IT-TQADDIS TAL-JUM TAL-ĦADD
AĦNA U NFAKKRU L-QAWMIEN
TAL-MULEJ MILL-IMWIET
PARROĊĊA MARIJA BAMBINA – NAXXAR
2014
2.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 2
Rakkomandazzjonijiet kif jingħad dan l- Uffiċċju meħudin mill-Ordni Ġenerali għal- Liturġija tas-Sigħat, 1970
1. Il-konsagrazzjoni tal-ħin
“Għalhekk, billi l-iskop tal-Liturġija tas-Sigħat hu t- tqaddis tal-jum u tal-ħidma kollha tal-bniedem, ikun ta’ siwi kbir, kemm biex il-jum jitqaddes sew, kemm biex it-talb tas-Sigħat jingħad b’ġid għar-ruħ, jekk it-talb ta’ kull Siegħa jsir kemm jista’ jkun għall-ħabta tal-ħin tassew tagħha” (nru10).
2. Il-moħħ għandu jaqbel ma’ dak li jgħid il-fomm
“Din it-talba, kull min jieħu sehem fiha għandu jagħmilha tiegħu ħalli ssirlu għajn ta’ kull xorta ta’ grazzji t’Alla. Għalhekk jeħtieġ li wieħed jgħidha kif jixraq, bil-ġabra u bil-qalb hekk li l-moħħ ikun tassew jaqbel ma’ dak li jgħid il-fomm” (nru 19).
3. Iż-żewġ egħkiesi
“It-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum, bħala talba ta’ filgħodu u l- Għasar, bħala t-talba ta’ filgħaxija li fit-tradizzjoni qadima tal-Knisja dejjem inżammu bħala ż-żewġ egħkiesi tal-Uffiċċju ta’ kuljum, għandhom jitqiesu bħala s-sigħat ewlenin” (nru 37).
It-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum (Il-Lawdi)
“It-tifħir ta’ sbiħ il-jum, kif juru l-istess elementi tiegħu, hu maħsub u mfassal għat-tqaddis tal-ħin ta’ filgħodu. San Basilju l-Kbir jgħidilna hekk: “Hi talba ta’ sbiħ il-jum biex l-ewwel tqanqil ta’ ruħna u ta’ moħħna jiġi kkonsagrat lil Alla, u ma nibdew ebda ħsieb ieħor qabel ma nkunu tħennejna bil-ħsieb ta’ Alla”. Barra minn hekk, din is-Siegħa li tingħad hekk
3.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 3
kif ikun qed jinfirex id-dawl ta’ jum ġdid, tfakkarna fil- qawmien ta’ Sidna Ġesu’, li hu d-dawl tassew li jdawwal lill-bnedmin kollha, “ix-Xemx tal-ġustizzja” (Mal 4,2), “ix-Xemx tiegħla” (Lq 1,78). Għalhekk sewwa wissiena San Ċiprijanu: “Għandna nbakkru u nitolbu biex bit-talb ta’ filgħodu niċċelebraw il- qawmien ta’ Sidna mill-imwiet”
It-Talba ta’ Filgħaxija (L-Għasar)
“Il-għasar jingħad filgħaxija, meta l-jum ikun qiegħed jgħib, biex inroddu ħajr lil Alla għal dak kollu li jkun tana matul il-jum u għat-tajjeb kollu li nkunu għamilna. B’din it-talba nfakkru wkoll il-fidwa tagħna billi nfakkru dak is-sagrifiċċju veru ta’ filgħaxija mogħti lilna minn Sidna Ġesu’ meta waqt l-ikla mal-appostli, waqqaf l-Ewkaristija, jew meta l-għada, b’idejh merfugħa ‘l fuq għas-salvazzjoni tad-dinja kollha offra ruħu lill-Missier. F’din is-siegħa meta nkunu wasalna fil-ħin ta’ għib ix-xemx u qegħdin naraw id-dawl tal- għabex, ngħannu lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s- Santu Alla” (nru 39).
4. It-Talb ta’ Nofs il-Jum
“Skond tradizzjoni qadima ħafna l-insara huma mdorrija li b’devozzjoni f’xi ħin jew ieħor, jinġabru fit- talb matul il-ġurnata, ukoll f’nofs ix-xogħol tagħhom, kif kienet tagħmel il-Knisja fi żmien l-Appostli” (nru 74).
5. It-Talba ta’ Għeluq il-Jum (Il-Kompieta)
“It-talba ta’ għeluq il-jum tingħad l-aħħar waħda fil- ġurnata, qabel il-mistrieħ tal-lejl, ukoll jekk ikun diġa’ għadda nofs il-lejl” (nru 84).
4.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 4
IT-TIFĦIR TA’ SBIĦ IL-JUM (Il-Lawdi)
Il-familja tinġabar f’post adatt fid-dar:
Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Amen
Flimkien nagħmlu l-offerta tal-ġurnata lill-Mulej Ġesu`...
L-Offerta ta’ kuljum
Alla Missier,
noffrilek dan il-jum,
bit-talb, il-ħsibijiet, il-kliem,
il-ħidma, il-ferħ u t-tbatija kollha tiegħi
f’għaqda sħiħa ma’ Ġesu` Ibnek,
li jkompli joffri lilu nnifsu fl-Ewkaristija
għall-ħelsien tad-dinja.
Agħmel li l-Ispirtu s-Santu,
li mexxa lil Ġesu` ta’ qalb ħelwa w umli,
imexxi lili wkoll u jkun ta’ qawwa għalija
biex inkun xhud tal-imħabba tiegħek.
Ma’ Marija, Omm il-Mulej u Omm il-Knisja, nitolbok b’mod speċjali
skont il-fehmiet tal-Papa
u tal-Isqfijiet tagħna
għal dan ix-xahar...
Inkomplu t-talb tagħna billi nitolbu flimkien dan l-innu u
s-Salm 62:
INNU
Meta ħlaqt, Mulej, id-dinja,
fridt il-lejl min-nhar, jum wieħed,
u qassamt it-tul ta’ ħinhom,
għas-serħan u l-ħidma tagħna.
5.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 5
Għadda l-lejl, jum ieħor sebaħ,
b’dawl ix-xemx il-ħajja tifraħ,
u mill-qalb ta’ wliedek kollha
jitla’ l-innu ta’ foħritek.
Għax illum, Mulej, jum tiegħek,
jum ta’ glorja lil qdusitek,
jum li fih il-ġemgħa mqaddsa
b’heda w sliem tinġabar tqimek.
Int, ħanin, la tqisx il-ħażen
li għax dgħajfa lkoll għamilna;
iżda ħares biss lejn qalbna,
hekk bil-għatx għall-paċi tiegħek.
Kun id-dawl ta’ moħħna u ruħna,
kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek,
żommna sħaħ fl-Ispirtu tiegħek
biex inwettqu fina t-tama.
Kun il-faraġ ta’ dawk ħutna
li jixtiequ w le ma jistgħu
jaqsmu llum fil-ferħ mal-ġemgħa
li tinġabar ħienja f’darek.
Lilek, O Missier, u miegħek
’l Ibnek u ’l Ispirtu s-Santu,
ġieħ jintradd, tifħir u glorja,
kif mill-bidu, issa w dejjem. Amen.
Ant. Minn sbiħ il-jum lilek infittex, O Alla,
biex nara l-qawwa tiegħek, hallelujah.
Salm 62 (63): 2-9
Ifittex minn kmieni lil Alla min jiċħad għemejjel il-lejl.
Alla, Alla tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
6.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 6
Ruħi bil-għatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa, bla ilma.
Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek.
Għax it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir tiegħek.
Għalhekk inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek.
Bħal b’ikel mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet tal-lejl.
Għax int kont għajnuna għalija, *
għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek tingħaqad ruħi, *
int tweżinni bil-leminija tiegħek.
Glorja lill-Missier, lill-Iben,* u lill-Ispirtu s-Santu…
Ant. Minn sbiħ il-jum lilek infittex, O Alla,
biex nara l-qawwa tiegħek, hallelujah.
LEZZJONI QASIRA
Is-salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna li qiegħed fuq it-tron, u lill-Ħaruf. It-tifħir u l-ġlorja, l-għerf, ir-radd ta’ ħajr u l-ġieħ, il-qawwa u s-saħħa lil Alla tagħna, għal dejjem ta’ dejjem! Ammen.
RESPONSORJU QASIR
R. Kristu, Bin Alla l-ħaj, * Ħenn għalina. Kristu.
V. Int li qiegħed fil-lemin tal-Missier.* Ħenn għalina.
Glorja. Kristu
7.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 7
PREĊI
Kristu l-Mulej huwa l-jum u x-xemx tagħna li qatt ma tgħib; huwa d-dawl tal-bnedmin kollha. Nerfgħu qalbna lejh bil-ferħ u ngħidulu:
Mulej, inti l-ħajja u s-salvazzjoni tagħna!
O Alla, li ħlaqt id-dawl fil-wisa tas-sema, niżżu ħajr lit-tjieba tiegħek għal din il-ġurnata ġdida li tajtna:
- f’dan il-jum tiegħek, Mulej, għinna niċċelebraw kif
jixraq il-qawmien tiegħek għall-ħajja.
L-Ispirtu tajjeb tiegħek jgħallimna nagħmlu llum dak li jogħġob lilek:
- mexxina fit-triq tal-għerf tiegħek.
Agħmel li niċċelebraw bil-ferħ il-laqgħa mqaddsa tagħna miegħek f’dan il-jum:
- iġborna ħenjin madwar il-mejda tal-Kelma u l-Ġisem tiegħek.
Il-ġid kbir li xxerred fuqna huwa xhieda tat-tjieba bla qies li dejjem turi magħna:
- agħmel li l-familji kollha fi gżiritna jroddulek ħajr bla heda.
Missierna, eċċ.
TALBA
O ALLA, inroddulek ħajr ta’ dan il-jum ġdid li tajtna,
li fih infakkru l-Qawmien tiegħek mill-imwiet, għinna biex, mehdijin bit-talb tagħna lejk, bis-smigħ tal-Kelma tiegħek, bl-Ewkaristija li se jitmagħna Ibnek Ġesu`, kif ukoll b’għemejjel tajba lejn ħutna, nikbru fil-fidi u l-imħabba tagħna lejk, sabiex inkunu xhieda tiegħek ma’ kull min niltaqgħu miegħu. Dan nitolbuh bi Kristu Sidna.
Flimkien:
IL-MULEJ iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem. Amen.
8.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 8
IT-TALBA TA’ NOFS IL-JUM
INNU
Mexxej qawwi, Alla veru,
inti kollox tqassam sewwa:
jisbaħ jum, tagħmih id-dija;
f’nofsu żżejjnu b’dawl iħeġġeġ.
Iżda itfi l-għadab fina,
taffi s-sħana ta’ kull deni;
agħti s-saħħa ’l min hu dgħajjef,
ġib is-sliem tassew fi qlubna.
Isma’ talbna, Missier twajjeb,
w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem hi saltnatkom
mal-Ispirtu Faraġ tagħna. Amen.
Ant. Il-ġemgħa kbira ta’ dawk li emmnu kienu
ruħ waħda u qalb waħda.
Salm 132
Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, *
li l-aħwa jgħixu flimkien!
Bħal żejt mill-aħjar imsawwab fuq ir-ras, *
li jinżel mal-leħja ta’ Aron;
li jinżel mal-leħja tiegħu, *
sa fuq il-għonq ta’ ħwejġu.
Hu bħan-nida tal-Ħermon, *
li tinżel fuq il-għoljiet ta’ Sijon;
għax hemm il-Mulej jagħti l-barka, *
hemm jagħti l-ħajja għal dejjem.
Glorja lill-Missier, lill-Iben,* u lill-Ispirtu s-Santu…
Ant. Il-ġemgħa kbira ta’ dawk li emmnu kienu
ruħ waħda u qalb waħda.
9.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 9
LEZZJONI QASIRA Rum 8, 15-16
Intom ma rċevejtux l-ispirtu tal-jasar biex terġgħu taqgħu fil-biża’, imma rċevejtu l-Ispirtu ta’ adozzjoni ta’ wlied Alla, li bih aħna ngħajtu: “Abbà! Missier!” Dan l-Ispirtu jixhed flimkien mal-ispirtu tagħna li
aħna wlied Alla.
RESPONSORJU QASIR
V. Għandek, Mulej, hemm il-għajn tal-ħajja.
R. Fid-dawl tiegħek naraw id-dawl.
TALBA
O Alla, li minnek ġej kull ġid, fiċ-ċokon tagħna nitolbuk biex fid-dawl tiegħek nintebħu kif għandna nġibu ruħna sewwa, u bil-għajnuna tiegħek ngħixu hekk tabilħaqq. B’Ibnek.
V. Inbierku l-Mulej.
R. Inroddu ħajr lil Alla.
Jekk ikun sar ħin l-ikel, tingħad din it-talba:
Berikna, O, Mulej u bierek dan l-ikel li int qed tagħtina fit- tjieba tiegħek, u għallimna naqsmu ma' ħutna, il-ġid li tipprovdilna. Bi Kristu Sidna. Ammen.
Wara l-ikel tingħad din it-talba:
Inroddulek ħajr, Mulej, ta’ dan l-ikel li tajtna u għamel
li, imsaħħin fil-ġisem naqduk aħjar b’rieda sħiħa. Ammen.
10.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 10
IT-TALBA TA’ FILGĦAXIJA (L-Għasar)
INNU
Riesaq il-lejl, Mulejja,
bil-wegħda tal-mistrieħ;
ġa beda s-sema jħammar
fi nżul ix-xemx sabiħ!
Dalwaqt jixirfu l-kwiekeb
fil-għoli tas-smewwiet;
dalwaqt il-ħajja torqod,
kull ħoss imut fis-skiet.
Inti, li dejjem tgħammar
fis-sebħ ta’ jum bla tmiem,
fid-dlam tal-lejl ħarisna,
xerred fi qlubna s-sliem.
Jagħtuk kull ġieh il-ħlejjaq,
Mulej, għax int ħanin,
u tridna lkoll madwarek
fix-xirka tal-ħenjin. Amen.
Ant. Il-għajnuna tiegħi minn għand il-Mulej,
li għamel is-sema u l-art.
Salm 120
Il-Mulej iħares il-poplu
Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet: *
mnejn se tiġini l-għajnuna?
Il-għajnuna tiegħi minn għand il-Mulej, *
li għamel is-sema w l-art.
Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor; *
ma jongħosx dak li jħarsek.
Ara, la jongħos u lanqas jorqod *
dak li jħares lil Israel.
11.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 11
Il-Mulej hu dak li jħarsek; *
il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.
Ma tolqtokx ix-xemx bin-nhar, *
anqas il-qamar bil-lejl.
Iħarsek il-Mulej minn kull deni; *
hu jħarislek ħajtek.
Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek, *
minn issa u għal dejjem.
Glorja lill-Missier, lill-Iben,* u lill-Ispirtu s-Santu…
Ant. Il-għajnuna tiegħi minn għand il-Mulej, li għamel
is-sema u l-art.
LEZZJONI QASIRA 2 Tess 2,13-14
Aħna għandna niżżu ħajr lil Alla minħabba fikom, ħuti maħbubin mill-Mulej, għaliex Alla għażilkom biex tkunu
l-ewwel frott tal-fidwa bil-qdusija tal-Ispirtu u l-fidi fil- verita`. Għal dan Alla sejħilkom permezz tal-Evanġelju tagħna, biex intom ikollkom sehem fil-glorja ta’ Sidna Ġesu` Kristu.
RESPONSORJU QASIR
R. Kbir Sidna l-Mulej, * U ta’ qawwa kbira. Kbir
V. Bla tarf il-għerf tiegħu. * U ta’ qawwa kbira. Glorja.
Kbir.
PREĊI
Infaħħru lil Kristu u nagħtuh ġieħ, għax hu jista’ jsalva għal kollox lil dawk li bih jersqu lejn Alla, ladarba hu dejjem ħaj biex jidħol għalihom. Nitolbuh bil-qawwa ta’ din il-fidi, u ngħidulu:
Mulej, ftakar fil-poplu tiegħek.
12.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 12
Xemx tal-ġustizzja, fit-tmiem ta’ dan il-jum insejħu l-isem qaddis tiegħek fuq il-bnedmin kollha:
- xerred fuq kulħadd il-ġid tad-dawl tiegħek li qatt .
ma jgħib.
Ħares il-patt li għamilt magħna b’demmek il-għażiż:
- qaddes il-Knisja tiegħek u żommha bla tebgħa.
Mulej, aħna l-ġemgħa tiegħek:
- ftakar fina li nġbarna fil-post fejn int tgħammar.
Mexxi fit-triq tas-sliem u r-riżq lil min jinsab fil-vjaġġ:
- wasslu ferħan u b’wiċċ il-ġid fil-post mixtieq.
Ħu fi ħsiebek lil ħutna l-mejtin:
- agħtihom il-maħfra tiegħek u l-glorja ta’ dejjem.
Missierna, eċċ.
TALBA
O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, kattar fina l-fidi, it-tama u l-imħabba, u agħmel li nħobbu l-kmandamenti tiegħek biex ikun jitħoqqilna dak li wegħedtna. B’Ibnek.
Flimkien:
Il-Mulej iberikna, iħarisna minn kull deni, u jwassalna għall- ħajja ta’ dejjem. Amen.
13.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 13
IT-TALBA TA’ EGĦLUQ IL-JUM (Il-Kompieta)
ATT PENITENZJALI
Issir l-istedina għall-penitenza
Ħuti, ejjew nagħrfu ħtijietna.
Ftit tas-skiet
Ħenn għalina, Mulej:
R: Għax dnibna kontra tiegħek.
Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
R: U s-salvazzjoni tiegħek agħtina
Tingħata l-assoluzzjoni
Iħenn għalina Alla li jista’ kollox,
jaħfrilna dnubitna,
u jwassalna għall-ħajja ta’ dejjem.
Amen
INNU
Wara dan il-jum li tajtna,
nitolbuk, ħallieq ta’ kollox,
biex fit-tjieba kbira tiegħek
tgħasses fuqna w tieqaf magħna.
Fik u bik jistrieħu qlubna,
jibqgħu jħossu l-kenn ta’ mħabbtek,
sabiex għada minn filgħodu
jisbħu jgħannu l-glorja tiegħek.
Bierek jiemna b’saħħa tajba,
żid il-ħeġġa ta’ ħajjitna,
u bid-dija tiegħek dawwal
dan il-lejl li riesaq fuqna.
14.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 14
Isma’ talbna, Missier twajjeb,
w int, Waħdieni tiegħu u daqsu,
li ta’ dejjem hi saltnatkom
mal-Ispirtu Faraġ tagħna. Amen.
Ant. Bierku l-Mulej fil-ljieli
Salm 133
Il-talb ta filgħaxija fit-tempju
Ejjew bierku l-Mulej,
qaddejja kollha tal-Mulej *
intom li toqogħdu f’dar il-Mulej.
Erfgħu jdejkom lejn it-tempju, *
U bierku l-Mulej fil-ljieli.
Ibierkek il-Mulej minn Sijon, *
Hu li jagħmel is-sema u l-art!
Glorja lill-Missier, lill-Iben,* u lill-Ispirtu s-Santu…
Ant. Bierku l-Mulej fil-ljieli
LEZZJONI QASIRA Dewt 6,4-7
Isma’, Israel: Wieħed hu l-Mulej, il-Mulej Alla tagħna. Ħobb, mela lill-Mulej Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’saħħtek
kollha. Żomm f’qalbek dawn it-twissijiet, li jiena qiegħed nagħtik illum; għallimhom lil uliedek u kellimhom fuqhom, sew meta tkun f’darek, sew meta timxi barra t-triq, sew meta tkun se timtedd, u sew meta tqum.
RESPONSORJU QASIR Salm 133
R. F’idejk, Mulej, * Jien nerħi ruħi. F’idejk.
V. Int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. * Jien nerħi
ruħi. Glorja. F’idejk.
15.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 15
KANTIKU EVANĠELIKU TA’ XMUN Lq 2,29-32
Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl,
biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem
(Ż.Għ. hallelujah).
Kristu dawl tal-ġnus u glorja ta’ Israel
Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek *
imur fis-sliem, skond kelmtek,
għaliex għajnejja raw *
is-salvazzjoni tiegħek,
li int ħejjejt *
għall-popli kollha:
dawl biex idawwal lill-ġnus, *
u glorja tal-poplu tiegħek Israel.
Glorja. Kif kien mill-bidu.
Ant. Salvana, Mulej, u ħarisna bin-nhar u bil-lejl,
biex nishru ma’ Kristu u nistrieħu fis-sliem
(Ż.Għ. hallelujah).
TALBA
Ejja żurna, Mulej, f’dan il-lejl li ġej fuqna, biex għada mas-sebħ inqumu bil-qawwa tiegħek, u nifirħu bil-qawmien ta’ Kristu Ibnek, li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.
Flimkien:
Il-Mulej li jista’ kollox jagħtina lejl kwiet u tmiem tajjeb. Amen.
(Nagħmlu l-aħħar talba lil Ommna Marija. Ara pġ.16)
16.
It-tqaddis tal-Jum tal-Ħadd
Pa[na 16
Insellmu flimkien lil Ommna Marija:
Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej,
int bieb illi jagħti għas-sema,
int kewkba tal-baħar, Marija!
Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna,
għajnuna tal-poplu l-maħtur,
li b’għaġeb nissilt ’il min ħalqek
fis-siegħa li lqajt it-tislima
li tak Gabrijel, u bqajt xebba,
kif qabel, hekk wara t-tnissil.
Ħenn, Omm, għal uliedek midinba.
.
WERREJ
1. It-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum (Il-Lawdi) pġ. 3
2. It-Talba ta’ Nofs il-Jum pġ. 7
3. It-Talba ta’ Filgħaxija (L-Għasar) pġ. 9
4. It-Talba ta’ Egħluq il-Jum (Il-Kompieta) pġ. 12
Stampa fil-faċċata: Il-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet minn Gerard Seghers ca.1620 fil-Mużew ta’ Louvre, Pariġi.