Il-ħarifa Mrs. Nadia Grima
Il-Ħarifa  tibda   fil-21 ta’ Settembru  u  tispiċċa fl-20 ta’ Diċembru .
Fil- Ħarifa terġa  tibda l-iskola !
La jkun ħafna bard u lanqas ħafna sħana.  Ikun  mezzutemp .
Tibda xi  ħ alba  xita  bir-ragħad...
...u xi kultant ikollna xi  maltempata  bis- sajjetti .
Minħabba f’hekk il- bdiewa  u s- sajjieda  jsegwu b’aktar attenzjoni r-rapport tat-temp...
Ir-rapport tat-temp jingħata mill-Uffiċċju Meteroloġiku – li jinsab  Ħal Luqa .
Fil-Ħarifa  l-jum jiqsar  u  l-lejl jitwal  għax jidlam kmieni.
Is-siġar  iwaqqgħu  l- weraq .
Fil-Ħarifa n-nies tmur  passiġġati  fil- kampanja ...
jiġbru l- bebbux ....
u jaqtgħu ż- żebbuġ ...
Il-Ħarifa hu żmien li l- pitirrossi  jibdew  ipassu  lejn xi pajjiżi sħan tal-Afrika ta’ fuq fejn l-ikel ma jonqosx.
Ir- rummien  ikun fl-aqwa tiegħu...
u jibda jsir il- larinġ ...
F’dan iż-żmien l- għeneb  jingħasar għall- inbid .
Fil- ħarifa jaqbdu ħafna  lampuki .
Il- festi  tal-Ħarifa huma:   Tar-Rużarju
Il-Qaddisin kollha  (l-1 ta’ Novembru).
L-Għid tal-Imwiet
San Martin  (11 ta’ Novembru)
Kristu Re
Il- Kunċizzjoni  (8 ta’ Diċembru)

Il-Ħarifa