Il-Familja ta’ Alla
    fid-dinja kollha
F’pajjżna naraw nies minn ħafna
pajjiżi.
Mhux kollha nifhmuhom jitkellmu.
Mhux kollha jilbsu
bħalna.
Mhux kollha jixbhu lilna minn
wiċċhom.
Uħud minnhom ikollhom drawwiet li
mhumiex bhal tagħna.
Fuq it-T.V. naraw ukoll nies oħrajn li
f’ħafna affarijiet ma jgħixux kif ngħixu
aħna.
Għandhom djar differenti u kant
mhux bħal tagħna.
Imma dawn kollha huma bnedmin bħalna.
Aħna nħobbuhom ilkoll, għax dawk ukoll
huma ħutna.
Fl-affarijiet importanti, aħna lkoll
nixxiebhu.
Bħalna jixtiequ li jkollhom min
iħobbhom u jieħu ħsiebhom.
Bħalna jixtiequ li jkollhom il-ħbieb u li
jkunu dejjem ferħanin.
It-tfal tad-dinja kollha jħobbu
jilagħbu u jkantaw.
It-tfal tad-dinja kollha jistgħu jkunu
bravi u b’saħħithom jekk isibu min
igħallimhom u jieħu ħsiebhom.
Alla jħobb in-nies tad-dinja kollha.
Hu ħalaqna u baqa’ jieħu ħsiebna.
Hu bagħat lil Ġesù
fostna, biex jiġbor
                      Ma’ ħutna
il-bnedmin kollha
                      Ġesù ma
f’familja waħda
                      jridniex
kbira.
                      nippikaw u
                      niġġieldu,
                      iridna
                      nilagħbu,
                      ngħinu u
                      nifirħu
                      b’xulxin.
Ġesù kien ifejjaq u jagħmel il-ġid
mhux biss lil-Lhud bħalu...
                   Imma lin-nies kollha li kienu
                   jitolbuh biex igħinhom.
Ġesù bagħat lill-Appostli fil-pajjiżi
kollha tad-dinja biex iwasslu lill-
bnedmin kollha t-tagħlim tiegħu.
Nixtiequ li l-pajjiżi kollha jgħixu fil-
paċi...hekk inkunu familja waħda.

Lesson 16