl ta’ kemm inti ddedikat
għall-vokazzjoni tiegħek, u kemm inti mgħammar biex taffronta l-
eżiġenzi strambi ta’ ħajja kreattiva. Il-parti iebsa ta’ impriża hija
magħmula minn kif jirnexxilek tissupera l-fażijiet kreattivi kollha tal-
avventura intraprenditorjali tiegħek.
Xi suġġerimenti tajbin
Awguri
Irnexxilek tlesti l-Modulu 2

More Related Content

More from yeaproject

Module 9 présenter une idée
Module 9   présenter une idéeModule 9   présenter une idée
Module 9 présenter une idéeyeaproject
 
Module 6 le mix commercial
Module 6   le mix commercialModule 6   le mix commercial
Module 6 le mix commercialyeaproject
 
Module 5 faites vos recherches
Module 5   faites vos recherchesModule 5   faites vos recherches
Module 5 faites vos recherchesyeaproject
 
Module 4 quelle idée
Module 4   quelle idéeModule 4   quelle idée
Module 4 quelle idéeyeaproject
 
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
Module 3  etat d'esprit entrepreneurialModule 3  etat d'esprit entrepreneurial
Module 3 etat d'esprit entrepreneurialyeaproject
 
Module 2 moi créatif
Module 2  moi créatifModule 2  moi créatif
Module 2 moi créatifyeaproject
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fryeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it rightyeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your researchyeaproject
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big ideayeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative meyeaproject
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterpriseyeaproject
 

More from yeaproject (18)

Module 9 présenter une idée
Module 9   présenter une idéeModule 9   présenter une idée
Module 9 présenter une idée
 
Module 6 le mix commercial
Module 6   le mix commercialModule 6   le mix commercial
Module 6 le mix commercial
 
Module 5 faites vos recherches
Module 5   faites vos recherchesModule 5   faites vos recherches
Module 5 faites vos recherches
 
Module 4 quelle idée
Module 4   quelle idéeModule 4   quelle idée
Module 4 quelle idée
 
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
Module 3  etat d'esprit entrepreneurialModule 3  etat d'esprit entrepreneurial
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
 
Module 2 moi créatif
Module 2  moi créatifModule 2  moi créatif
Module 2 moi créatif
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fr
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it right
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your research
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big idea
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative me
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterprise
 

Module 2 creative me

  • 1. Entrepreneurial mind sets Dan il-programm ġie ffinanzjat bl-għajnuna tal-Kummissjoni Ewropea Jiena bħala persuna kreattivaModulu 2
  • 2. X’inhi l-intraprenditorija? Meta tisma’ l-kelma imprenditur, x’tip ta’ immaġni tiġik f’moħħok? Jekk hija l-immaġni ta’ xi ħadd jixbaħ ħafna lil Mark Zuckerberg li qed jipproduċi kodiċi HTLM f’kamra tad- dormitorju tal-Ivy League, probabbilment m’intix waħdek. Iżda mhux se tiġik f’moħħok immaġni ta’ mases ta’ persuni. Imprenditur huwa persuna li jisfrutta idea biex jibda negozju ġdid u jiżviluppah f’intrapriża li trendi profitt.
  • 3. X’inhi l-intraprenditorija? Jeżistu bosta ideat żbaljati dwar l- imprendituri. Xi persuni jemmnu li sakemm tkun involut f’negozju, tista’ tqis lilek innifsek bħala imprenditur. Oħrajn jaħsbu li l-intraprenditorija hija kwistjoni ta’ età. Bosta persuni jaħsbu li imprenditur huwa sinonimu ta’ “hustler” – bniedem li jagħmel minn kollox biex jikseb dak li jrid -jew wieħed li jmexxi organizzazzjoni żgħira.
  • 4. Wasal iż-żmien li nixegħlu bozza fuq l-imprenditur komuni ta’ kuljumTa’ spiss iż-żgħażagħ huma esposti għall-immaġni tas-soltu tal-“imprenditur”. Din l-immaġni tista’ tgħawweġ ir-realtà dwar in-natura u l-attività effettivi ta’ imprenditur. Għandna nevitaw milli naqgħu fin-nassa li npoġġu ċertu tip ta’ imprenditorija fuq pedestall, u minflok għandna nixegħlu bozza fuq l-imprendituri komuni li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, imprendituri li ż-żgħażagħ jistgħu jirrelataw magħhom u li minnhom jistgħu jiġu ispirati. Fi stħarriġ reċenti dwar iż-żgħażagħ intsab li meta dawn ġew mistoqsija jivviżwalizzaw l-“intraprenditorija”, kważi 60 % minnhom semmew “celebreneur”, bħal Alan Sugar, Steve Jobs u oħrajn. Idea daqshekk eroika tal- intraprenditorija tista’ tagħmel ħsara lill-opinjoni li ż-żgħażagħ għandhom ta’ dan il-qasam, billi hu diffiċli għalihom jikkunsidraw dawn il-personaġġi
  • 5. Persuni meqjusin bħala mudelli Il-persuni li jitqiesu bħala mudelli huma fundamentali biex iż-żgħażagħ jiġu esposti għall- imprendituri komuni tal-ħajja ta’ kuljum. Jekk fil- familja jew fil-komunità jkun hemm xi ħadd li jista’ jippromwovi l-intrapriża f’termini u f’lingwaġġ familjari għaż-żgħażagħ, dan jikkostitwixxi katalizzatur importanti ħafna biex iż-żgħażagħ jibdew jifhmu u japprezzaw l-intraprenditorija. L-idea ġenerali hi li persuni li joriġinaw mill-istess ambjent soċjali, li jkunu tal-istess sess u l-istess età, u li jkollhom l-istess interessi ta’ spiss ikunu f’pożizzjoni ferm aħjar biex jagħtu idea tal- benefiċċji impliċiti fit-twaqqif ta’ intrapriża milli minn mudell nazzjonali jew organizzazzjoni remota.
  • 6. Sessjoni “Ispirani… Dan ta’ hawn fuq jista’ jintlaħaq billi jiġu mistiedna xi ħaddiema lokali li jaħdmu għal rashom, preferibbilment mis-settur kreattiv, bħal artisti, atturi, u fotografi, biex jiġu jitkellmu maż-żgħażagħ fl- organizzazzjoni tiegħek dwar l-esperjenzi tagħhom.
  • 7. Sessjoni “Ispirani… Il-ħbieb u l-familja jistgħu jitqiesu bħala l-“preżenza moħbija”, dawk li jgħinu liż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal intraprenditorjali tagħhom. Huwa iktar probabbli li ż-żgħażagħ jitolbu parir mingħand il-ħbieb u l-familja tagħhom milli mingħand aġenziji governattivi jew servizzi professjonali. Il-ħbieb u l- familjja jistgħu jkunu sors imprezzabbli ta’ appoġġ emozzjonal u għajnuna prattika, iżda l-importanza ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ spiss ma tiġix apprezzata. L-għan tiegħek għandu jkun li tgħin liż-żgħażagħ jirrikonoxxu l-għajnuna li jistgħu jipprovdu u jisfruttaw il-ħiliet, l-għarfien u l-konnessjonijiet tagħhom.
  • 8. Ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali Li kieku l-ingredjenti meħtieġa biex jinkiseb suċċess fin-negozju kienu elementi tanġibbli, tista’ tibqa’ ċert li xi imprenditur intraprendenti diġà jkun ittrasformahom fi prodott u għamel profitt mill- bejgħ tagħhom fuq Internet bħala “Essenza għas- Suċċess fin-Negozju”. Sfortunatament, id-definizzjoni tal-kwalitajiet meħtieġa biex jinkiseb suċċess fl- intraprenditorija hija kemmxejn iktar diffiċli minn dik tal-essenzi varji rreklamizzati fil-posta elettronika tiegħek. Li tkun taf meta taġixxi u meta tibqa’ f’postok jista’ jkun ta’ importanza kruċjali għas-suċċess tiegħek, daqs kemm huwa importanti li tkun taf tadotta t-ton ta’ vuċi xieraq meta tkun qed tippromwovi l-prodotti tiegħek għall-bejgħ. Iżda fuq kollox, hija d- determinazzjoni l-fattur l-iktar importanti fl- intraprenditorija.
  • 9. Huma bosta dawk il-persuni li jniedu negozju. Ma jeżistix profil fiss ta’ imprenditur, jistgħu jkunu żgħażagħ jew xjuħ, irġiel jew nisa, u joriġinaw minn kull qasam soċjali. Madankollu r-riċerka turi li l- imprendituri għandhom komuni bejniethom ċerti kwalitajiet u karatteristiċi: Imprenditur: Jieħu riskji kkalkulati – Jaf jidentifika opportunità – Determinat – Iddedikat – Innovattiv –
  • 10. Ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali Li tkun “intraprendenti” ma jfissirx li għandek l- ambizzjoni li tkun imprenditur. Pjuttost dan ifisser xi ħadd b’taħlita partikolari ta’ ħiliet u komportamenti intraprenditorjali, bħall- individwalità, il-kreattività, u d-determinazzjoni. Dawn il-ħiliet u l-kapaċitajiet komportamentali jistgħu jintużaw fi kwalunkwe kuntest (soċjali, fuq ix-xogħol, f’post tad-divertiment, fil-qasam tal- mużika, fl-isports, fix-xogħol komunitarju u fil- ħajja personali tiegħek). Anke jekk ma jkollokx l- ambizzjoni li tibda n-negozju tiegħek stess, dawn il- ħiliet jistgħu jgħinuk f’kull qasam tal-ħajja.
  • 11. Kwalitajiet u karatteristiċi intraprenditorjali • Il-ġestjoni tal-ħin • Komunikazzjoni • Kreattività • It-teħid ta’ deċiżjonijiet • Determinazzjoni • Is-soluzzjoni kreattiva tal- problemi • Ippjanar • Netwerking • Riċerka • It-twettiq ta’ proġett b’mod kreattiv
  • 12. Ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali Persuna intraprendenti hija waħda li turi inizjattiva u li “għandha attitudni attiva u mhux passiva għall- ħajja”. Li turi inizjattiva jfisser li tieħu deċiżjonijiet. Li tkun intraprendenti jfisser li tixpruna ruħek, li jkollok id-determinazzjoni u l-enerġija li tegħleb l- ostakli. Fin-negozju xejn ma huwa “ċert”. Kull deċiżjoni fin- negozju ġġorr magħha element ta’ riskju, li jfisser il-possibbiltà li l-affarijiet jistgħu ma jmorrux kif tixtieq. Biex tirnexxi trid tieħu riskji kkalkulati, u trid tiżgura li l-qligħ probabbli jkun tali li jkun ta’ min jieħu dan ir-riskju.
  • 13. Ħiliet u attitudnijiet intraprenditorjali Il-kreattività tgħinek tagħraf opportunitajiet ta’ negozju li jimlew lakuni fis-suq. Il-kreattività kontinwa, kif ukoll il-produzzjoni u l-iżvilupp kotinwi ta’ ideat ġodda, huma fundamentali sabiex bosta negozji kreattivi jiksbu suċċess. Huwa important li imprenditur ikollu firxa ta’ ħiliet fil-ġestjoni tajba tal-ħin. Dawn il-ħiliet huma magħmulin minn għodod u tekniki użati biex jiġi ġestit il-ħin fit-twettiq ta’ kompiti, proġetti u miri speċifiċi. Il-ġestjoni tal-ħin iżżid il-valur tal-ħin tiegħek u tgħinek tużah b’mod iktar effiċjenti biex ittejjeb il-kwalità ta’ ħajtek. Il-ġestjoni tal-ħin tirrigwarda l-aspetti kollha tal-ħajja, inkluż ix- xogħol u l-ħajja soċjali u personali.
  • 14. INNOTA Waqt li ħafna żgħażagħ jgħixu l-ħajja li bosta jassoċjaw mal-istereotip komuni tal- imprenditur mimli inizjattiva u li jħobb ir- riskju, bosta oħrajn ma jgħixux din il-ħajja. Pjuttost, dawn il-persuni jsiru imprendituri “b’ċikka”, permezz ta’ laqgħat okkażjonali ma’ persuni oħrajn, u jqisu l-impriża tagħhom iktar bħala logħba li għandha tintlagħab fi grupp milli bħala inizjattiva personali.
  • 15. Agħżel u ħallat It-taħlita tal-karatteristiċi intraprenditorjali hija differenti għal kull individwu. Huwa preżunt li l-karatteristiċi intraprenditorjali jistgħu jżidu l-possibilitajiet ta’ suċċess fin-negozju. Waqt li ċerti karatteristiċi huma inerenti bħal, pereżempju, il-bżulija, oħrajn jistgħu jiġu żviluppati, bħall-motivazzjoni. It-tiftix ta’ opportunitajiet Opportunità hija sett ta’ ċirkostanzi favorevoli li joħolqu l-ħtieġa għal prodott, servizz jew negozju ġdid. Dawn jinkludu aċċess għall-kreditu, post tax-xogħol, edukazzjoni, taħriġ eċċ. Imprenditur dejjem jibqa’ jfittex u jidentifika opportunitajiet. Huwa/hija jaħtaf(taħtaf) opportunità u jikkonnvertiha(tikkonvertiha) f’mira fattibbli jew fi pjan realistiku u li jistgħu jintlaħqu.
  • 16. Agħżel u ħallat Ippjanar L-ippjanar jikkonsisti fit-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-futur rigward dak li wieħed għandu jagħmel, meta għandu jagħmel dan, fejn u kif għandu jagħmel dan, min għandu jagħmel dan u liema riżorsi għandhom jintużaw. Għaldaqstant, imprenditur effikaċi s-soltu jippjana l- attivitajiet u l-kontijiet tiegħu bl-aħjar mod possibbli bħala preparazzjoni għal eventwalitajiet mhux mistennija. It-teħid ta’ riskji Biex wieħed jikkwalifika bħala imprenditur irid ikollu l-ħila jieħu riskji. Jeżistu bosta persuni fid-dinja tan-negozju li ma jħobbux ir-riskju u li jippreferu jaħdmu f’ambitu familjari għalihom. Imprenditur għandu jkollu l-ħila jidentifika opportunitajiet fis-suq u li jieħu riskji kkalkulati biex jilħaq l- objettivi tiegħu.
  • 17. Agħżel u ħallat It-tiftix ta’ informazzjoni L-imprendituri li jiksbu suċċess ma jibbażawx l-attivitajiet tagħhom fuq suppożizzjonijiet u lanqas ma jiddependu fuq oħrajn għall-informazzjoni li jeħtieġu. Minflok, iqattgħu xi ħin jiġbru informazzjoni dwar il-klijenti, il-kompetituri, u l- fornituri tagħhom, u dwar it-teknoloġija u s-swieq rilevanti. Il-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti huwa importanti biex jiġi żgurat li l-imprenditur jieħu deċiżjonijiet infurmati. Perseveranza Imprenditur dejjem jipprova jaħdem flimkien ma’ oħrajn biex jilħaq il-miri tiegħu. Imprenditur għandu jkun persuna perseveranti u ma jaqtax qalbu mill-inċertezzi, mir-riskji, mill-ostakli, jew mid-diffikultajiet li jistgħu jfixklu l-ilħuq tal- mira aħħarija.
  • 18. Is-soluzzjoni ta’ problemi Il-kapaċità li wieħed isolvi l-problemi b’mod effikaċi hija importanti ħafna biex wieħed jibqa’ reżiljenti. Il-kapaċità li wieħed isolvi l- problemi b’mod effiċjenti tiddependi fuq l- aċċess għal firxa ta’ strateġiji flessibbli biex jiġu indirizzati l-kunflitti, biex tinstab għajnuna, u biex jingħelbu l-intoppi mhux mistennija.
  • 19. Għaliex il-ħiliet fis-soluzzjoni tal-problemi huma importanti Kulħadd jeħtieġ isolvi xi problemi fil-ħajja ta’ kuljum. Iżda aħna ma nitwildux bil-ħiliet li neħtieġu biex nagħmlu dan – jeħtieġ li niżviluppawhom. Meta tkun qed tipprova ssolvi problema huwa tajjeb li tkun kapaċi •tisma’ u taħseb b’mod kalm •tikkunsidra l-opzjonijiet u tirrispetta l- opinjonijiet u l-ħtiġijiet ta’ persuni oħrajn -Issib soluzzjonijiet kostruttivi, u xi drabi taħdem biex tilħaq kompromess Dawn il-ħiliet huma apprezzati ħafna f’sitwazzjonijiet soċjali kif ukoll fil-qasam tax- xogħol – huma ħiliet utli għall-ħajja.
  • 20. Meta taqsam problema ma’ ħaddieħor, diġà tkun solvejt nofsha Li taqsam il-problemi ma’ oħrajn mhuwiex biss eżerċizzju terapewtiku, iżda jista’ jgħinek tikkunsidra s-sitwazzjonijiet minn punto di vista differenti, u jgħinek ukoll issib iktar soluzzjonijiet potenzjali
  • 21. Il-proċess tas-soluzzjoni tal-problemi Il-proċess tas-soluzzjoni tal-problemi jista’ jinqasam f’erba’ passi. Dan il-proċess jista’ jiġi applikat għal kważi kwalunkwe tip ta’ problema, minn dik soċjali għal dik xjentifika: 1.Identifika l-problema 2.Iġġenera soluzzjonijiet 3.Ivvaluta s-soluzzjonijiet possibbli, iddeċiedi dwar l-aħjar kors ta’ azzjoni u attwah 4.Ivvaluta r-riżultat. Jekk il-problema ma tkunx ġiet solvuta, irrepeti l-proċess mill- ewwel pass
  • 22. L-identifikazzjoni ta’ problema tista’ tiġi kkunsidrata bħala pass ovvju, iżda xi drabi dan il-pass jista’ jidher iktar diffiċli minn kemm tista’ taħseb. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-identifikazzjoni b’mod ċar ta’ problema tfisser li diġà tkun solvejt nofsha. Din l-identifikazzjoni tgħinek tiddetermina b’mod ċar liema hi l-mira tiegħek, u attwalment x’qed ifixklek milli tilħaq dan ir-riżultat. 1. Identifika l-problema
  • 23. F’dan l-istadju tal-proċess huwa importanti li ma tkunx kritiku żżejjed u li ma toqgħodx tivvaluta kontinwament is-soluzzjonijiet iġġenerati, iżda li taħseb sempliċement dwar l-ikbar numru possibbli ta’ modi differenti li bihom tista’ ssolvi jew tindirizza l-problema. Dan huwa simili għal “konfront ta’ 2 Iġġenera soluzzjonijiet
  • 24. Wara li telenka l-approċċi possibbli li bihom tkun tista’ tindirizza l-problema, trid tivvaluta kull opzjoni u tiddeċiedi liema huwa l-aħjar approċċ, waqt li tikkunsidra dak kollu li jista’ jkun rilevanti għad- deċiżjoni. L-għarfien ta’ persuna rarament huwa perfett, għaldaqstant, fil-parti l-kbira tal-każijiet, is-soluzzjoni li tiġi magħżula tkun ibbażata fuq l-“aħjar suppożizzjoni” tiegħek. 3 Ivvaluta s-soluzzjonijiet & agħżel l- aħjar waħda li għandek tadotta
  • 25. Wara li tipprova soluzzjoni, huwa importanti li tivvaluta r-riżultat miksub. Jekk ma tkunx ħadmet, mur lura għat-tieni pass, u analizza mill-ġdid is- soluzzjonijiet possibbli. Kompli dan il-proċess sakemm issolvi l-problema. RIŻULTAT 4 Ivvaluta r-riżultat
  • 26. Permezz tat-teħid ta’ deċiżjonijiet formali u informali, iż-żgħażagħ bħala persuni li kapaċi jieħdu deċiżjonijiet jiġu involuti f’għażliet importanti, sinifikanti u sostanzjali, deċiżjonijiet u għażliet li jaffettwaw lilhom infushom, il- pari tagħhom, il-komunitajiet tagħhom, u d-dinja ta’ madwarhom. It-teħid ta’ deċiżjonijiet
  • 27. It-teħid ta’ deċiżjonijiet personali It-Teħid ta’ Deċiżjonijiet Personali — F’kull jum ta’ ħajjitna, irrispettivament minn min aħna, fejn inkunu jew x’inkunu qegħdin nagħmlu, ikollna nieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-eżistenza tagħna. Iż-żgħażagħ huma involuti kontinwament fit- teħid ta’ deċiżjonijiet personali, billi jkollhom jagħżlu kif jaġixxu, ma’ min iqattgħu l-ġurnata, u kif iqattgħu l-ħin tagħhom. Il-mistoqsija fundamentali li għandna nagħmlu hija jekk iż-żgħażagħ humiex qegħdin jieħdu deċiżjonijiet b’mod intenzjonali jew b’kumbinazzjoni, koinċidenza, jew mod ieħor. Kif iż-żgħażagħ jistgħu jibdlu d-dinja permezz tad-deċiżjonijiet tagħhom
  • 28. Iż-żgħażagħ bħala Mexxejja ta’ Movimenti Bit-teħid ta’ deċiżjonijiet li qegħdin joħolqu bidla soċjali madwar id-dinja, iż-żgħażagħ qegħdin jiġu involuti f’movimenti għall-ambjent, l-edukazzjoni, riformi politiċi, u f’bosta kwistjonijiet oħrajn. Dan l- involviment taż-żgħażagħ fit-tmexxija ta’ movimenti għandu jsir b’awtorità, fini preċiż u kompetenza. Kif iż-żgħażagħ jistgħu jibdlu d-dinja permezz tad-deċiżjonijiet tagħhom
  • 29. It-teħid ta’ deċiżjonijiet f’komunità Iż-żgħażagħ jistgħu jiġu involuti f’isem il-viċinat fejn jgħixu u f’isem gruppi kulturali, ħbieb, u persuni oħrajn. Iż-żgħażagħ jstgħu jinataw opportunitajiet fejn jieħdu deċiżjonijiet f’ambitu ta’ komunità billi jiġu involuti f’assoċjazzjonijiet tal-viċinat, f’bordijiet komunitarji, jew f’attivitajiet għall-bini tal-komunità, bħal kampanji artistiċi ta’ tpinġija fuq ħitan pubbliċi, tagħlim dwar l-għoti ta’ servizzi, jew opportunitajiet oħrajn. Kif iż-żgħażagħ jistgħu jibdlu d-dinja permezz tad-deċiżjonijiet tagħhom
  • 30. Opportunitajiet ta’ rappreżentanza L-involviment immirat taż-żgħażagħ f’opportunitajiet ta’ rappreżentanza jikkostitwixxi għodda għall-iżvilupp tal-kompetenza u l-ħiliet tagħhom fit-teħid ta’ deċiżjonijiet billi dan jipprovdihom b’modi prattiċi u applikabbli biex jaraw fejn jistgħu jwasslu, jew ma jwasslux, l-għażliet tagħhom. Taħriġ Il-ħolqien ta’ opportunitajiet fejn iż-żgħażagħ u l- persuni adulti jaħdmu flimkien jista’ jgħin fiż-żieda tal- għarfien u l-ħiliet tal-persuni kollha involuti. Dak li hu meħtieġ sabiex iż-żgħażagħ jibdlu d-dinja permezz tad- deċiżjonijiet tagħhom
  • 36. 1. Għarfien emozzjonali - Din hija l-kapaċità li  tidentifika l-esperjenzi emozzjonali tiegħek u li  tikkontrolla r-reazzjoni emozzjonali tiegħek għal  avvenimenti esterni. Il-persuni reżiljenti ma jiġux  “ikkundizjonati” minn emozzjoni. Għalkemm  jistgħu jħossuhom imdejqin jew mbeżża’, għalihom  dawn l-emozzjonijiet mhumiex ostaklu li ma  jħallihomx jaffrontaw is-sitwazzjoni u jimxu ‘l  quddiem. 2. Kontroll tal-impulsi - Kull wieħed u waħda minnha  għandna impulsi biex nagħmlu u ngħidu xi affarijiet  – dan mhux dejjem ikun fl-aħjar interess tagħna, u  lanqas ma huwa ta’ għajnuna għall-oħrajn. Li tkun  reżiljenti ma jfissirx li għandek twaqqaf dawn l- impulsi, iżda jfisser li tieqaf milli tirreaġixxi għal kull  impuls li mhuwiex ta’ ġid għalik.  7   ħiliet essenzjali ta’ reżiljenza 
  • 37. 3. Ottimiżmu - L-ottimiżmu jfisser li titgħallem  taħseb b’mod pożittiv dwar il-futur, anke fil- mumenti diffiċli. Ifisser li tivvaluta sitwazzjoni  b’mod oġġettiv u tieħu deċiżjoni konsapevoli li  tiffoka fuq l-aspetti pożittivi ta’ kwalunkwe  sitwazzjoni.  4. Ħsieb flessibbli - Li tkun reżiljenti jfisser li taħseb  b’mod flessibbli, li tagħraf perspettiva differenti  f’kull sitwazzjoni, li tkun kapaċi tisma’ u tivvaluta l- opinjoni ta’ persuni oħrajn. Li jkollok iżjed minn  soluzzjoni waħda għall-problemi jnaqqas l-istress  fil-mumenti diffiċli. Biex tkun reżiljenti, huwa  importanti li jkollok Pjan B u C. 7   ħiliet essenzjali ta’ reżiljenza 
  • 38. 5. Empatija - L-empatija hija l-kapaċità li tirrikonoxxi  dak li tkun qiegħda tħoss persuna oħra u li  tirreaġixxi b’riseptt fid-dawl ta’ dan. Dan jeħtieġ li  tifhem li l-emozzjonijiet ta’ din il-persuna jistgħu  jkunu differenti minn dawk ta’ ħaddieħor. L- empatija tgħin ir-reżiljenza permezz tal-iżvilupp ta’  relazzjonijiet b’saħħithom ibbażati fuq l-għajnuna  reċiproka.   6. Awto-suffiċjenza - Il-fiduċja fik innifsek u fil- kapaċitajiet tiegħek tgħinek tkun iktar reżiljenti. L- użu tal-esperjenzi tal-passat b’mod li tibqa’  tiftakarhom u tirrifletti dwar l-emozzjonijiet li  qanqlulek jgħinek trawwem il-kapaċitajiet li  teħtieġ fiż-żminijiet diffiċli u biex tikseb suċċess.  7    ħiliet essenzjali ta’ reżiljenza 
  • 39. 7. Il-ħolqien ta’ konnessjonijiet u lħiq - Tista’  tiżviluppa r-reżiljenza billi trawwem relazzjonijiet  sinifikanti u ħbiberija ma’ persuni oħrajn. 7    ħiliet essenzjali ta’ reżiljenza 
  • 40. Messaġġi ewlenin Fil-ħajja jinħolqu bosta okkażjonijiet fejn tiġi evidenzjata r-reżiljenza. Ingredjent ewlieni tar-reżiiljenza huwa li tesprimi u tifhem l- emozzjonijiet tiegħek. Li tkun reżiljenti ma jfissirx li żżomm kollox ġewwa fik, iżda li tesprimi kif tħossok u timxi ’l quddiem.
  • 41. Messaġġi ewlenin Ir-reżiljenza tfisser li tkun taf tikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħek sabiex tkun tista’ tippromwovi pjan ta’ azzjoni. Li tkun taf tindividwa l-emozzjonijiet tiegħek f’sitwazzjonijiet differenti jgħinek tikkontrolla dawn l-emozzjonijiet kif ukoll biex tiżviluppa l-ħiliet meħtieġa biex timxi ’l quddiem.
  • 43. Xi drabi l-livell ta’ fiduċja fik innifsek ivarja skont is- sitwazzjoni li tinsab fiha. Tista’ tkun bniedem soċjevoli  ħafna barra mill-iskola, iżda mistħi ħafna fil-klassi, u dan  huwa assolutament normali! Fl-iskola tkun imdawwar  minn ħafna persuni differenti u jista’ jkun diffiċli li  titkellem u taġixxi b’mod naturali.   Mod partkolari kif tista’ tibda tibni l-fiduċja fik innifsek  meta tkun l-iskola huwa li twieġeb mistoqsijiet waqt il- lezzjonijiet tas-suġġett favorit tiegħek. Tista’ wkoll tgħin  lil xi ħabib li qed isibha diffiċli f’xi suġġett partikolari,  iżda li inti tkun tajjeb fih. Aħseb dwar it-talenti tiegħek u  l-affarijiet li tħobb tagħmel – imbagħad ftakar fihom kull  darba li l-fiduċja fik innifsek tonqos. Il-bini tal-fiduċja fik innifsek 
  • 46. Ħiliet intraprenditorjali...kull qasam ħajja Kuntest Ħiliet Intraprenditorjali Is-soluzzjoni ta’ problemi Kreattività Ippjanar Netwerking Negozju Titjib ta’ fluss ta’ flus batut Invenzjoni ta’ prodott ġdid Il-kitba ta’ pjan ta’ negozju L-attendenza f’avveniment ta’ netwerking Impjieg/Karriera Nuqqas ta’ lħuq ta’ miri Is-sejba ta’ modi ġodda kif jitwettaq ix-xogħol It-tħejjija ta’ pjan ta’ żvilupp perosnali L-attendenza f’fiera dwar il- karrieri Ħajja Personali X’tagħmel meta d-dar tinħakem minn għargħar It-trasformazzjoni ta’ delizzju f’negozju Il-ħolqien ta’ lista ta’ affarijiet li għandhom isiru L-attendenza f’avveniment soċjali Żvilupp tal- Komunità It-teħid ta’ miżuri kontra l-abbuż mid-droga fil- komunità lokali Il-ġenerazzjoni ta’ ideat għal intrapriża soċjali L-ippjanar ta’ avveniment għall- ġbir ta’ fondi Laqgħa ma’ parti interessata
  • 47. Li tkun intraprendenti jista’ jkun utli – li jkollok ħiliet intraprenditorjali għandu l-vantaġġi tiegħu f’kuntesti differenti. Pereżempju, li tkun kreattiv fin-negozju jista’ jissarraf fil-ħolqien ta’ prodotti ġodda, bir- riżultat li dan jgħin fil-kisba ta’ klijenti ġodda, u konsegwentement fiż-żieda tal-profitt.
  • 48. Dawn il-ħiliet qed jiġu enfasizzati dejjem iktar mill-impjegaturi. Xi drabi lawrea mhijiex biżżejjed biex tiddistingwi ruħek mill-folla. L- impjegaturi jridu żgħażagħ intraprendenti u motivati. Għal din ir-raġuni, huwa tassew importanti li tibni sett solidu ta’ ħiliet li jgħinuk twettaq kompiti, li tidħol għal sfidi b’mod effikaċi u li timpressjona b’mod favorevoli lill-impjegaturi potenzjali. Meta tapplika u tagħmel intervista għal impjieg partikolari trid tkun kapaċi turi u tispjega lill-impjegaturi l-fatt li inti individwu intraprendenti. Li tkun intraprendenti hija ħila importanti għall- impjegabbiltà
  • 49. L-ewwel post fejn għandek tagħmel referenza għan- natura intraprenditorjali tiegħek huwa fil-Kurrikulum u meta twieġeb kwalunkwe mistoqsija f’formola ta’ applikazzjoni dwar l-ikbar kisbiet tiegħek, il-kreattività tiegħek jew il-kapaċità tiegħek li taħseb b’mod innovattiv. Jekk, pereżempju, waqqaft negozju bħala attività sekondarja biex taqla’ xi sold żejjed, dan ifisser li inti persuna intraprendenti. Jekk għamilt internship li kien jinvolvi t-tlestija ta’ proġett ta’ titjib ta’ negozju, dan ifisser li inti persuna intraprendenti. Madankollu, l- eżempji tiegħek mhux bilfors iridu jkunu relatati ma’ negozju. Kif turi l-ħiliet intraprenditorjali tiegħek
  • 50. Jekk kont tagħmel parti minn kumpanija u tajt daqqa t’id fit-twaqqif ta’ avveniment ġdid, jew ħloqt mod ġdid kif tirreklamizza s-soċjetà tal-istudenti lil membri potenzjali, dan ukoll ifisser li inti persuna intraprendenti. Jekk ħloqt mod ġdid jew innovattiv kif tagħmel ġbir ta’ fondi għall-karità jew kif tiffinanzja sena ta’ mistrieħ mill-istudju jew mix-xogħol biex tiġi ddedikata interament għall-ivvjaġġar, dan ukoll juri n- natura intraprenditorjali tiegħek. Ftakar… il-vera natura tal-persuni tiswa iktar mis- somma tal-kwalifiki tagħhom! Kif turi l-ħiliet intraprenditorjali tiegħek
  • 51. Li tkun intraprendenti jfisser prinċipalment li tiżviluppa ħiliet li jgħinuk turi kif tista’ tkun kreattiv, innovattiv u flessibbli f’firxa wiesgħa ta’ sitwazzjonijiet – dan jista’ jkun fl- edukazzjoni, jekk taħdem għal ħaddieħor, jekk tipparteċipa f’attivitajiet ekstrakurrikulari jew li tattendi avvenimenti u workshops. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-ħiliet u l- attitudnijiet intraprenditorjali jistgħu jiġu żviluppati f’għadd ta’ modi u f’kuntesti differenti, pereżempju f’taħriġ, jekk tara vidjow jew fil-monitoraġġ ta’ impjieg. L-iżvilupp ta’ ħiliet intraprenditorjali f’kuntesti differenti
  • 52. Ħila jew attitudni intraprenditorjali Kuntest Kif il-ħila jew l-attitudni jistgħu jiġu żviluppati Ippjanar F’impjieg Attendi kors ta’ ppjanar biex titgħallem kif għandek tippjana b’mod iktar effikaċi Reżiljenza u impenn Ħajja personali Sir membru ta’ tim sportiv biex tgħin l-iżvilupp tal-ħiliet tiegħek li jirrigwardaw ir- reżiljenza u l-impenn Inizjattiva Ħajja personali Sir volontarju ta’ organizzazzjoni ta’ karità jew li twettaq attivitajiet fil-komunità biex tiżviluppa firxa ta’ ħiliet intraprenditorjali Ħidma bejn il-membri ta’ grupp Reżiljenza Is-soluzzjoni tal- problemi Ħajja personali Attendi programmi ta’ tmexxija mmirati għal barra u oħtajn residenzjali għaż- żgħażagħ biex tiżviluppa ħiliet differenti, bħall-kapaċità li taħdem f’kollaborazzjoni ma’ membri oħrajn ta’ tim, ir-reżiljenza u s-soluzzjoni tal-problemi Netwerking Adattabilità Edukazzjoni Ipparteċipa f’attivitajiet ekstrakurrikulari, pereżempju s-sħubija ma’ għaqda/klabb hija mod tajjeb ħafna biex tiżviluppa ħiliet differenti, tkabbar in-netwerk ta’ kuntatti tiegħek u, ovvjament, tiddeverti Kreattività Inizjattiva Żvilupp tal-komunità Li tipparteċipa f’kompetizzjonijiet jista’ jkun mod divertenti kif tesplora attivitajiet ġodda u tiżviluppa ħiliet ġodda Netwerking Tmexxija Ħidma bejn il-membri ta’ grupp Is-soluzzjoni tal- problemi Żvilupp tal-komunità Is-sħubija ma gruppi ta’ Scouts jew Gwidi jippermetti liż-żgħażagħ jiksbu firxa ta’ ħiliet u jagħmlu parti minn komunità Ħidma bejn il-membri ta’ grupp Ippjanar Netwerking F’impjieg Attendi sessjonijiet ta’ taħriġ, workshops u avvenimenti dwar firxa ta’ suġġetti mfasslin biex jgħinuk tiżviluppa ħiliet u esperjenzi importanti, bħal ħidma f’tim, l- iżvilupp ta’ pjan ta’ negozju, jew netwerking. Dawn il-ħiliet huma tajbin ħafna kemm għall-impjegabbiltà tiegħek, kif ukoll għall-ħiliet tiegħek fil-qasam tan- negozju jekk tkun se tibda negozju għal rasek Komunikazzjoni F’impjieg Uża l-mentoraġġ jew coaching minn pari biex jgħinuk tiżviluppa ħiliet ta’ komunikazzjoni
  • 53. L-iżvilupp ta’ ħiliet intraprenditorjali f’kuntesti differenti Kif Tista' Ti viluppa iliet Intraprenditorjaliż Ħ Kotba tas-serje HOW Taħriġ / Korsijiet Esperjenza ta' xogħol Monitoraġġ ta' impjieg / Mentor Volontarjat Diskorsi / Avvenimenti / Konferenzi Vidjows fuq YouTube
  • 54. Il-promozzjoni tal-aspett komuni ta’ kuljum tal-“istorja” intraprenditorjali Dan huwa mod effikaċi ħafna kif l-intraprenditorija tista’ ssir iktar attraenti għaż-żgħażagħ. Promozzjoni bħal din tista’ tgħin ukoll biex l-imprendituri eżistenti jsiru konxji li l-attivitajiet tagħhom huma tabilħaqq “intraprenditorjali”. Bosta żgħażagħ li jbiegħu prodotti u servizzi mhumiex lesti jiddefinixxu ruħhom bħala “imprendituri”, u dan ifisser li huwa inqas probabbli li jfittxu għajnuna siewja. Xi suġġerimenti tajbin
  • 55. Introduċi mill-ġdid l-aspett uman fl- intraprenditorija L-intraprenditorija hija mezz biex jintlaħaq għan, mhux sempliċement għan fih innifsu. Nistgħu nagħmlu iktar biex nuru liż-żgħażagħ kif l- intraprenditorija tista’ tintuża bħala mezz biex jintlaħqu bosta objettivi varji tal-ħajja – iktar libertà, il-possibbiltà li tittieħed inizjattiva ispirata minn idea tajba u, ovvjament, li jsir qligħ finanzjarju. Xi suġġerimenti tajbin
  • 56. Apprezza l-fallimenti u erġa’ oħloq possibilitajiet li jwasslu għal proġetti, negozju, edukazzjoni… Li wieħed jidħol u joħroġ mid-dinja tan-negozju hija parti integrali mill-ħajja ta’ imprenditur, iżda bosta drabi dan jitqies bħala “falliment”. Ippromwovi l- idea li l-falliment huwa pedament neċessarju biex tiżviluppa ħiliet u biex titgħallem, u dan jinkoraġġixxi iktar imprendituri żgħażagħ li jabbandunaw proġett, l-edukazzjoni jew negozju biex jerġgħu jibdew mill-ġdid. Xi suġġerimenti tajbin
  • 57. Ħaddan il-frustrazzjoni Il-frustrazzjoni mhijiex interruzzjoni tal-proċess tiegħek. Il- frustrazzjoni hija l-proċess! Kull impriża kreattiva għandha d- diffikultajiet tagħha. Iżda jekk tkun ċert li tkun fit-triq it-tajba, l- unika opzjoni hija li taċċetta l-aspetti negattivi u timxi ’l quddiem. X’tista’ tagħmel aħjar? Irrikonoxxi li l-mumenti ta’ frustrazzjoni jistgħu jwasslu għal tkabbir sinifikanti. Jekk ma tkunx kapaċi tegħleb frustrazzjoni, abbanduna l-impriża temporanjament. Xi drabi l- problemi diffiċli, pjuttost milli ostakli insuperabbli, ikunu sinjal li jkun wasal iż-żmien li nikkunsidraw mill-ġdid il-perspettivi tagħna. Kif tiġġestixxi ruħek bejn mument tajjeb u ieħor, jiġifieri fil-perjodi li fihom jinqalgħu d-diffikultajiet, huwa l-kejl ta’ kemm inti ddedikat għall-vokazzjoni tiegħek, u kemm inti mgħammar biex taffronta l- eżiġenzi strambi ta’ ħajja kreattiva. Il-parti iebsa ta’ impriża hija magħmula minn kif jirnexxilek tissupera l-fażijiet kreattivi kollha tal- avventura intraprenditorjali tiegħek. Xi suġġerimenti tajbin