SlideShare a Scribd company logo
1 of 39
Dan il-programm ġie ffinanzjat bl-għajnuna tal-
Kummissjoni Ewropea
X’hemm speċjali dwar din l-
idea?
Modulu 4
Ideat - Ideat - Ideat…
Togħġbok l’idea li taħdem għal rasek, iżda m’intix żgur
minn fejn għandek tibda?
Dan l-ewwel pass jista’ jkun l-iktar wieħed diffiċli għal
uħud li qed jaspiraw ikunu imprendituri, b’mod speċjali
jekk għalik mhuwiex proċess naturali li tiżviluppa ideat
ta’ negozju ġodda. F’dan l-istadju bikri, madankollu,
tgħabbix lilek innifsek b’limitazzjonijiet ta’ żmien jew ta’
flus – dawn għandhom jiġu iktar tard fl-istadju tal-
iżvilupp. Ħu gost u esplora l-possibilitajiet mingħajr
limitu, u ara safejn tista’ tasal jekk iżżomm moħħok
miftuħ.
Ideat - Ideat - Ideat…
It-tfittxija għall-idea ta’ negozju adatta għalik
tista tkun waħda diffiċli u frustranti. Il-firxa tal-
modi li bihom tista’ tiġi ġġenerata idea ta’
negozju hija wiesgħa ħafna u tista’ tinkludi:
• ir-reviżjoni ta’ sorsi ta’ informazzjoni
ppubblikati, bħal rivisti u gazzetti
• tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat (bħal
konfront ta’ ideat)
• delizzji
• interessi
• ħiliet
• kwalifiki
• esperjenza ta’ xogħol
Ideat - Ideat - Ideat…
Tista’ tiġik idea ta’ negozju fi kwalunkwe ħin,
għaldaqstant huwa importanti li toqgħod
attent għal kwalunkwe opportunità!
Sa tmiem dan il-modulu, kull persuna żagħżugħa
tkun użat firxa ta’ tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
biex tiġġenera idea kreattiva li tiġi żviluppata fil-
bqija tal-kors.
Developing
Ġenerazzjoni ta’
ideat – Skrinjar –
Żvilupp – Riċerka -
Ittestjar
ResearchTesting
Tnedija
Screening
1
Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea
2
3
4
5
6
Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea
Ġenerazzjoni ta’ ideat
Kif issib idea tajba ta’ negozju.
L-iskrinjar ta’ ideat
It-teħid tad-deċiżjoni dwar liema ideat
għandhom jiġu żviluppati u liema ideat
għandhom jiġu injorati. Ikkunsidrat liema idea:
•Tissodisfa bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tal-klijenti
•Tiġġenera l-ogħla profitt
•Hija l-iktar adatta għall-miri tan-negozju
•Hija teknikament vijabbli
•Tilħaq il-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq
1
2
Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea
L-iżvilupp ta’ idea
Dan jiddependi mill-prodott jew mis-servizz:
•L-iżvilupp ta’ prototip
•Il-ħolqien tad-disnn ta’ prodott
•Il-ħolqien tal-prodott
•L-iżvilupp tal-imballaġġ
•Id-deċiżjoni dwar isem il-prodott jew is-
servizz
•Il-kisba ta’ privattiva, id-dritt għad-disinn jew
trademark
3
Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea
Riċerka
Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar suq biex jiġi
ddeterminat jekk teżistix domanda għal prodott
jew servizz partikolari – ara l-Modulu 4:
Ivverifika... agħmel ir-riċerka tiegħek.
L-ittestjar ta’ idea
Permezz ta’ gruppi fokus, bl-għoti ta’ kampjuni
mingħajr ħlas, bl-attendenza f’fieri u swieq eċċ.
4
5
Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea
It-tnedija ta’ idea
It-tnedija ġeneralment tiġi sostnuta minn
attivitajiet xierqa ta’ kummerċjalizzazzjoni – ara
l-“Modulu 5: It-taħlita tal-
kummerċjalizzazzjoni” għal informazzjoni
dwar metodi promozzjonali.
6
Kif issib l-idea ta’ negozju adatta għalik
Il-valutazzjoni tal-ħiliet u l-esperjenza tiegħek, kif
ukoll l-esperjenza ta’ xogħol, l-għarfien prattiku, il-
ħiliet tekniċi, id-delizzji, il-kuntatti u l-isfond tal-
familja tiegħek tista’ tikkostitwixxi fattur
importanti biex tikseb suċċess fid-dinja tan-
negozju.
Bosta xogħlijiet żgħar li tagħmel f’darek jistgħu
jikkostitwixxu ideat biex tibda negozju, pereżempju
li tkabbar il-ħxejjex, it-tisjir, iż-żfin, li ssewwi l-
arloġġi jew magni, li tħit eċċ. L-interessi u d-delizzji
tiegħek jistgħu jipprovdulek ideat għal negozju
ġdid. Ir-rakkontar ta’ stejjer, it-tpinġija, is-smigħ ta’
mużika, it-tisjir ta’ kejks ... dawn huma kollha
delizzji li jstgħu jwasslu għal ideat ta’ negozju.
Huwa ta’ importanza
kruċjali li ssib l-idea tajba
ta’ negozju. L-idea tajba
ta’ negozju hija dik li hija
vijabbli, sostenibbli u
adatta għall-
proprjetarju(proprjetarji)
tan-negozju.
Kif issib l-idea ta’ negozju adatta għalik
Xi mistoqsijiet ewlenin li għandek tagħmel lilek
innifsek:
•Liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tat-tnedija ta’
negozju?
•Teżisti ħtieġa/domanda għall-prodott/servizz
tiegħi?
•Jiena entużjast biżżejjed dwar l-idea/negozju tiegħi?
•Għandi l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex
nirnexxi?
•Liema huma r-riżorsi li neħtieġ biex nibda n-
negozju?
•Jeżistu kompetituri?
•Hija finanzjarjament vijabbli?
L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat
Il-ġenerazzjoni ta’ ideat, jew l-att li tiġġenera ideat
ġodda u applikabbli, hija l-attività li tġi assoċjata l-iktar
ta’ spiss mal-ħsieb kreattiv. Jeżistu għadd ta’ metodi u
għodod li jistgħu jintużaw biex jixprunaw l-innovazzjoni
u l-kreattività sabiex l-individwi jiġu mgħejjuna fil-
proċess tal-ġenerazzjoni ta’ ideat. Il-konfront ta’ ideat
jikkostitwixxi waħda mit-tekniki l-iktar magħrufa.
L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat
It-TV, il-Midja & l-Internet
•Siti web ta’ finanzjament kollettiv, bħal
kickstarter.com, fundit.ie, icrowdfund.ie eċċ
•Bloggijiet
•Midja Soċjali (Pinterest, Instagram eċċ)
•Riċerka fuq Internet
•Siti web dwar ideat/invenzjonijiet ta’ negozju
•Studji ta’ każijiet ta’ kumpaniji jew ta’ ideat, bħal
rebbieħa ta’ kompetizzjonijiet u premijiet
 
L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat
Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
•Konfront ta’ ideat
•Viżjoni (li taħseb dwar dak li jista’ jkun meħtieġ fil-
futur)
 
Pubblikazzjonijiet
•Direttorji ta’ negozji
•Qari ta’ rivisti u gazzetti
•Pubblikazzjonijiet u rapporti ta’ industriji kreattivi
 
L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat
Oħrajn
•Osservazzjoni
•Btajjel u vjaġġar
•L-esperjenza ta’ xogħol/edukazzjoni tiegħek stess
•Delizzji u interessi
•Ħiliet u esperjenzi
•Franchises
•L-ilħuq ta’ ħtieġa
•L-iżvilupp ta’ idea/negozju eżistenti
•Is-soluzzjoni ta’ problema
•Teknoloġija
 
Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Irrilassa ruħek, ippermetti li l-immaġinazzjoni tiegħek 
timraħ mingħajr xkiel u fittex ideat ġodda!
Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Fiex jikkonsisti l-konfront ta’
ideat?
Il-konfront ta’ deat iħeġġeġ lill-
persuni jiġġeneraw ħsibijiet u ideat li,
għall-ewwel, jistgħu jidhru pjuttost
anormali. Uħud minn dawn l-ideat
jistgħu jiġu ttrasformati
f’soluzzjonijiet oriġinali u kreattivi
għal problema partikolari, waqt li
oħrajn jistgħu jistimolaw iktar ideat.
Dan jgħin lill-persuni jiċċaqalqu u ma
jibqgħux jaħsbu bil-mod ta’ ħsieb
normali tagħhom.
Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Għaliex għandu jsir konfront ta’ ideat?
Il-konfront ta’ ideat jipprovdi ambjent liberu u miftuħ li
jħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa. F’dan l-ambjent, ideat
pjuttost strambi mhux biss jintlaqaw, iżda jkomplu jiġu
żviluppati u l-parteċipanti kollha jiġu mħeġġa
jikkontribwixxu bis-sħiħ, waqt li jiġu mgħejjuna
jiżviluppaw firxa rikka ta’ soluzzjonijiet kreattivi.
Il-konfront ta’ ideat, meta jintuża għas-soluzzjoni ta’
problemi, jinvolvi b’mod attiv l-esperjenzi differenti tal-
membri tat-timijiet involuti. Iżid il-kwalità tal-ideat
esplorati, li jfisser li ta’ spiss tkun tista’ ssib soluzzjonijiet
aħjar għall-problemi li jkollok tħabbat wiċċek magħhom.
Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Jista’ jgħinek ukoll biex tinvolvi lill-membri tat-timijiet fis-
soluzzjoni magħżula – wara kollox, huwa iktar probabbli li
jkunu ddedikati għal approċċ jekk ikunu ġew involuti fl-
iżvilupp tiegħu. Barra dan, minħabba l-fatt li l-konfront ta’
ideat huwa divertenti, jgħin fit-tisħiħ tal-għaqda bejn il-
membri tat-timijiet, billi jkunu qegħdin isolvu problemi
f’ambjent pożittiv u sodisfaċenti.
Waqt li l-konfront ta’ ideat jista’ jkun effikaċi, huwa
importanti li l-approċċ għalih isir b’moħħ miftuħ u li dawk
involuti ma jiġġudikawx. Jekk ma tagħmilx dan, in-nies
“tikkalma”, in-numru u l-kwalità tal-ideat jaqgħu, u l-
moral jista’ jieħu daqqa ta’ ħarta.
Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Regoli tal-konfront ta’ ideat
•Stabbilixxi direzzjonijiet u limiti ta’ ħin
•Involvi lil kulħadd
•Ħeġġeġ it-transfertilizzazzjoni
•Tinjorax dak li huwa ovvju
•Tiġġudikax mall-ewwel
•Tibżax mill-fatt li jkollok tirrepeti
•Tiqafx tiddiskuti
•Irreġistra kull idea
•Kwantità mhux kwalità
Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat
Għal bosta persuni huwa diffiċli li jissospendu l-
ġudizzju tagħhom, għalkemm ġudizzju qabel iż-
żmien joħnoq iktar ideat tajbin qabel ma jkollhom
opportunità jinbtu. Qatt tassumi li xi ħaġa “qatt
mhu se taħdem” jew hija “kompletament
irrealizzabbli” qabel ma tgħaddi mill-proċess kollu.
Jista’ jkun li din l-idea partikolari tkun iż-żerriegħa
ta’ dak li proprju tkun qed tfittex – min jaf
x’jista’jinbet!
Iva, huwa possibbli li jkollok idea tajba ħafna
mingħajr l-għajnuna ta’ ħaddieħor, iżda l-ħidma fi
grupp żgħir tista’ tipprovdi l-momentum meħtieġ
biex tiġġenera bosta possibilitajiet, jew biex ittejjeb
idea.
 
Idea tajba jew idea tajba għal negozju?
Idea tajba għal negozju hija waħda bbażata fuq:
•Prodott jew servizz li l-klijenti jridu/jeħtieġu
•Prodott jew servizz li jista’ jinbiegħ bi prezz li l-klijenti
jistgħu jaffordjaw u li jrendilek profitt
•L-għarfien ta’ ħiliet li għandek jew li tista’ tikseb
• Ir-riżorsi u l-flus li tista’ tinvesti
L-ideat jinsabu kullimkien, iżda jeħtieġ li jaqblu ma’ dak li jridu l-
klijenti u ma’ dak li jifilħu jħallsu għalih. Idea tajba ta’ negozju
hija bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-klijenti. Jekk negozju jipproduċi
prodott tajjeb iżda li ħadd ma jeħtieġ, in-negozju jfalli.
  Kull ma teħtieġ biex 
ikollok negozju huwa 
klijent u, jekk 
m’għandekx klijent, 
allura m’għandekx 
negozju – għandek 
delizzju
Dean Brown,
Disinjatur ta’ prodotti
“
Pjan ta’ attakk…
Hawn mhux qed nitkellmu dwar it-tip ta’ xogħol li
tagħmel, jew it-tip ta’ professjoni tiegħek. Kulħadd
jeħtieġ li jħossu komdu dwar it-tip ta’ arti li jkun involut
fiha, jew it-tip ta’ artist li jixtieq ikun, u jeżistu bosta
modi differenti kif wieħed jista’ jkun artist.
Iżda jekk għandek xi ambizzjoni għall-professjoni tiegħek
– pereżempju li tagħmel mod li x-xogħol tiegħek jiġi
espost, li tagħmel bejgħ, li tinvolvi ruħek f’wirja
f’gallerija pubblika, li tagħmel residenza jew li ssib
gallerija kummerċjali, allura pjan jista’ jurik kif tista’ tasal
għal dan u jippermettilek tikkalkula l-entità tal-progress
li jkun għad irid isir. Dan ma jfissirx li jeħtieġ li tikteb pjan
ta’ negozju!
Pjan ta’ attakk…
Qabel ma tibda negozju jew proġett,
għandek tkun ċar mill-bidu dwar dan li ġej:
•x’qed toffri
•x’hemm bżonn biex twettaq dan
•kif tista’ twettaq dan
Il-kitba tal-miri u l-ħolqien ta’ pjan ta’ azzjoni
jistgħu jitqiesu bħala attivitajiet pjuttost
irrilevanti għal idea ta’ impriża artistika, iżda dan
jimponilek li terġa’ tikkunsidra l-ideat tiegħek u
tidentifika l-punti dgħajfin possibbli qabel ma
jiġu inkorporati fin-negozju tiegħek.
Jekk ma tippjanax 
tkun qed tippjana 
biex tfalli
Pjan ta’ attakk…
Ikkunsidra dan li ġej: ma tistax tibda vjaġġ mingħajr
ma tippjana rotta u l-postijiet fejn se tieqaf, u
mingħajr ma tikkunsidra l-flus u l-ikel li se jkollok
bżonn. Pjan ta’ azzjoni huwa simili għall-pjan
meħtieġ qabel tibda vjaġġ, u jaqbillek taħseb dwar
dan b’attenzjoni u fir-reqqa. Bosta artisti u artiġjani
jiżviluppaw għarfien ġdid dwar il-prattika u l-ħiliet
kreattivi tagħhom meta jadottaw dan il-proċess ta’
ppjanar.
Bl-istess mod, jekk tippjana biex tifforma grupp jew
biex taħdem fi sħubija, jew biex tifforma kumpanija,
huwa importanti ħafna li inti u s-sħab tiegħek
ikollkom viżjoni kondiviża għall-proġett jew in-
negozju inkwistjoni.
L-ippjanar ta’ spiss jiffunzjona 
aħjar jekk jirnexxilek issib persuna 
waħda jew ftit persuni oħrajn li 
magħhom tkun tista’ tiddiskuti l-
pjanijiet tiegħek. Aqsam ftit mill-
esperjenza tiegħek ma’ artisti 
oħrajn, ma’ ħbieb jew membri tal-
familja, jew  ma’ konsulent 
kummerċjali jekk tkun teħtieġ 
wieħed.
L-istabbiliment ta’ miri
Meta tibda proġett, jista’ jkollok miri ċari u speċifiċi ħafna,
jew jista’ jkun li tkun bdejt impriża mingħajr l-ebda idea ta’
fejn se twassal. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, sa mill-fażiijiet
bikrin tal-proġett, għandek tibni stampa ta’ kif se tivvaluta
s-suċċess jew il-falliment tal-proġett. Imprenditur għandu
jkollu mira u objettiv intelliġenti, jiġifieri SMART!:
It-trasformazzjoni tal-ħolm tiegħek f’realtà
F’dak li jirrigwarda l-ippjanar kreattiv, jista’
jkun diffiċli li ssib il-mod tajjeb biex
tittrasforma ħsieb immaġinattiv f’ideat
konkreti ta’ negozju.
Huwa meħtieġ li:
ikollok ħolm ambizzjuż sabiex toħloq modi 
possibbli li bihom tkun tista’ ssolvi 
problema partikolari
Fl-istess ħin jeħtieġ li:
tkun kapaċi tiffoka fuq id-dettall meħtieġ 
biex tittrasforma b’suċċess il-pjan tiegħek 
f’azzjoni
It-trasformazzjoni tal-ħolm tiegħek f’realtà
L-ilħuq tal-bilanċ meħtieġ bejn dawn iż-
żewġ aspetti jikkostitwixxi sfida vera, iżda
tista’ titgħallem ħafna dwar kif tista’ tilħaq
dan il-bilanċ minn individwu partikolari, li
mhux biss sar espert f’din it-teknika, iżda
użaha biex joħloq imperu leġġendarju ta’
biljuni ta’ dollari.
REALTÀ – IL-ĦOLMA TIEGĦEK
Walt Disney
Il-fużjoni tal-immaġinazzjoni u l-ippjanar
Meta tisma’ l-isem “Walt Disney”, x’inhi l-ewwel ħaġa li tiġik
f’moħħok? Bosta persuni probabbilment jaħsbu f’dak il-ġurdien
tal-animazzjoni li ħalaq, u t-tbissima li ġab fuq xufftejn miljuni
ta’ persuni permezz tal-flms tiegħu. Iżda bosta jqisu wkoll lil
Walt Disney bħala ġenju fin-negozju, mhux biss bħala ġenju
kreattiv. Analiżi iktar profonda turi li l-parti l-kbira tas-suċċess
tiegħu hija dovuta għall-fatt li kellu approċċ speċifiku ħafna
għat-trasformazzjoni tal-ħolm tiegħu f’realtà.
Kellu talent biex jiskopri ideat kreattivi u biex jittrasformahom
f’realtà. Skont wieħed li ħadem miegħu mill-qrib, kien iħobb
jgħid li “Fil-fatt kienu jeżistu tliet Walts differenti: il-ħalliem, ir-
realist, u dak li jħarbat. Qatt ma tkun taf liema wieħed minn
dawn kien se jattendi l-laqgħa”.
Walt Disney
L-istrateġija ta’ Walt Disney ġiet enfasizzata u ttrasformata
f’mudell iktar tard, fl-1994, mill-espert ta’ NLP Robert Dilts. Huwa
ddefinixxa din it-teknika bħala l-metodu li bih Disney kien
jittrasforma l-ħolma tiegħu f’realtà. F’dan il-metodu, grupp ta’
persuni jużaw fluss ta’ ħsieb speċifiku li jibni ħsieb parallel.
Sussegwentement dan il-ħsieb ikun jista’ jintuża biex jiġġenera,
jivvaluta u jikkritika ideat, u biex isolvi l-problemi.
Għalkemm dan il-metodu ma ġiex żviluppat kompletament minn
Walt Disney, jelimina d-distakk bejn l-immaġinazzjoni u r-realtà. Il-
proċess kreattiv jillibera l-kapaċitajiet li għandu l-moħħ biex
joħlom u jifforma ideat u soluzzjonijiet oriġinali għal problemi
eżistent. Madankollu, dawn is-soluzzjonijiet jistgħu ma jkunux
applikabbli fir-realtà u jistgħu ma jkunux applikabbli bħala pjan
strateġiku. Għaldaqstant, wieħed mill-vantaġġi tal-metodu ta’
strateġija kreattiva ta’ Disney huwa l-bilanċ bejn il-ħolma u r-realtà
sabiex tinbena bażi fattibbli.
Il-ħila ta’ Walt Disney li jgħaqqad il-kreattività
innovattiva tiegħu ma’ strateġija ta’ negozju ta’ suċċess
u mal-popolarità bla dubju ta’ xejn tikkwalifikah bħala
ġenju fil-qasam tal-ispettaklu. Nistgħu ngħidu li l-mezz
ta’ espressjoni magħżul minn Disney, il-film ta’
animazzjoni, jikkaratterizza l-proċess fundamentali ta’
kull ġenju: il-ħila li jittrasforma xi ħaġa li teżisti biss fl-
immaġinazzjonin, f’eżistenza fiżika li tinfluwenza b’mod
dirett u pożittiv l-esperjenza ta’ persuni oħrajn.
Robert Dilts
“
“
L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju
X’għandhom komuni bejniethom persuni ta’
suċċess bħal Bill Gates u Mother Teresa? Wara
ħarsa superfiċjali jidher li ftit li xejn huma l-
karatteristiċi komuni ta’ bejniethom, iżda
madankollu t-tnejn huma persuni ta’ suċċess.
Negozju ta’ suċċess ma jfissirx biss il-ksib ta’ profitt
enormi, il-kejl reali ta’ suċċess mhuwiex id-daqs tal-
kont bankarju tiegħek. Persuni differenti jkollhom
opinjonijiet differenti dwar x’għandu jagħmel
negozju biex jiġi kkunsidrat bħala negozju ta’
suċċess. Madankollu, sabiex negozju jkun ta’
suċċess, irid jilħaq il-miri/objettivi li jkun stabbilixxa
għalih stess.
L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju
Jeżistu ħames modi ewlenin li bihom jista’ jitkejjel
is-suċċess ta’ negozju.
1. Profitabbiltà
•Xi profitt iħalli n-negozju?
•Dan jista’ jitkejjel permezz ta’ parametri
finanzjarji, bħall-marġni ta’ profitt.
2. Il-ħolqien ta’ impjiegi
•Kemm ħalaq impjiegi n-negozju inkwistjoni?
•Dan jista’ jitkejjel bl-għadd ta’ impjegati.
L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju
3. Is-sehem mis-suq
•Kemm hu kbir in-negozju?
•Dan jista’ jitkejjel billi l-bejgħ tan-negozju
jitqabbel mal-bejgħ totali tas-suq.
4. Is-sodisfazzjon tal-klijenti
•Kemm huma kuntenti l-klijenti bil-
prodotti/servizzi tan-negozju?
•Dan jista’ jitkejjel bit-twettiq ta’ stħarriġ dwar
l-opinjoni tal-klijenti u riċerka dwar is-suq.
L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju
5. Kunsiderazzjonijiet soċjoekonomiċi u etiċi
•X’impatt għandhom l-attivitajiet tan-negozju
fuq l-ambjent jew fuq is-soċjetà?
•Dan jista’ jitkejjel billi jiġi vverifikat jekk, skont
is-soċjetà, in-negozju jkunx qed jiżvolġi l-
attivitajiet tiegħu b’mod tajjeb.
.
Awguri
Irnexxilek tlesti l-Modulu 4

More Related Content

More from yeaproject

Module 9 présenter une idée
Module 9   présenter une idéeModule 9   présenter une idée
Module 9 présenter une idéeyeaproject
 
Module 6 le mix commercial
Module 6   le mix commercialModule 6   le mix commercial
Module 6 le mix commercialyeaproject
 
Module 5 faites vos recherches
Module 5   faites vos recherchesModule 5   faites vos recherches
Module 5 faites vos recherchesyeaproject
 
Module 4 quelle idée
Module 4   quelle idéeModule 4   quelle idée
Module 4 quelle idéeyeaproject
 
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
Module 3  etat d'esprit entrepreneurialModule 3  etat d'esprit entrepreneurial
Module 3 etat d'esprit entrepreneurialyeaproject
 
Module 2 moi créatif
Module 2  moi créatifModule 2  moi créatif
Module 2 moi créatifyeaproject
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fryeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the ideayeaproject
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it rightyeaproject
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imaginationyeaproject
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mixyeaproject
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your researchyeaproject
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big ideayeaproject
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindsetyeaproject
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative meyeaproject
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterpriseyeaproject
 

More from yeaproject (18)

Module 9 présenter une idée
Module 9   présenter une idéeModule 9   présenter une idée
Module 9 présenter une idée
 
Module 6 le mix commercial
Module 6   le mix commercialModule 6   le mix commercial
Module 6 le mix commercial
 
Module 5 faites vos recherches
Module 5   faites vos recherchesModule 5   faites vos recherches
Module 5 faites vos recherches
 
Module 4 quelle idée
Module 4   quelle idéeModule 4   quelle idée
Module 4 quelle idée
 
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
Module 3  etat d'esprit entrepreneurialModule 3  etat d'esprit entrepreneurial
Module 3 etat d'esprit entrepreneurial
 
Module 2 moi créatif
Module 2  moi créatifModule 2  moi créatif
Module 2 moi créatif
 
Module 1 creative enterprise fr
Module 1  creative enterprise frModule 1  creative enterprise fr
Module 1 creative enterprise fr
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 9 presenting the idea
Module 9    presenting the ideaModule 9    presenting the idea
Module 9 presenting the idea
 
Module 8 getting it right
Module 8   getting it rightModule 8   getting it right
Module 8 getting it right
 
Module 7 making profit from imagination
Module 7   making profit from imaginationModule 7   making profit from imagination
Module 7 making profit from imagination
 
Module 6 the marketing mix
Module 6   the marketing mixModule 6   the marketing mix
Module 6 the marketing mix
 
Module 5 do your research
Module 5   do your researchModule 5   do your research
Module 5 do your research
 
Module 4 what's the big idea
Module 4   what's the big ideaModule 4   what's the big idea
Module 4 what's the big idea
 
Module 3 entrepreneurial mindset
Module 3  entrepreneurial mindsetModule 3  entrepreneurial mindset
Module 3 entrepreneurial mindset
 
Module 2 creative me
Module 2  creative meModule 2  creative me
Module 2 creative me
 
Module 1 creative enterprise
Module 1  creative enterpriseModule 1  creative enterprise
Module 1 creative enterprise
 

Module 4 what's the big idea

  • 1. Dan il-programm ġie ffinanzjat bl-għajnuna tal- Kummissjoni Ewropea X’hemm speċjali dwar din l- idea? Modulu 4
  • 2. Ideat - Ideat - Ideat… Togħġbok l’idea li taħdem għal rasek, iżda m’intix żgur minn fejn għandek tibda? Dan l-ewwel pass jista’ jkun l-iktar wieħed diffiċli għal uħud li qed jaspiraw ikunu imprendituri, b’mod speċjali jekk għalik mhuwiex proċess naturali li tiżviluppa ideat ta’ negozju ġodda. F’dan l-istadju bikri, madankollu, tgħabbix lilek innifsek b’limitazzjonijiet ta’ żmien jew ta’ flus – dawn għandhom jiġu iktar tard fl-istadju tal- iżvilupp. Ħu gost u esplora l-possibilitajiet mingħajr limitu, u ara safejn tista’ tasal jekk iżżomm moħħok miftuħ.
  • 3. Ideat - Ideat - Ideat… It-tfittxija għall-idea ta’ negozju adatta għalik tista tkun waħda diffiċli u frustranti. Il-firxa tal- modi li bihom tista’ tiġi ġġenerata idea ta’ negozju hija wiesgħa ħafna u tista’ tinkludi: • ir-reviżjoni ta’ sorsi ta’ informazzjoni ppubblikati, bħal rivisti u gazzetti • tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat (bħal konfront ta’ ideat) • delizzji • interessi • ħiliet • kwalifiki • esperjenza ta’ xogħol
  • 4. Ideat - Ideat - Ideat… Tista’ tiġik idea ta’ negozju fi kwalunkwe ħin, għaldaqstant huwa importanti li toqgħod attent għal kwalunkwe opportunità! Sa tmiem dan il-modulu, kull persuna żagħżugħa tkun użat firxa ta’ tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat biex tiġġenera idea kreattiva li tiġi żviluppata fil- bqija tal-kors.
  • 5. Developing Ġenerazzjoni ta’ ideat – Skrinjar – Żvilupp – Riċerka - Ittestjar ResearchTesting Tnedija Screening 1 Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea 2 3 4 5 6
  • 6. Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea Ġenerazzjoni ta’ ideat Kif issib idea tajba ta’ negozju. L-iskrinjar ta’ ideat It-teħid tad-deċiżjoni dwar liema ideat għandhom jiġu żviluppati u liema ideat għandhom jiġu injorati. Ikkunsidrat liema idea: •Tissodisfa bl-aħjar mod il-ħtiġijiet tal-klijenti •Tiġġenera l-ogħla profitt •Hija l-iktar adatta għall-miri tan-negozju •Hija teknikament vijabbli •Tilħaq il-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq 1 2
  • 7. Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea L-iżvilupp ta’ idea Dan jiddependi mill-prodott jew mis-servizz: •L-iżvilupp ta’ prototip •Il-ħolqien tad-disnn ta’ prodott •Il-ħolqien tal-prodott •L-iżvilupp tal-imballaġġ •Id-deċiżjoni dwar isem il-prodott jew is- servizz •Il-kisba ta’ privattiva, id-dritt għad-disinn jew trademark 3
  • 8. Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea Riċerka Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar suq biex jiġi ddeterminat jekk teżistix domanda għal prodott jew servizz partikolari – ara l-Modulu 4: Ivverifika... agħmel ir-riċerka tiegħek. L-ittestjar ta’ idea Permezz ta’ gruppi fokus, bl-għoti ta’ kampjuni mingħajr ħlas, bl-attendenza f’fieri u swieq eċċ. 4 5
  • 9. Il-proċess ta’ żvilupp ta’ idea It-tnedija ta’ idea It-tnedija ġeneralment tiġi sostnuta minn attivitajiet xierqa ta’ kummerċjalizzazzjoni – ara l-“Modulu 5: It-taħlita tal- kummerċjalizzazzjoni” għal informazzjoni dwar metodi promozzjonali. 6
  • 10. Kif issib l-idea ta’ negozju adatta għalik Il-valutazzjoni tal-ħiliet u l-esperjenza tiegħek, kif ukoll l-esperjenza ta’ xogħol, l-għarfien prattiku, il- ħiliet tekniċi, id-delizzji, il-kuntatti u l-isfond tal- familja tiegħek tista’ tikkostitwixxi fattur importanti biex tikseb suċċess fid-dinja tan- negozju. Bosta xogħlijiet żgħar li tagħmel f’darek jistgħu jikkostitwixxu ideat biex tibda negozju, pereżempju li tkabbar il-ħxejjex, it-tisjir, iż-żfin, li ssewwi l- arloġġi jew magni, li tħit eċċ. L-interessi u d-delizzji tiegħek jistgħu jipprovdulek ideat għal negozju ġdid. Ir-rakkontar ta’ stejjer, it-tpinġija, is-smigħ ta’ mużika, it-tisjir ta’ kejks ... dawn huma kollha delizzji li jstgħu jwasslu għal ideat ta’ negozju.
  • 11. Huwa ta’ importanza kruċjali li ssib l-idea tajba ta’ negozju. L-idea tajba ta’ negozju hija dik li hija vijabbli, sostenibbli u adatta għall- proprjetarju(proprjetarji) tan-negozju.
  • 12. Kif issib l-idea ta’ negozju adatta għalik Xi mistoqsijiet ewlenin li għandek tagħmel lilek innifsek: •Liema huma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tat-tnedija ta’ negozju? •Teżisti ħtieġa/domanda għall-prodott/servizz tiegħi? •Jiena entużjast biżżejjed dwar l-idea/negozju tiegħi? •Għandi l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex nirnexxi? •Liema huma r-riżorsi li neħtieġ biex nibda n- negozju? •Jeżistu kompetituri? •Hija finanzjarjament vijabbli?
  • 13. L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat Il-ġenerazzjoni ta’ ideat, jew l-att li tiġġenera ideat ġodda u applikabbli, hija l-attività li tġi assoċjata l-iktar ta’ spiss mal-ħsieb kreattiv. Jeżistu għadd ta’ metodi u għodod li jistgħu jintużaw biex jixprunaw l-innovazzjoni u l-kreattività sabiex l-individwi jiġu mgħejjuna fil- proċess tal-ġenerazzjoni ta’ ideat. Il-konfront ta’ ideat jikkostitwixxi waħda mit-tekniki l-iktar magħrufa.
  • 14. L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat It-TV, il-Midja & l-Internet •Siti web ta’ finanzjament kollettiv, bħal kickstarter.com, fundit.ie, icrowdfund.ie eċċ •Bloggijiet •Midja Soċjali (Pinterest, Instagram eċċ) •Riċerka fuq Internet •Siti web dwar ideat/invenzjonijiet ta’ negozju •Studji ta’ każijiet ta’ kumpaniji jew ta’ ideat, bħal rebbieħa ta’ kompetizzjonijiet u premijiet  
  • 15. L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat •Konfront ta’ ideat •Viżjoni (li taħseb dwar dak li jista’ jkun meħtieġ fil- futur)   Pubblikazzjonijiet •Direttorji ta’ negozji •Qari ta’ rivisti u gazzetti •Pubblikazzjonijiet u rapporti ta’ industriji kreattivi  
  • 16. L-arti misterjuża tal-ġenerazzjoni ta’ ideat Oħrajn •Osservazzjoni •Btajjel u vjaġġar •L-esperjenza ta’ xogħol/edukazzjoni tiegħek stess •Delizzji u interessi •Ħiliet u esperjenzi •Franchises •L-ilħuq ta’ ħtieġa •L-iżvilupp ta’ idea/negozju eżistenti •Is-soluzzjoni ta’ problema •Teknoloġija  
  • 17. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat Irrilassa ruħek, ippermetti li l-immaġinazzjoni tiegħek  timraħ mingħajr xkiel u fittex ideat ġodda!
  • 18. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat Fiex jikkonsisti l-konfront ta’ ideat? Il-konfront ta’ deat iħeġġeġ lill- persuni jiġġeneraw ħsibijiet u ideat li, għall-ewwel, jistgħu jidhru pjuttost anormali. Uħud minn dawn l-ideat jistgħu jiġu ttrasformati f’soluzzjonijiet oriġinali u kreattivi għal problema partikolari, waqt li oħrajn jistgħu jistimolaw iktar ideat. Dan jgħin lill-persuni jiċċaqalqu u ma jibqgħux jaħsbu bil-mod ta’ ħsieb normali tagħhom.
  • 19. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat Għaliex għandu jsir konfront ta’ ideat? Il-konfront ta’ ideat jipprovdi ambjent liberu u miftuħ li jħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa. F’dan l-ambjent, ideat pjuttost strambi mhux biss jintlaqaw, iżda jkomplu jiġu żviluppati u l-parteċipanti kollha jiġu mħeġġa jikkontribwixxu bis-sħiħ, waqt li jiġu mgħejjuna jiżviluppaw firxa rikka ta’ soluzzjonijiet kreattivi. Il-konfront ta’ ideat, meta jintuża għas-soluzzjoni ta’ problemi, jinvolvi b’mod attiv l-esperjenzi differenti tal- membri tat-timijiet involuti. Iżid il-kwalità tal-ideat esplorati, li jfisser li ta’ spiss tkun tista’ ssib soluzzjonijiet aħjar għall-problemi li jkollok tħabbat wiċċek magħhom.
  • 20. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat Jista’ jgħinek ukoll biex tinvolvi lill-membri tat-timijiet fis- soluzzjoni magħżula – wara kollox, huwa iktar probabbli li jkunu ddedikati għal approċċ jekk ikunu ġew involuti fl- iżvilupp tiegħu. Barra dan, minħabba l-fatt li l-konfront ta’ ideat huwa divertenti, jgħin fit-tisħiħ tal-għaqda bejn il- membri tat-timijiet, billi jkunu qegħdin isolvu problemi f’ambjent pożittiv u sodisfaċenti. Waqt li l-konfront ta’ ideat jista’ jkun effikaċi, huwa importanti li l-approċċ għalih isir b’moħħ miftuħ u li dawk involuti ma jiġġudikawx. Jekk ma tagħmilx dan, in-nies “tikkalma”, in-numru u l-kwalità tal-ideat jaqgħu, u l- moral jista’ jieħu daqqa ta’ ħarta.
  • 21. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat Regoli tal-konfront ta’ ideat •Stabbilixxi direzzjonijiet u limiti ta’ ħin •Involvi lil kulħadd •Ħeġġeġ it-transfertilizzazzjoni •Tinjorax dak li huwa ovvju •Tiġġudikax mall-ewwel •Tibżax mill-fatt li jkollok tirrepeti •Tiqafx tiddiskuti •Irreġistra kull idea •Kwantità mhux kwalità
  • 22. Tekniki ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat Għal bosta persuni huwa diffiċli li jissospendu l- ġudizzju tagħhom, għalkemm ġudizzju qabel iż- żmien joħnoq iktar ideat tajbin qabel ma jkollhom opportunità jinbtu. Qatt tassumi li xi ħaġa “qatt mhu se taħdem” jew hija “kompletament irrealizzabbli” qabel ma tgħaddi mill-proċess kollu. Jista’ jkun li din l-idea partikolari tkun iż-żerriegħa ta’ dak li proprju tkun qed tfittex – min jaf x’jista’jinbet! Iva, huwa possibbli li jkollok idea tajba ħafna mingħajr l-għajnuna ta’ ħaddieħor, iżda l-ħidma fi grupp żgħir tista’ tipprovdi l-momentum meħtieġ biex tiġġenera bosta possibilitajiet, jew biex ittejjeb idea.  
  • 23. Idea tajba jew idea tajba għal negozju? Idea tajba għal negozju hija waħda bbażata fuq: •Prodott jew servizz li l-klijenti jridu/jeħtieġu •Prodott jew servizz li jista’ jinbiegħ bi prezz li l-klijenti jistgħu jaffordjaw u li jrendilek profitt •L-għarfien ta’ ħiliet li għandek jew li tista’ tikseb • Ir-riżorsi u l-flus li tista’ tinvesti L-ideat jinsabu kullimkien, iżda jeħtieġ li jaqblu ma’ dak li jridu l- klijenti u ma’ dak li jifilħu jħallsu għalih. Idea tajba ta’ negozju hija bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-klijenti. Jekk negozju jipproduċi prodott tajjeb iżda li ħadd ma jeħtieġ, in-negozju jfalli.
  • 25. Pjan ta’ attakk… Hawn mhux qed nitkellmu dwar it-tip ta’ xogħol li tagħmel, jew it-tip ta’ professjoni tiegħek. Kulħadd jeħtieġ li jħossu komdu dwar it-tip ta’ arti li jkun involut fiha, jew it-tip ta’ artist li jixtieq ikun, u jeżistu bosta modi differenti kif wieħed jista’ jkun artist. Iżda jekk għandek xi ambizzjoni għall-professjoni tiegħek – pereżempju li tagħmel mod li x-xogħol tiegħek jiġi espost, li tagħmel bejgħ, li tinvolvi ruħek f’wirja f’gallerija pubblika, li tagħmel residenza jew li ssib gallerija kummerċjali, allura pjan jista’ jurik kif tista’ tasal għal dan u jippermettilek tikkalkula l-entità tal-progress li jkun għad irid isir. Dan ma jfissirx li jeħtieġ li tikteb pjan ta’ negozju!
  • 26. Pjan ta’ attakk… Qabel ma tibda negozju jew proġett, għandek tkun ċar mill-bidu dwar dan li ġej: •x’qed toffri •x’hemm bżonn biex twettaq dan •kif tista’ twettaq dan Il-kitba tal-miri u l-ħolqien ta’ pjan ta’ azzjoni jistgħu jitqiesu bħala attivitajiet pjuttost irrilevanti għal idea ta’ impriża artistika, iżda dan jimponilek li terġa’ tikkunsidra l-ideat tiegħek u tidentifika l-punti dgħajfin possibbli qabel ma jiġu inkorporati fin-negozju tiegħek. Jekk ma tippjanax  tkun qed tippjana  biex tfalli
  • 27. Pjan ta’ attakk… Ikkunsidra dan li ġej: ma tistax tibda vjaġġ mingħajr ma tippjana rotta u l-postijiet fejn se tieqaf, u mingħajr ma tikkunsidra l-flus u l-ikel li se jkollok bżonn. Pjan ta’ azzjoni huwa simili għall-pjan meħtieġ qabel tibda vjaġġ, u jaqbillek taħseb dwar dan b’attenzjoni u fir-reqqa. Bosta artisti u artiġjani jiżviluppaw għarfien ġdid dwar il-prattika u l-ħiliet kreattivi tagħhom meta jadottaw dan il-proċess ta’ ppjanar. Bl-istess mod, jekk tippjana biex tifforma grupp jew biex taħdem fi sħubija, jew biex tifforma kumpanija, huwa importanti ħafna li inti u s-sħab tiegħek ikollkom viżjoni kondiviża għall-proġett jew in- negozju inkwistjoni.
  • 29. L-istabbiliment ta’ miri Meta tibda proġett, jista’ jkollok miri ċari u speċifiċi ħafna, jew jista’ jkun li tkun bdejt impriża mingħajr l-ebda idea ta’ fejn se twassal. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, sa mill-fażiijiet bikrin tal-proġett, għandek tibni stampa ta’ kif se tivvaluta s-suċċess jew il-falliment tal-proġett. Imprenditur għandu jkollu mira u objettiv intelliġenti, jiġifieri SMART!:
  • 30. It-trasformazzjoni tal-ħolm tiegħek f’realtà F’dak li jirrigwarda l-ippjanar kreattiv, jista’ jkun diffiċli li ssib il-mod tajjeb biex tittrasforma ħsieb immaġinattiv f’ideat konkreti ta’ negozju. Huwa meħtieġ li: ikollok ħolm ambizzjuż sabiex toħloq modi  possibbli li bihom tkun tista’ ssolvi  problema partikolari Fl-istess ħin jeħtieġ li: tkun kapaċi tiffoka fuq id-dettall meħtieġ  biex tittrasforma b’suċċess il-pjan tiegħek  f’azzjoni
  • 31. It-trasformazzjoni tal-ħolm tiegħek f’realtà L-ilħuq tal-bilanċ meħtieġ bejn dawn iż- żewġ aspetti jikkostitwixxi sfida vera, iżda tista’ titgħallem ħafna dwar kif tista’ tilħaq dan il-bilanċ minn individwu partikolari, li mhux biss sar espert f’din it-teknika, iżda użaha biex joħloq imperu leġġendarju ta’ biljuni ta’ dollari. REALTÀ – IL-ĦOLMA TIEGĦEK
  • 32. Walt Disney Il-fużjoni tal-immaġinazzjoni u l-ippjanar Meta tisma’ l-isem “Walt Disney”, x’inhi l-ewwel ħaġa li tiġik f’moħħok? Bosta persuni probabbilment jaħsbu f’dak il-ġurdien tal-animazzjoni li ħalaq, u t-tbissima li ġab fuq xufftejn miljuni ta’ persuni permezz tal-flms tiegħu. Iżda bosta jqisu wkoll lil Walt Disney bħala ġenju fin-negozju, mhux biss bħala ġenju kreattiv. Analiżi iktar profonda turi li l-parti l-kbira tas-suċċess tiegħu hija dovuta għall-fatt li kellu approċċ speċifiku ħafna għat-trasformazzjoni tal-ħolm tiegħu f’realtà. Kellu talent biex jiskopri ideat kreattivi u biex jittrasformahom f’realtà. Skont wieħed li ħadem miegħu mill-qrib, kien iħobb jgħid li “Fil-fatt kienu jeżistu tliet Walts differenti: il-ħalliem, ir- realist, u dak li jħarbat. Qatt ma tkun taf liema wieħed minn dawn kien se jattendi l-laqgħa”.
  • 33. Walt Disney L-istrateġija ta’ Walt Disney ġiet enfasizzata u ttrasformata f’mudell iktar tard, fl-1994, mill-espert ta’ NLP Robert Dilts. Huwa ddefinixxa din it-teknika bħala l-metodu li bih Disney kien jittrasforma l-ħolma tiegħu f’realtà. F’dan il-metodu, grupp ta’ persuni jużaw fluss ta’ ħsieb speċifiku li jibni ħsieb parallel. Sussegwentement dan il-ħsieb ikun jista’ jintuża biex jiġġenera, jivvaluta u jikkritika ideat, u biex isolvi l-problemi. Għalkemm dan il-metodu ma ġiex żviluppat kompletament minn Walt Disney, jelimina d-distakk bejn l-immaġinazzjoni u r-realtà. Il- proċess kreattiv jillibera l-kapaċitajiet li għandu l-moħħ biex joħlom u jifforma ideat u soluzzjonijiet oriġinali għal problemi eżistent. Madankollu, dawn is-soluzzjonijiet jistgħu ma jkunux applikabbli fir-realtà u jistgħu ma jkunux applikabbli bħala pjan strateġiku. Għaldaqstant, wieħed mill-vantaġġi tal-metodu ta’ strateġija kreattiva ta’ Disney huwa l-bilanċ bejn il-ħolma u r-realtà sabiex tinbena bażi fattibbli.
  • 34. Il-ħila ta’ Walt Disney li jgħaqqad il-kreattività innovattiva tiegħu ma’ strateġija ta’ negozju ta’ suċċess u mal-popolarità bla dubju ta’ xejn tikkwalifikah bħala ġenju fil-qasam tal-ispettaklu. Nistgħu ngħidu li l-mezz ta’ espressjoni magħżul minn Disney, il-film ta’ animazzjoni, jikkaratterizza l-proċess fundamentali ta’ kull ġenju: il-ħila li jittrasforma xi ħaġa li teżisti biss fl- immaġinazzjonin, f’eżistenza fiżika li tinfluwenza b’mod dirett u pożittiv l-esperjenza ta’ persuni oħrajn. Robert Dilts “ “
  • 35. L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju X’għandhom komuni bejniethom persuni ta’ suċċess bħal Bill Gates u Mother Teresa? Wara ħarsa superfiċjali jidher li ftit li xejn huma l- karatteristiċi komuni ta’ bejniethom, iżda madankollu t-tnejn huma persuni ta’ suċċess. Negozju ta’ suċċess ma jfissirx biss il-ksib ta’ profitt enormi, il-kejl reali ta’ suċċess mhuwiex id-daqs tal- kont bankarju tiegħek. Persuni differenti jkollhom opinjonijiet differenti dwar x’għandu jagħmel negozju biex jiġi kkunsidrat bħala negozju ta’ suċċess. Madankollu, sabiex negozju jkun ta’ suċċess, irid jilħaq il-miri/objettivi li jkun stabbilixxa għalih stess.
  • 36. L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju Jeżistu ħames modi ewlenin li bihom jista’ jitkejjel is-suċċess ta’ negozju. 1. Profitabbiltà •Xi profitt iħalli n-negozju? •Dan jista’ jitkejjel permezz ta’ parametri finanzjarji, bħall-marġni ta’ profitt. 2. Il-ħolqien ta’ impjiegi •Kemm ħalaq impjiegi n-negozju inkwistjoni? •Dan jista’ jitkejjel bl-għadd ta’ impjegati.
  • 37. L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju 3. Is-sehem mis-suq •Kemm hu kbir in-negozju? •Dan jista’ jitkejjel billi l-bejgħ tan-negozju jitqabbel mal-bejgħ totali tas-suq. 4. Is-sodisfazzjon tal-klijenti •Kemm huma kuntenti l-klijenti bil- prodotti/servizzi tan-negozju? •Dan jista’ jitkejjel bit-twettiq ta’ stħarriġ dwar l-opinjoni tal-klijenti u riċerka dwar is-suq.
  • 38. L-evalwazzjoni tas-suċċess ta’ idea ta’ negozju 5. Kunsiderazzjonijiet soċjoekonomiċi u etiċi •X’impatt għandhom l-attivitajiet tan-negozju fuq l-ambjent jew fuq is-soċjetà? •Dan jista’ jitkejjel billi jiġi vverifikat jekk, skont is-soċjetà, in-negozju jkunx qed jiżvolġi l- attivitajiet tiegħu b’mod tajjeb.