SlideShare a Scribd company logo
1 of 3
Download to read offline
LILL-INSARA-KATTOLIĊI FIN-NAXXAR (103)
(Is-Sibt 1 ta’ Marzu 2014)
Dejjiema – Kortesija – Essenzjal
Għeżież,
TEĦDUX QATGĦA BIT-TUL! Inħoss iżda li d-djalogu li l-Papa Franġisku għamel ma’
madwar 30,000 koppja għarajjes fi Pjazza San Pietru f’ Valentine’s Day - inwasslilkom kemm
nista’ minnu għax żgur li jkun ta’ ġid mhux biss għal dawk li se jiżżewġu iżda anke għal dawk li
issa ilhom is-snin mizżżewġin. Tliet koppji għamlu mistoqsijiet lill-Papa – mistoqsijiet li kull
koppja tagħmel illum - u dan, irrispondihom bil-mod sempliċi, prattiku u ħelu tiegħu. Kif se
taraw, għandu stil mexxej ħafna; Aqrawh ftit ftit. Se nagħtikom xi punti minn dan id-djaolgu li
deher fl-Osservatore Romano.

IL-BIŻA’ MINN RABTA DEJJIEMA
1.

Nicholas u Maria Alexia minn Ġibilta’ għamlulu din il-mistoqsija: “Santita’, ħafna,
illum, jaħsbu li l-fedelta’ dejjiema hi sfida kbira; ħafna jaħsbu li l-esperjenza li tgħix
flimkien tista’ tkun waħda sabiħa, issaħħrek, imma hi difficli, anke impossibli.
Nixtiequk iddawwalna dwar dan”.

Papa Franġisku: “Iva, huwa tajjeb li ssaqsu lilkom infuskom jekk hux verament possibli tħobbu
lil xulxin għal dejjem. Illum, ħafna nies jibżgħu jagħmlu deċiżjonijiet definittivi. Dan il-biża’
ġej mill-kultura ta’ żmienna. Li tieħu deċiżjonijiet għal għomrok jidher li hu impossibli. Illum
kollox jinbidel malajr, xejn ma jżomm fit-tul... Dan iwassalkom biex tgħidu: “Aħna nibqgħu
flimkien sakemm l-imħabba tibqa” u mbaghad? Ciao u narak aktar tard... u hekk jispiċċa żżwieġ. Imma x’nifhmu b’imħabba? Hija biss ġibda, sentiment? Ċertament, jekk hi biss dan,
allura żgur li ma nistgħu nibnu fuq xejn li hu solidu. Imma jekk hi relazzjoni, allura din trid
tinbena flimkien bħad-dar tagħkom, tibnuha flimkien mhux it-tnejn għal raskom. Titteħdux mill“kultura tal-proviżorju”, tat-temporanju. Din hi kultura li qed tinvadina. Dan mhux sew.
Nikkuraw dan il-biża ġurnata b’ġurnata,
billi nafdaw lilna nfusna lill-Mulej
Ġesu’ f’ħajja li ssir vjaġġ spiritwali ta’
kuljum, pass wara l-ieħor – passi żgħar,
passi li fihom nikbru flimkien. Il-kelma
għal dejjem mhix biss kwistjoni ta’
żmien. Żwieġ ma jkunx suċċess għax
sempliċiment itul fiż-żmien. Il-kwalita’
hi neċessarja. Li tibqa’ flimkien u li
tkun taf kif tħobb lil xulxin għal dejjem
hija l-isfida għall-koppji nsara”.
LI NGĦIXU FLIMKIEN – STIL TA’ ĦAJJA
2.

Stefano u Valentina mibb Ciociara staqsewh hekk: “Il-ħajja flimkien hi sabiħa,
tagħtina l-ferħ u s-sostenn. Imma din hi sfida li nħabbtu wiċċna magħha ta’ kuljum.
Nemmnu li rridu nitgħallmu nħobbu lil xulxin. Hemm “stil” ta’ ħajja bħala koppja,
spiritwalita’, li ta’ kuljum jeħtieġ li ngħixu. Tista’ tgħinna dwar dan, Santita’”?

Papa Franġisku: “Li tgħixu flimkien hi arti. Hi mixja paċenzjuża, sabiħa u affaxxinanti. Ma
tintemmx malli intom tirbħu lil xulxin bl-imħabba... Iżda tinstab hemm minn fejn tkun bdiet!
Din il-mixja ta’ kuljum għandha xi ftit regoli li jien niġborhom fi tliet frażijet u li ġieli
rrepetejthom lill-familji: “Nista?, “Grazzi” u “Skużani”.

(a) Nista?: Dan hu l-mod kif aħna nidħlu filħajja ta’ ħaddieħor b’rispett u attenzjoni.
Irridu nitgħallmu nsqasu: “Nista’ nagħmel
hekk?” “Trid li aħna nagħmlu hekk”?
“Trid li nedukaw lil uliedna b’dan il-mod?”
“Trid li noħorġu llejla?” Fi ftit kliem, li
titlob permess ifisser li tkun taf tidħol filħajja tal-oħrajn bil-kortesija.
Għatu
attenzjoni għal dan. Mhux faċli anzi, mhu
faċli xejn. Ġieli l-manjieri huma neqsin
għal kollox. L-imħabba vera ma timponix
lilha nfisha b’mod aħrax u aggressiv. Ilkortesija tkebbes l-imħabba. U fid-dinja
tallum, li ħafna drabi hi vjolenti u arroganti,
tant hemm ħtiega ta’ din il-kortesija. U din
tista’ tibda d-dar.
(b) Grazzi: Tidher tant faċli din il-kelma imma nafu li mhix! U tant hi importanti!
Ngħallmuha lil uliedna imma mbagħad aħna ma nużawhiex... Il-gratitudni hi sentiment
importanti. Fir-relazzjoni tagħkom bħala koppja, tajjeb tagħrfu li l-ieħor jew l-oħra huma
rigal minn Alla – u għar-rigali ta’ Alla aħ na ngħidu “grazzi” – jeħtieġ dejjem
nirringrazzjawh għalihom. Din mhix kelma li nużawha mal-barranin biex nidhru li
għandna l-manjieri. Jeħtieġ li tgħiduha lil xulxin biex tibqgħu mexjin ‘il quddiem filħajja miżżewġa tagħkom.
(c) Skużani: Fil-ħajja niżbaljaw ta’ spiss. Ilkoll kemm aħna. Stenna, forsi hawn xi ħadd
hawn li qatt ma żbalja? Għollu jdejkom ħa nara! Forsi ma tgħaddix ġurnata mingħajr ma
nagħmlu xi żball. Għalhekk għandna bżonn ngħidu kontinwament il-kelma skużani.
Ħafna drabi aħna nkunu lesti li nakkużaw lil oħrajn u niġġustifikaw lilna nfusna. Ħarsu
lejn l-istorja ta’ Adam li jakkuża lil martu talli tatu jiekol mil-frotta! Nakkużaw lill-ieħor
jew lill-oħra biex nevitaw ngħidu skużani, aħfirli... Hija storja antika! Dan minn dejjem
kien l-għerq ta’ ħafna nkwiet. Ejjew nagħrfu l-iżbalji tagħna u nitolbu maħfra għalihom.
“Aħfirli jekk illum għollejt leħni”: “Skużani jekk għaddejt minn ħdejk mingħajr ma
sellimtlek”; “Skużani jekk kont tard”; “Jiddispjaċini li kont irrabjat u weħilt int miegħi”;
“Skużani jekk kont tard”; “Skużani jekk tkellimt ħafna jien mingħajr ma smajt lilek”; .
B’dan il-mod ukoll il-familja nisranija tikber. Ilkoll nafu li l-familja perfetta ma teżistix,
lanqas ir-raġel perfett jew il-mara perfetta... Huwa normali li raġel u mara jiġġieldu.
Tistgħu tiġġieldu, itiru l-platti, imma tħallu qatt ix-xemx tinżel mingħajr ma tagħmlu
paċi. Qatt, qatt u qatt! Dan hu sigriet biex iżżommu l-paċi bejnietkom. Tħallux ilġurnata tgħaddi mingħajr ma tirranġaw għax l-għada dak li hemm ġo fikom jiksaħ u
jibbies aktar b’tali mod li jkun aktar diffiċli biex tirranġaw”.

IL-MOD KIF NIĊĊELEBRAW IT-TIEĠ TAGĦNA
3.

L-aħħar mistoqsija għamluha Miriam u Marco, koppja żagħżugħa minn Massa
Carrara, “Santita’, f’dawn ix-xhur qed nippreparaw għat-tieġ tagħna. Tista’
tagħtina xi pariri dwar il-mod kif għandna niċċelebraw it-tieg tagħna sew?”

Papa Franġisku: “Għamluh ċelebrazzjoni ta’ veru – għax iż-żwieġ huwa ċelebrazzjoni – iżda
waħda Nisranija mhux tad-dinja! Tiftakruh it-tieġ ta’ Kana fejn Ġesu’ kien preżenti? F’xi ħin
ma kienx hemm aktar inbid u l-festa dehret li se tispiċċa fix-xejn. Immaġinaw tixrob it-te’ fi
tmiem il-festa! Le, dan ma setax ikun! M’hemmx festa mingħajr inbid! Dak li ġara elfejn sena
ilu f’dak it-tieġ jiġri llum ukoll: dak li jagħmel iż-żwieġ tagħkom sħiħ u tassew hi l-preżenza talMulej li juri lilu nnifsu u jagħtikom “il-grazzja” tiegħu. Hija l-preżenza tiegħu li toffrilkom “linbid it-tajjeb”; huwa s-sigriet tal-ferħ sħiħ, dak li tassew isaħħan il-qlub. Fl-istess ħin, iżda,
huwa importanti li t-tieġ tagħkom ikun sempliċi u tagħmlu emfasi fuq dak li hu l-aktar essenzjali.
Uħud ikunu aktar attenti għad-dettalji esterjuri, bir-riċeviment, ir-ritratti, l-ilbies, il-fjuri... Dawn
huma importanti għaċ-ċelebrazzjoni, imma biss jekk jesprimu r-raġuni vera tal-ferħ tagħkom: ilbarka tal-Mulej fuq l-imħabba tagħkom. Għamlu hekk,
sabiex bħall-inbid ta’ Kana, dawn is-sinjali esterjuri taċċelebrazzjoni juru l-preżenza tal-Mulej u jfakkru lilkom u
‘l dawk kollha preżenti dwar ir-raġuni tal-ferħ tagħkom”.

BIDU TAR-RANDAN IMQADDES. Nhar l-Erbgha
nagħtu bidu għal dan iż-żmien importanti. Dan mhux
żmien ta’ rmied u sawm biss iżda żmien li jekk neħduh
bis-serjeta’ jġib bidla fl-attitudnijiet tagħna. Nhar lErbgħa li ġej ejjew ninġabru għall-pellegrinaġġ
penitenzjali fis-6.00pm u wara ningħaqdu għallkonċelebrazzjoni fil-knisja parrokkjali ħalli nimpenjaw
ruħna biex dan iż-żmien ikun żmien ta’ konverżjoni
sinċiera. Segwu wkoll il-programm Merżuq fuq l-RTK, itTlieta li ġej fit-8.30pm bl-istess tema. Ir-Randan ittajjeb!
Dun Evan – Arċipriet

bambinanaxxar@gmail.com

Website tal-Parroċċa: www.bambinanaxxar.org
Paġna fuq Facebook: Parroċċa Marija Bambina Naxxar

More Related Content

More from zamchar

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26zamchar
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22zamchar
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruanazamchar
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014zamchar
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014zamchar
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014zamchar
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014zamchar
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014zamchar
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3zamchar
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013zamchar
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013zamchar
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013zamchar
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013zamchar
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013zamchar
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidizamchar
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2zamchar
 
Nieqa nov 2013 p1
Nieqa nov 2013 p1Nieqa nov 2013 p1
Nieqa nov 2013 p1zamchar
 
Nieqa nov 2013 p 4
Nieqa nov 2013 p 4Nieqa nov 2013 p 4
Nieqa nov 2013 p 4zamchar
 

More from zamchar (20)

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidi
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2
 
Nieqa nov 2013 p1
Nieqa nov 2013 p1Nieqa nov 2013 p1
Nieqa nov 2013 p1
 
Nieqa nov 2013 p 4
Nieqa nov 2013 p 4Nieqa nov 2013 p 4
Nieqa nov 2013 p 4
 

Insara katt 1 marzu 2014

  • 1. LILL-INSARA-KATTOLIĊI FIN-NAXXAR (103) (Is-Sibt 1 ta’ Marzu 2014) Dejjiema – Kortesija – Essenzjal Għeżież, TEĦDUX QATGĦA BIT-TUL! Inħoss iżda li d-djalogu li l-Papa Franġisku għamel ma’ madwar 30,000 koppja għarajjes fi Pjazza San Pietru f’ Valentine’s Day - inwasslilkom kemm nista’ minnu għax żgur li jkun ta’ ġid mhux biss għal dawk li se jiżżewġu iżda anke għal dawk li issa ilhom is-snin mizżżewġin. Tliet koppji għamlu mistoqsijiet lill-Papa – mistoqsijiet li kull koppja tagħmel illum - u dan, irrispondihom bil-mod sempliċi, prattiku u ħelu tiegħu. Kif se taraw, għandu stil mexxej ħafna; Aqrawh ftit ftit. Se nagħtikom xi punti minn dan id-djaolgu li deher fl-Osservatore Romano. IL-BIŻA’ MINN RABTA DEJJIEMA 1. Nicholas u Maria Alexia minn Ġibilta’ għamlulu din il-mistoqsija: “Santita’, ħafna, illum, jaħsbu li l-fedelta’ dejjiema hi sfida kbira; ħafna jaħsbu li l-esperjenza li tgħix flimkien tista’ tkun waħda sabiħa, issaħħrek, imma hi difficli, anke impossibli. Nixtiequk iddawwalna dwar dan”. Papa Franġisku: “Iva, huwa tajjeb li ssaqsu lilkom infuskom jekk hux verament possibli tħobbu lil xulxin għal dejjem. Illum, ħafna nies jibżgħu jagħmlu deċiżjonijiet definittivi. Dan il-biża’ ġej mill-kultura ta’ żmienna. Li tieħu deċiżjonijiet għal għomrok jidher li hu impossibli. Illum kollox jinbidel malajr, xejn ma jżomm fit-tul... Dan iwassalkom biex tgħidu: “Aħna nibqgħu flimkien sakemm l-imħabba tibqa” u mbaghad? Ciao u narak aktar tard... u hekk jispiċċa żżwieġ. Imma x’nifhmu b’imħabba? Hija biss ġibda, sentiment? Ċertament, jekk hi biss dan, allura żgur li ma nistgħu nibnu fuq xejn li hu solidu. Imma jekk hi relazzjoni, allura din trid tinbena flimkien bħad-dar tagħkom, tibnuha flimkien mhux it-tnejn għal raskom. Titteħdux mill“kultura tal-proviżorju”, tat-temporanju. Din hi kultura li qed tinvadina. Dan mhux sew. Nikkuraw dan il-biża ġurnata b’ġurnata, billi nafdaw lilna nfusna lill-Mulej Ġesu’ f’ħajja li ssir vjaġġ spiritwali ta’ kuljum, pass wara l-ieħor – passi żgħar, passi li fihom nikbru flimkien. Il-kelma għal dejjem mhix biss kwistjoni ta’ żmien. Żwieġ ma jkunx suċċess għax sempliċiment itul fiż-żmien. Il-kwalita’ hi neċessarja. Li tibqa’ flimkien u li tkun taf kif tħobb lil xulxin għal dejjem hija l-isfida għall-koppji nsara”.
  • 2. LI NGĦIXU FLIMKIEN – STIL TA’ ĦAJJA 2. Stefano u Valentina mibb Ciociara staqsewh hekk: “Il-ħajja flimkien hi sabiħa, tagħtina l-ferħ u s-sostenn. Imma din hi sfida li nħabbtu wiċċna magħha ta’ kuljum. Nemmnu li rridu nitgħallmu nħobbu lil xulxin. Hemm “stil” ta’ ħajja bħala koppja, spiritwalita’, li ta’ kuljum jeħtieġ li ngħixu. Tista’ tgħinna dwar dan, Santita’”? Papa Franġisku: “Li tgħixu flimkien hi arti. Hi mixja paċenzjuża, sabiħa u affaxxinanti. Ma tintemmx malli intom tirbħu lil xulxin bl-imħabba... Iżda tinstab hemm minn fejn tkun bdiet! Din il-mixja ta’ kuljum għandha xi ftit regoli li jien niġborhom fi tliet frażijet u li ġieli rrepetejthom lill-familji: “Nista?, “Grazzi” u “Skużani”. (a) Nista?: Dan hu l-mod kif aħna nidħlu filħajja ta’ ħaddieħor b’rispett u attenzjoni. Irridu nitgħallmu nsqasu: “Nista’ nagħmel hekk?” “Trid li aħna nagħmlu hekk”? “Trid li nedukaw lil uliedna b’dan il-mod?” “Trid li noħorġu llejla?” Fi ftit kliem, li titlob permess ifisser li tkun taf tidħol filħajja tal-oħrajn bil-kortesija. Għatu attenzjoni għal dan. Mhux faċli anzi, mhu faċli xejn. Ġieli l-manjieri huma neqsin għal kollox. L-imħabba vera ma timponix lilha nfisha b’mod aħrax u aggressiv. Ilkortesija tkebbes l-imħabba. U fid-dinja tallum, li ħafna drabi hi vjolenti u arroganti, tant hemm ħtiega ta’ din il-kortesija. U din tista’ tibda d-dar. (b) Grazzi: Tidher tant faċli din il-kelma imma nafu li mhix! U tant hi importanti! Ngħallmuha lil uliedna imma mbagħad aħna ma nużawhiex... Il-gratitudni hi sentiment importanti. Fir-relazzjoni tagħkom bħala koppja, tajjeb tagħrfu li l-ieħor jew l-oħra huma rigal minn Alla – u għar-rigali ta’ Alla aħ na ngħidu “grazzi” – jeħtieġ dejjem nirringrazzjawh għalihom. Din mhix kelma li nużawha mal-barranin biex nidhru li għandna l-manjieri. Jeħtieġ li tgħiduha lil xulxin biex tibqgħu mexjin ‘il quddiem filħajja miżżewġa tagħkom. (c) Skużani: Fil-ħajja niżbaljaw ta’ spiss. Ilkoll kemm aħna. Stenna, forsi hawn xi ħadd hawn li qatt ma żbalja? Għollu jdejkom ħa nara! Forsi ma tgħaddix ġurnata mingħajr ma nagħmlu xi żball. Għalhekk għandna bżonn ngħidu kontinwament il-kelma skużani. Ħafna drabi aħna nkunu lesti li nakkużaw lil oħrajn u niġġustifikaw lilna nfusna. Ħarsu lejn l-istorja ta’ Adam li jakkuża lil martu talli tatu jiekol mil-frotta! Nakkużaw lill-ieħor jew lill-oħra biex nevitaw ngħidu skużani, aħfirli... Hija storja antika! Dan minn dejjem kien l-għerq ta’ ħafna nkwiet. Ejjew nagħrfu l-iżbalji tagħna u nitolbu maħfra għalihom. “Aħfirli jekk illum għollejt leħni”: “Skużani jekk għaddejt minn ħdejk mingħajr ma sellimtlek”; “Skużani jekk kont tard”; “Jiddispjaċini li kont irrabjat u weħilt int miegħi”;
  • 3. “Skużani jekk kont tard”; “Skużani jekk tkellimt ħafna jien mingħajr ma smajt lilek”; . B’dan il-mod ukoll il-familja nisranija tikber. Ilkoll nafu li l-familja perfetta ma teżistix, lanqas ir-raġel perfett jew il-mara perfetta... Huwa normali li raġel u mara jiġġieldu. Tistgħu tiġġieldu, itiru l-platti, imma tħallu qatt ix-xemx tinżel mingħajr ma tagħmlu paċi. Qatt, qatt u qatt! Dan hu sigriet biex iżżommu l-paċi bejnietkom. Tħallux ilġurnata tgħaddi mingħajr ma tirranġaw għax l-għada dak li hemm ġo fikom jiksaħ u jibbies aktar b’tali mod li jkun aktar diffiċli biex tirranġaw”. IL-MOD KIF NIĊĊELEBRAW IT-TIEĠ TAGĦNA 3. L-aħħar mistoqsija għamluha Miriam u Marco, koppja żagħżugħa minn Massa Carrara, “Santita’, f’dawn ix-xhur qed nippreparaw għat-tieġ tagħna. Tista’ tagħtina xi pariri dwar il-mod kif għandna niċċelebraw it-tieg tagħna sew?” Papa Franġisku: “Għamluh ċelebrazzjoni ta’ veru – għax iż-żwieġ huwa ċelebrazzjoni – iżda waħda Nisranija mhux tad-dinja! Tiftakruh it-tieġ ta’ Kana fejn Ġesu’ kien preżenti? F’xi ħin ma kienx hemm aktar inbid u l-festa dehret li se tispiċċa fix-xejn. Immaġinaw tixrob it-te’ fi tmiem il-festa! Le, dan ma setax ikun! M’hemmx festa mingħajr inbid! Dak li ġara elfejn sena ilu f’dak it-tieġ jiġri llum ukoll: dak li jagħmel iż-żwieġ tagħkom sħiħ u tassew hi l-preżenza talMulej li juri lilu nnifsu u jagħtikom “il-grazzja” tiegħu. Hija l-preżenza tiegħu li toffrilkom “linbid it-tajjeb”; huwa s-sigriet tal-ferħ sħiħ, dak li tassew isaħħan il-qlub. Fl-istess ħin, iżda, huwa importanti li t-tieġ tagħkom ikun sempliċi u tagħmlu emfasi fuq dak li hu l-aktar essenzjali. Uħud ikunu aktar attenti għad-dettalji esterjuri, bir-riċeviment, ir-ritratti, l-ilbies, il-fjuri... Dawn huma importanti għaċ-ċelebrazzjoni, imma biss jekk jesprimu r-raġuni vera tal-ferħ tagħkom: ilbarka tal-Mulej fuq l-imħabba tagħkom. Għamlu hekk, sabiex bħall-inbid ta’ Kana, dawn is-sinjali esterjuri taċċelebrazzjoni juru l-preżenza tal-Mulej u jfakkru lilkom u ‘l dawk kollha preżenti dwar ir-raġuni tal-ferħ tagħkom”. BIDU TAR-RANDAN IMQADDES. Nhar l-Erbgha nagħtu bidu għal dan iż-żmien importanti. Dan mhux żmien ta’ rmied u sawm biss iżda żmien li jekk neħduh bis-serjeta’ jġib bidla fl-attitudnijiet tagħna. Nhar lErbgħa li ġej ejjew ninġabru għall-pellegrinaġġ penitenzjali fis-6.00pm u wara ningħaqdu għallkonċelebrazzjoni fil-knisja parrokkjali ħalli nimpenjaw ruħna biex dan iż-żmien ikun żmien ta’ konverżjoni sinċiera. Segwu wkoll il-programm Merżuq fuq l-RTK, itTlieta li ġej fit-8.30pm bl-istess tema. Ir-Randan ittajjeb! Dun Evan – Arċipriet bambinanaxxar@gmail.com Website tal-Parroċċa: www.bambinanaxxar.org Paġna fuq Facebook: Parroċċa Marija Bambina Naxxar