X’nagħmlu differenti fil-jum tal-
   Ħadd minn jiem oħrajn?

   Ma mmorrux skola, ma nqumux
             kmieni
Għaliex għalina l-insara l-jum
tal-Ħadd huwa jum ta’ festa?

    1. Għax Ġesù qam mill-mewt
   2. L-Ispirtu s-Santu ta ħajja lill-
                  knisja
X’inhi l-aktar ħaġa importanti li
   nagħmlu nhar ta’ Ħadd?

     Li nieħdu sehem fil-quddiesa
           bħala l-familja ta’ Alla
Liema kmandament inkunu
qegħdin nobdu meta l-Ħadd
immorru għall-quddiesa? U
x’jgħid dan il-kmandament?
 It-tielet kmandament: Ħares il-
        Ħdud u l-Festi kmandati
Meta nitolbu, x’inkunu qegħdin
          nagħmlu?

  Inkunu qegħdin nitkellmu ma’ Alla
       li jħobbna u jieħu ħsiebna
              bħala wliedu
Għaliex it-talb jgħaqqadna
        flimkien?

  Għaliex jiġborna lkoll madwar
        missierna tas-sema
Għaliex nagħmlu l-festa tal-
    parroċċa tagħna?

  Biex niftakru fil-ħajja sabiħa tal-
    qaddis tagħna, nifirħu flimkien
          bħala familja waħda
X’inhi l-ewwel ħaġa li għandna
       nagħmlu fil-festa?

   Li nieħdu sehem fil-quddiesa u
               nitqarbnu
Ġesù ħejjielna xi festa li ma
      tispiċċa qatt?

         Iva, fil-ġenna
Għaliex fil-ġenna nkunu
  dejjem ferħanin?

Għax naraw lil Alla u nibqgħu miegħu u
      ma’ sħabna magħqudin bħala
              familja waħda
Semmi xi affarijiet li ma rridux
    nagħmlu fil-festa.

          Ma niġġildux
        Ma ngħajru lil ħadd
        Ma ndejqu lil ħadd
Xi jkollha differenti fil-ġranet
      tal-festa l-knisja?

          Tkun imżejna
Semmi tliet parroċċi f’Malta
  ddedikati lil San Pawl

 Ħal Safi, ir-Rabat, il-Belt Valletta
Semmi parroċċa f’Għawdex
  ddedikata lil San Pawl

         Il-Munxar
Min hu dak li jmexxi l-knisja ta’
   Alla f’pajjiżna u x’jismu?

      L-isqof – Pawlu Cremona
X’jismu l-Isqof t’Għawdex?


        Mario Grech
Semmi erba’ ismijiet tal-
  appostli ta’ Ġesù

 Ġakbu, Ġwanni, Tumas, Indri
Min hu dak li jmexxi l-Familja
  t’Alla fid-dinja? X’jismu?

      Il-Papa Benedittu sittax
Min fejn hu dan il-Papa?


      Mill-Ġermanja
Il-Papa joqgħod fil-_______.


           Vatikan
Min kien l-ewwel martri?


       San Stiefnu
Min waqqaf is-soċjetà tal-
 M.U.S.E.U.M. F’Malta?

      San Ġorġ Preca
Dak li fih ikun hemm l-inbid
     waqt il-quddiesa.

            kalċi
Meta jinħaraq jagħmel duħħan
            ifuħ.

           inċens
Il-post fejn jinżamm Ġesù
       Sagramentat.

        tabernaklu
Il-post li madwaru ssir il-
         quddiesa.

           Altar
Il-post fejn il-qassis jilbes l-
     ilbies tal-quddiesa.

          Is-Sagristija
Il-post minn fejn jindaqqu l-
          qniepen.

          Il-Kampnar
Fit-tieġ ta’ Kana, min mar jgħid lil
Ġesù li kien spiċċalhom l-inbid?


               Marija
Min jgħid dan il-kliem: “Ġejt fid-
dinja biex nuri l-verità u kull min
   iħobb il-verità jisma leħni”.

               Ġesù
Għaliex it-talb jgħaqqadna
         flimkien?

   Għax jiġborna lkoll madwar
       missierna tas-sema.
Liema hi dik il-kelma li ħafna
 drabi ngħidu fl-aħħar tat-talba
biex nikkonfermaw dak li nkunu
            għidna?
             Amen
Kompli: Għax tiegħek hija
________, l-qawwa u l-glorja għal
             dejjem.

             S-Saltna
Kompli: ________ u l-art
mimlija bil-glorija tiegħek.

         Is-Smewwiet

Quiz - Religion - Revision