L-Ispirtu s-Santu jagħti bidu lill-
Familja ta’ Alla
Kultant inkunu mdejqin u nibżgħu, ma
jkollna aptit nagħmlu xejn.
Imma malli xi ħadd jagħmlilna l-
qalb inħossuna qed nieħdu ħajja
ġdida.
Wara li Ġesu tela’ s-sema,
l-Appostli ħassewhom waħedhom.
Imma Ġesu ma kienx se jħallihom
waħedhom. Kien wegħedhom li
jibagħtilhom l-Ispirtu s-Santu.
Fil-Għid il-Ħamsin, 50 jum wara li
Ġesu qam mill-mewt, twieldet il-
knisja.
L-Appostli kienu miġburin flimkien f’kamra
kbira, jitolbu. Magħhom kien hemm ukoll
Marija
u d-dixxipli.
Semgħu bħal riħ qawwi, li mela l-
kamra fejn kienu jitolbu.
Raw ukoll bħal dawl, qisu nar, li
qagħad fuq kull
wieħed u
waħda
minnhom.
Mir-riħ u d-dawl indunaw li kien niżel
fuqhom l-Ispirtu li kien wegħedhom
Ġesu.
L-Appostli u
d-dixxipli bħal
ħassewhom
mibdulin. L-
Ispirtu s-Santu
tahom ħajja
ġdida.
L-Appostli
bdew
jiftakru u
jifhmu aħjar
dak li
għallem
Ġesu. Ma
baqgħux
jibżgħu.
Lesson 7

Lesson 7