Ġrajjiet il-
Milidijiet
L-Arkanġlu San Gabrijel
Merħba! Jien l-Anġlu Gabrijel.
Ġejt liebes hekk ... ta’ anġlu ... biex
żgur tagħrfuni, għax aħna l-anġli
mhux dejjem nilbsu hekk. Ġieli
nilbsu jeans jew xi suit biex nidhru
normali bħan-nies. Min jaf kemm
hawn anġli fostkom u lanqas biss
qed tindunaw bihom!
Jaqbel li nibdlu d-dehra tagħna,
għax kif taraw xi wieħed bl-ilbies
oriġinali tiegħu, malajr titwerwru.
Ilna naqdu lil Alla għal
ħafna u ħafna snin,
eżattament mill-BIDU u sa
mill-eternita’.
Xogħolna jvarja ħafna.
Inkantaw, ngħaqdu xi
missjoni jew inwasslu xi
messaġġi importanti,
nipproteġu lill-bnedmin u
xi ġlieda mal-għadu ma
tonqosx.
Min hu dan l-għadu? Ħadd
ħlief dak li xi darba kien
anġlu mill-isbaħ. L-anġlu
tad-dawl ... Luċifru.
Wara li ħadha kontra
Alla, għamel minn
kollox biex iwaqqa’ fid-
dnub lill-ewwel
bnedmin ... u ħa
ngħidilkom ... irnexxielu
... ara fiex ġabkhom
issa!! (Jirrabja).
Iżda l-imħabba t’Alla
hija infinita. Tant hi
infinita’ li bagħat lil
Ibnu stess biex
isalvakom ... u hawn hu
fejn nidħol jien.
Jien kont dak li ħabbart
lil Marija li kien ser
ikollha iben. Għadni
niftakarha ċara daqs il-
kristall, dik il-ġurnata ...
kien il-25 ta’ Marzu tal-
ewwel sena li bdejna
nikkalkulaw is-snin ...
Tfajla ħelwa ta’ sittax-il
sena kienet qed
tiżbarazza l-mejda wara
l-ikla ta’ nofsinhar. Mur
għidilha kif kont ser
inbidlilha ħajjitha ta’ taħt
fuq ... mhux tagħha biss,
iżda tagħkom ukoll.
Miskina kemm kienet beżgħet.
Lanqas naf kemm il-platt
kissret. Iżda meta kkalmat
għaddejtilha l-messaġġ li kien
ser ikollha iben. Ma setgħetx
tifhem. Jien għidtlU li tifla ta’
sittax-il sena mhux ser tifhem
dal-messaġġ ... iżda Hu qalli li
kien jaf x’kien qed jagħmel ...
u veru e, kellu raġun!!
Aċċettat din l-aħbar bl-akbar
ubbidjenza allavolja ma kinitx
fehmet ... iżda la kienet taf li
ġejja minn għand Alla ...
aċċettat b’għajnejha
magħluqa.
Għalkemm kienet
ħaġa mill-isbaħ li Alla
jibgħat lil ibnu fid-
dinja ... aħna l-anġli
konna mdejqin.
Konna mdejqin għax
konna nafu minn
xiex irid jgħaddi dan
it-tifel biex jaqdi l-
missjoni tiegħu. Iżda
din id-dieqa malajr
inbidlet f’għaġeb
meta rrealizzajna
x’kellu jkun ir-riżultat
ta’ din it-tbatija.
Dakinhar li twieled kont
werwirt lil xi rgħajja li kienu
miġburin fuq il-ħaxix jirgħu
in-nagħaġ tagħhom.
Tajthom l-aħbar u bi prova
g]idtilhom li kellhom issibu
tarbija, ehe, lill-Bambin..u
huma marru jiġru jqimuh.
Nies sempliċi, midinbin u
mwarrbin minn kulħadd ...
Alla għażel li jkunu huma l-
ewwel nies li jaraw lil Ibnu.
In-nies ta’ rieda tajba!
GLORJA ‘L ALLA FL-GĦOLI
TAS-SMEWWIET U PAĊI FL-
ART LILL-BNEDMIN TA’
RIEDA TAJBA
San Ġużepp
Jien Ġużeppi l-
mastrudaxxa. Ommi u
missieri semmewni
għal wieħed mill-eroj
tagħna ... Ġużeppi t-
tifel ta’ Ġakobb ... dak
li ħutu bijugħ lill-
karavana li kienet
sejra l-Eġittu. Ommi u
missieri, semmewni
għalih għax dejjem
xtaqu li jkollhom tifel
li jkun eroj.
Noqgħod ġewwa
Nażżaret, imma
kelli niġi f’raħal
twelidi, Betlehem,
biex ninkiteb fiċ-
ċensiment. Kienet
triq veru diffiċli ... u
wara l-ħsibijiet u t-
taħwid u l-ħolm li
għaddejt minnu, l-
inqas ħaġa li kelli
aptit kienet din it-
triq twila.
Ħa nibdielkom l-istorja mill-bidu. Wara ħafna snin ta’ ħidma, kont
ġemmajt ftit flus mhux ħażin biex inkun nista’ nibda familja.
Ġwakkin, missier Marija, ra li jien kont ngħodd ħafna għal bintu u
laqqagħna flimkien. Mal-ewwel bdejna bil-preparament għat-tieġ
... iżda mal-ewwel inqala l-inkwiet. Marija ħarġet tqila!
Kieku tafu kif ħassejtni ...
dwejjjaaaqq .... rabja. Bdejt
ninkwieta li n-nies
jindunaw u jħaġġruha. Iżda
f’dan id-disprament kollu
deherli l-anġlu Gabrijel
f’ħolma u spjegali kollox.
Qalli li dak it-tifel li Marija
kienet qed iġġorr ġewwa
fiha, kellu jkun wieħed
speċjali. Kellu jkun l-Iben
t’Alla stess. Il-Messija li
tant profeti semmew, li
tant konna ilna nistennew.
Dak li kellu jsalvana!
U jien, raġel sempliċi u fqir kelli nkun il-missier
putattiv tiegħu. Dik responsabbilta’ u dik biża’ li
qabditni. Iżda kont ferħan se ntir. X’jista jiġrilek
aħjar milli tieħu ħsieb l-Iben t’Alla nnifsu u lil dik li
ġabitu fid-dinja. Ix-xewqa ta’ ommi u missieri, Alla
jaħfrilhom ... saret realta’.
L-Anġlu qalli li kellna nsemmuh Ġesu!!
Ir-Ragħaj
Bħal ma forsi qed tindunaw jien ragħaj ... minn
Betlehem. U ragħaj tajjeb tafux ... mhux xi wieħed
tal-ħabba gozz. Jien nieħu ħsieb ‘l dawk in-nagħaġ li
jkunu se jiġu offruti bħala sagrifiċċju fit-tempju.
Mhux ragħaj tajjeb trid tkun biex tirgħa dawn it-tip ta’
nagħaġ? Barra minn hekk, ir-re David, li ġej minn dil-
Belt, kien ragħaj ukoll, qabel ma sar re.
Kemm ngħid ux? Heqq,
imma ttuni xi tort? Lilna
r-ragħajja kulħadd jarana
bħala nies ġejjin mill-
qiegħ tas-soċjeta’ jew
minn wara l-muntanji. Le
stenn, aħna fil-muntanji
u l-għoljiet inkunu ... din
ma qabillix ngħidha.
Insomma, kif kont qed
ngħid, lilna jgħajruna li
nintnu, li aħna ħallelin u
injoranti daqs in-nagħaġ
li nirgħu.
Imma ħa ngħidilkom din
ta’ ... f’dak il-lejl li seħħet
dik id-dehra la kien hemm
rejiet, la kien hemm Prim
Ministri, la kien hemm
Membri Parlamentari, la
kien hemm qassisin kbar
u l-ebda persuna li
tagħmel parti minn xi
grupp ta’ rjus kbar! Iżda
kien hemm aħna, dawk
tal-qiegħ tas-soċjeta’,
dawk ta’ wara l-muntanji!
Ħa nirrakkuntalkom eżatt x’ġara. Mela konna fuq l-għoljiet, miġburin,
meta f’daqqa waħda rajna dawl qawwi. Qawwi aktar mix-xemx ta’
filgħodu. Bżajna u twerwirna. Minn ġo dan id-dawl ħareġ ħoss li malajr
inbidel fil-vuċi ħelwa tal-Anġlu li beda jgħidilna: Tibżgħux, għax araw,
qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum,
fil-belt ta' David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, l-Mulej. U bħala
sinjal ikollkom dan: issibu tarbija mfisqija u mimduda f'maxtura.
F'daqqa waħda ngħaqdu
ma' l-anġlu għadd kbir ta'
qtajja' tas-sema, jfaħħru
lil Alla u jgħidu:
"Glorja lil Alla fl-ogħla
tas-smewwiet,
u sliem fl-art lill-bnedmin
li jogħġbu lilu!"
Kif smajna dan, qbadna u tlaqna niġru lejn l-għar.
Konna veru eċitati. Kif wasalna, sibna kollox bl-eżatt kif
kien qalilna l-anġlu. Il-ferħ li ħassejt dak il-ħin kien
indeskrivibbli. Konna għadna kif rajna l-anġli. Qalulna li
kellu jitwieled il-Messija s-Salvatur. Qalu lilna l-ewwel!
Imbagħad rajnieh b’għajnejna stess. Mhux hekk biss,
twieled għand familja fqira bħalna ... ġo għar!!!
Il-Maġi
Ġejjin mil-Lvant. Fil-presepju dejjem
ipoġġuna l-bogħod, iżda maż-żmien
naslu viċin tal-grotta u eżatt qabel ma
jżarmawha ... jdaħħluna ġo fiha.
Imma kemm qed inħossni li bdejt l-
istorja minn denbha. Ħa nibda mill-
bidu. L-istorja tgħid li konna tlieta,
Baldassar, Melkjor u Kaspar. Ma aħniex
rejiet u lanqas nies li nagħmlu xi tip ta’
maġija. Aħna nosservaw l-istilel ... l-
istilel li ħalaq għalina, Alla l-imbierek.
Stilel li 2010 snin ilu wasslu messaġġ ...
mhux messaġġ bħal ma jwasslulna l-
istilel tal-oroskopju, iżda messaġġ li
Alla bagħat lil Ibnu għan-nies tad-dinja
kollha. Taħsbu li b’kumbinazzjoni il-
karnaġġon tat-tlieta li aħna huwa
differenti? Le tafux.
Dak juri li Kristu, ġie biex isalva
lil kulħadd, din hi dik li nsejħu
Epifanija, li daqt niċċelebrawha.
Kulħadd għandu ċ-ċans għall-
ħajja ta’ dejjem. Iżda t-triq mhix
faċli, bħal ma kinitx faċli t-triq
għalina biex wasalna sa ħdejh.
Imma l-ferħ li ħassejna x’ħin
rajnieh, ma nistax niddeskrivih
bil-kliem. Kienet għażla għaqlija
li nimxu wara dik il-kewkba fis-
sema!
Kif waslna u sibna li dan ir-
Re li kellu jitwieled qiegħed
f’maxtura stagħġibna mhux
ftit, imma hemm fihmna li
dan is-Sultan kellu jkun il-
Veru Re ta’ Alla u mhux tal-
lewn id-dinja, għalhekk fil-
pront qbadna u ħriġna r-
rigali li ħejjejna għalih:
Baltazar offrilu Deheb għar-
Re tar-Rejiet, Melkjor tah
Inċens, bħala s-Saċerdot
tas-saċerdoti u jien Gaspar
tajtu l-Mirra bħala l-Og]la
Sagriffiċċju. Hekk ħassejna
dakinhar li kellna
nipprżentawlu u ż-żmien
urina li ma konnix żbaljajna.
Issa jmiss li intom
tkomplu din l-għażla li
aħna għamilna 20 seklu
ilu ... komplu imxu wara
Kristu u ħalluh ikun Hu
l-kewkba ta’ ħajjitkom,
komplu offrulu r-rigal li
tagħkom, offrulu
ħajjitkom l-aqwa rigal li
nistgħu nagħtuh bħalma
hu ta ħajtu għalina!
San Franġisk
Kienet is-sena 1223.
Kont fi triqti lejn
Greccio biex
niċċelebra l-Milied
hemmhekk. Greccio
huwa raħal żgħir,
iżda il-kappella fejn
kella ssir il-quddiesa
ma kinitx kbira
biżżejjed għan-nies li
kienu ser jattendu.
Għalhekk sibt għar
viċin il-pjazza tar-
raħal u ippreparajt
artal hemmhekk.
Tliet snin qabel il-
mewt tiegħi,
iddeċidejt li fil-Milied
li tant inħobb,
nagħmel xi ħaġa
differenti minn tas-
soltu. Staqsejt lill-
isqof tal-inħawi biex
inkun nista’ nagħmel
xena tan-nattivita’
waqt il-quddiesa. Kif
tani l-permess, rajt
kif għamilt u ġibt
maxtura, ftit tiben ,
baqra u ħmara wkoll.
Dak il-lejl kien wieħed mill-isbaħ. In-nies ġew
b’purċissjoni bl-imsiebaħ f’idejhom, ikantaw is-
salmi ta’ tifħir lil Alla, kienet mixgħela waħda!
Jien qgħadt għarkubtejja quddiem il-maxtura,
b’għajnejja jgħumu fid-dmugħ ta’ ferħ. Kantajt l-
evanġelju u wara ippriedkajt lill-miġemgħa. Tant
kont f’estasi ta’ ferħ li ma stajtx insemmi isem
sidna ... bdejt insejjaħlu It-Tarbija ta’
Beeeeetlehem.
Waqt li kont hemm,
f’dik il-paċi, f’dik ‘l
hena, bħal donni
kont qed nara lit-
Tarbija ta’
Beeeetlehem
f’idejja. Ġanni, minn
Greccio jista’ jixhed
għal dan. Barra
minn hekk it-tiben
tal-maxtura wara li
għadda kollox,
għamel ħafna
mirakli ukoll.
L-istorja ta’ Sidna
ilha li ġrat 2010 snin
... Jien ħallejtilkom
tifkira biex tiftakru
f’dak il-lejl qaddis; it-
tifkira tal-Presepju;
meta l-Kelma saret
Bniedem u Għammar
fostna.
Għannqu lit-Tarbija
ta’ Betlehem bħal ma
jien għannaqtu f’dak
il-lejl ġewwa Grecio.
San Ġorġ Preca
Qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħi li nibda dimostrazzjoni nazzjonali. Iżda
llum nieħu pjaċir li d-dimostrazzjoni li bdiet 86 sena ilu, għada ħajja f’kull
belt u raħal f’Malta. Ħa ngħidilkom eżatt kif ġraw il-fatti.
Il-Milied għalija hija festa mill-isbaħ u mill-aktar għal qalbi.
L-għażiża ommi kien jisimha Natalina ... kienet imsemmija għall-Milied.
Fil-Magħmudija tiegħi ingħatajt ukoll l-isem ta’ Emmanuel, li tfisser “Alla
magħna”.
Mhux hekk biss, iżda wara marda fil-pulmun fl-1906, ġejt
ordnat saċerdot fit-22 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena.
Tista’ taħseb x’ferħ ħassejt dakinhar, wara dak il-qtugħ ta’
qalb kollu. Iżda kemm kont aktar ferħan nhar il-25 ta’
Diċembru, tlett ijiem wara, meta qaddist l-ewwel quddies
tiegħi fil-knisja ta’ San Gejtanu.
Ħaġa oħra; Il-kliem:
Verbum Dei Caro
Factum Est. Kliem li
jaffaxinnawni; kliem li
niftaħar bihom; kliem
li jfisser “Il-Verb sar
Bniedem u Għammar
Fostna”. Xtaqt li jkunu
kliem li kull membru
tas-soċjeta’ jgħożż.
Għalhekk taraw lis-
soċji u lit-tfal jilbsu il-
badge fuq sidirhom,
kliem li huwa tal-
Milied, kliem li seħħ
fil-Milied.
Kif tista’ ma tkunx tħobb il-
Milied, meta tifhem xi ħaġa
bħal din? Għalhekk xtaqt li ssir
id-dimostrazzjoni bil-Bambin
f’lejliet il-Milied, statwa tal-
Bambin ma kellix, għalhekk
Patri Franġsikan Konventwali
mill-Belt, kien sellifni tiegħu u
hekk għamilna l-ewwel
Purċissjoni tal-Milied. Ħeġġiġt
kemm flaħt ukoll, biex il-Maltin
nibdew insejħulu “il-Bambin”
għax hija kelma Bibblika u ta’
tifħir lill-Mulej Bambin! Ridt
naqsam dak kollu li kont fihmt
jien, man-nies kollha.
Biex din il-ħaġa sseħħ fit-totalita’
tagħha, xtaqt ukoll li f’kull dar
f’Malta u Għawdex ikun hemm il-
presepju. Ħeġġiġt lis-soċji biex
jibdew iqassmu grotta ċkejkna bil-
Bambin, bil-Madonna u San
Ġużepp. Din għadhom jagħmluha
sal-ġurnata tal-lum.
Kunu kburin li Alla bagħat ‘il-uniku
Iben li kellu. Mhux kbira trid tkun l-
imħabba t’Alla biex jagħmel ġest
bħal dan! Min minnha hu lest biex
jagħti lil xi ħadd minn uliedu għas-
spejjeż ta’ ħaddieħor. Trid tkun
miġnun.... Miġnun bl-imħaba lejn
dak il-proxxmu. Kif inhu Alla-li Hu
Imħabba, għalina.
Dan li jfisser it-Twelid tal-Bambin
tal-MIlied.

Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

  • 1.
  • 2.
  • 3.
    Merħba! Jien l-AnġluGabrijel. Ġejt liebes hekk ... ta’ anġlu ... biex żgur tagħrfuni, għax aħna l-anġli mhux dejjem nilbsu hekk. Ġieli nilbsu jeans jew xi suit biex nidhru normali bħan-nies. Min jaf kemm hawn anġli fostkom u lanqas biss qed tindunaw bihom! Jaqbel li nibdlu d-dehra tagħna, għax kif taraw xi wieħed bl-ilbies oriġinali tiegħu, malajr titwerwru.
  • 4.
    Ilna naqdu lilAlla għal ħafna u ħafna snin, eżattament mill-BIDU u sa mill-eternita’. Xogħolna jvarja ħafna. Inkantaw, ngħaqdu xi missjoni jew inwasslu xi messaġġi importanti, nipproteġu lill-bnedmin u xi ġlieda mal-għadu ma tonqosx. Min hu dan l-għadu? Ħadd ħlief dak li xi darba kien anġlu mill-isbaħ. L-anġlu tad-dawl ... Luċifru.
  • 5.
    Wara li ħadhakontra Alla, għamel minn kollox biex iwaqqa’ fid- dnub lill-ewwel bnedmin ... u ħa ngħidilkom ... irnexxielu ... ara fiex ġabkhom issa!! (Jirrabja). Iżda l-imħabba t’Alla hija infinita. Tant hi infinita’ li bagħat lil Ibnu stess biex isalvakom ... u hawn hu fejn nidħol jien.
  • 6.
    Jien kont dakli ħabbart lil Marija li kien ser ikollha iben. Għadni niftakarha ċara daqs il- kristall, dik il-ġurnata ... kien il-25 ta’ Marzu tal- ewwel sena li bdejna nikkalkulaw is-snin ... Tfajla ħelwa ta’ sittax-il sena kienet qed tiżbarazza l-mejda wara l-ikla ta’ nofsinhar. Mur għidilha kif kont ser inbidlilha ħajjitha ta’ taħt fuq ... mhux tagħha biss, iżda tagħkom ukoll.
  • 7.
    Miskina kemm kienetbeżgħet. Lanqas naf kemm il-platt kissret. Iżda meta kkalmat għaddejtilha l-messaġġ li kien ser ikollha iben. Ma setgħetx tifhem. Jien għidtlU li tifla ta’ sittax-il sena mhux ser tifhem dal-messaġġ ... iżda Hu qalli li kien jaf x’kien qed jagħmel ... u veru e, kellu raġun!! Aċċettat din l-aħbar bl-akbar ubbidjenza allavolja ma kinitx fehmet ... iżda la kienet taf li ġejja minn għand Alla ... aċċettat b’għajnejha magħluqa.
  • 8.
    Għalkemm kienet ħaġa mill-isbaħli Alla jibgħat lil ibnu fid- dinja ... aħna l-anġli konna mdejqin. Konna mdejqin għax konna nafu minn xiex irid jgħaddi dan it-tifel biex jaqdi l- missjoni tiegħu. Iżda din id-dieqa malajr inbidlet f’għaġeb meta rrealizzajna x’kellu jkun ir-riżultat ta’ din it-tbatija.
  • 9.
    Dakinhar li twieledkont werwirt lil xi rgħajja li kienu miġburin fuq il-ħaxix jirgħu in-nagħaġ tagħhom. Tajthom l-aħbar u bi prova g]idtilhom li kellhom issibu tarbija, ehe, lill-Bambin..u huma marru jiġru jqimuh. Nies sempliċi, midinbin u mwarrbin minn kulħadd ... Alla għażel li jkunu huma l- ewwel nies li jaraw lil Ibnu. In-nies ta’ rieda tajba! GLORJA ‘L ALLA FL-GĦOLI TAS-SMEWWIET U PAĊI FL- ART LILL-BNEDMIN TA’ RIEDA TAJBA
  • 10.
  • 11.
    Jien Ġużeppi l- mastrudaxxa.Ommi u missieri semmewni għal wieħed mill-eroj tagħna ... Ġużeppi t- tifel ta’ Ġakobb ... dak li ħutu bijugħ lill- karavana li kienet sejra l-Eġittu. Ommi u missieri, semmewni għalih għax dejjem xtaqu li jkollhom tifel li jkun eroj.
  • 12.
    Noqgħod ġewwa Nażżaret, imma kelliniġi f’raħal twelidi, Betlehem, biex ninkiteb fiċ- ċensiment. Kienet triq veru diffiċli ... u wara l-ħsibijiet u t- taħwid u l-ħolm li għaddejt minnu, l- inqas ħaġa li kelli aptit kienet din it- triq twila.
  • 13.
    Ħa nibdielkom l-istorjamill-bidu. Wara ħafna snin ta’ ħidma, kont ġemmajt ftit flus mhux ħażin biex inkun nista’ nibda familja. Ġwakkin, missier Marija, ra li jien kont ngħodd ħafna għal bintu u laqqagħna flimkien. Mal-ewwel bdejna bil-preparament għat-tieġ ... iżda mal-ewwel inqala l-inkwiet. Marija ħarġet tqila!
  • 14.
    Kieku tafu kifħassejtni ... dwejjjaaaqq .... rabja. Bdejt ninkwieta li n-nies jindunaw u jħaġġruha. Iżda f’dan id-disprament kollu deherli l-anġlu Gabrijel f’ħolma u spjegali kollox. Qalli li dak it-tifel li Marija kienet qed iġġorr ġewwa fiha, kellu jkun wieħed speċjali. Kellu jkun l-Iben t’Alla stess. Il-Messija li tant profeti semmew, li tant konna ilna nistennew. Dak li kellu jsalvana!
  • 15.
    U jien, raġelsempliċi u fqir kelli nkun il-missier putattiv tiegħu. Dik responsabbilta’ u dik biża’ li qabditni. Iżda kont ferħan se ntir. X’jista jiġrilek aħjar milli tieħu ħsieb l-Iben t’Alla nnifsu u lil dik li ġabitu fid-dinja. Ix-xewqa ta’ ommi u missieri, Alla jaħfrilhom ... saret realta’. L-Anġlu qalli li kellna nsemmuh Ġesu!!
  • 16.
  • 17.
    Bħal ma forsiqed tindunaw jien ragħaj ... minn Betlehem. U ragħaj tajjeb tafux ... mhux xi wieħed tal-ħabba gozz. Jien nieħu ħsieb ‘l dawk in-nagħaġ li jkunu se jiġu offruti bħala sagrifiċċju fit-tempju. Mhux ragħaj tajjeb trid tkun biex tirgħa dawn it-tip ta’ nagħaġ? Barra minn hekk, ir-re David, li ġej minn dil- Belt, kien ragħaj ukoll, qabel ma sar re.
  • 18.
    Kemm ngħid ux?Heqq, imma ttuni xi tort? Lilna r-ragħajja kulħadd jarana bħala nies ġejjin mill- qiegħ tas-soċjeta’ jew minn wara l-muntanji. Le stenn, aħna fil-muntanji u l-għoljiet inkunu ... din ma qabillix ngħidha. Insomma, kif kont qed ngħid, lilna jgħajruna li nintnu, li aħna ħallelin u injoranti daqs in-nagħaġ li nirgħu.
  • 19.
    Imma ħa ngħidilkomdin ta’ ... f’dak il-lejl li seħħet dik id-dehra la kien hemm rejiet, la kien hemm Prim Ministri, la kien hemm Membri Parlamentari, la kien hemm qassisin kbar u l-ebda persuna li tagħmel parti minn xi grupp ta’ rjus kbar! Iżda kien hemm aħna, dawk tal-qiegħ tas-soċjeta’, dawk ta’ wara l-muntanji!
  • 20.
    Ħa nirrakkuntalkom eżattx’ġara. Mela konna fuq l-għoljiet, miġburin, meta f’daqqa waħda rajna dawl qawwi. Qawwi aktar mix-xemx ta’ filgħodu. Bżajna u twerwirna. Minn ġo dan id-dawl ħareġ ħoss li malajr inbidel fil-vuċi ħelwa tal-Anġlu li beda jgħidilna: Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta' David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, l-Mulej. U bħala sinjal ikollkom dan: issibu tarbija mfisqija u mimduda f'maxtura.
  • 21.
    F'daqqa waħda ngħaqdu ma'l-anġlu għadd kbir ta' qtajja' tas-sema, jfaħħru lil Alla u jgħidu: "Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!"
  • 22.
    Kif smajna dan,qbadna u tlaqna niġru lejn l-għar. Konna veru eċitati. Kif wasalna, sibna kollox bl-eżatt kif kien qalilna l-anġlu. Il-ferħ li ħassejt dak il-ħin kien indeskrivibbli. Konna għadna kif rajna l-anġli. Qalulna li kellu jitwieled il-Messija s-Salvatur. Qalu lilna l-ewwel! Imbagħad rajnieh b’għajnejna stess. Mhux hekk biss, twieled għand familja fqira bħalna ... ġo għar!!!
  • 23.
  • 24.
    Ġejjin mil-Lvant. Fil-presepjudejjem ipoġġuna l-bogħod, iżda maż-żmien naslu viċin tal-grotta u eżatt qabel ma jżarmawha ... jdaħħluna ġo fiha. Imma kemm qed inħossni li bdejt l- istorja minn denbha. Ħa nibda mill- bidu. L-istorja tgħid li konna tlieta, Baldassar, Melkjor u Kaspar. Ma aħniex rejiet u lanqas nies li nagħmlu xi tip ta’ maġija. Aħna nosservaw l-istilel ... l- istilel li ħalaq għalina, Alla l-imbierek. Stilel li 2010 snin ilu wasslu messaġġ ... mhux messaġġ bħal ma jwasslulna l- istilel tal-oroskopju, iżda messaġġ li Alla bagħat lil Ibnu għan-nies tad-dinja kollha. Taħsbu li b’kumbinazzjoni il- karnaġġon tat-tlieta li aħna huwa differenti? Le tafux.
  • 25.
    Dak juri liKristu, ġie biex isalva lil kulħadd, din hi dik li nsejħu Epifanija, li daqt niċċelebrawha. Kulħadd għandu ċ-ċans għall- ħajja ta’ dejjem. Iżda t-triq mhix faċli, bħal ma kinitx faċli t-triq għalina biex wasalna sa ħdejh. Imma l-ferħ li ħassejna x’ħin rajnieh, ma nistax niddeskrivih bil-kliem. Kienet għażla għaqlija li nimxu wara dik il-kewkba fis- sema!
  • 26.
    Kif waslna usibna li dan ir- Re li kellu jitwieled qiegħed f’maxtura stagħġibna mhux ftit, imma hemm fihmna li dan is-Sultan kellu jkun il- Veru Re ta’ Alla u mhux tal- lewn id-dinja, għalhekk fil- pront qbadna u ħriġna r- rigali li ħejjejna għalih: Baltazar offrilu Deheb għar- Re tar-Rejiet, Melkjor tah Inċens, bħala s-Saċerdot tas-saċerdoti u jien Gaspar tajtu l-Mirra bħala l-Og]la Sagriffiċċju. Hekk ħassejna dakinhar li kellna nipprżentawlu u ż-żmien urina li ma konnix żbaljajna.
  • 27.
    Issa jmiss liintom tkomplu din l-għażla li aħna għamilna 20 seklu ilu ... komplu imxu wara Kristu u ħalluh ikun Hu l-kewkba ta’ ħajjitkom, komplu offrulu r-rigal li tagħkom, offrulu ħajjitkom l-aqwa rigal li nistgħu nagħtuh bħalma hu ta ħajtu għalina!
  • 28.
  • 29.
    Kienet is-sena 1223. Kontfi triqti lejn Greccio biex niċċelebra l-Milied hemmhekk. Greccio huwa raħal żgħir, iżda il-kappella fejn kella ssir il-quddiesa ma kinitx kbira biżżejjed għan-nies li kienu ser jattendu. Għalhekk sibt għar viċin il-pjazza tar- raħal u ippreparajt artal hemmhekk.
  • 30.
    Tliet snin qabelil- mewt tiegħi, iddeċidejt li fil-Milied li tant inħobb, nagħmel xi ħaġa differenti minn tas- soltu. Staqsejt lill- isqof tal-inħawi biex inkun nista’ nagħmel xena tan-nattivita’ waqt il-quddiesa. Kif tani l-permess, rajt kif għamilt u ġibt maxtura, ftit tiben , baqra u ħmara wkoll.
  • 31.
    Dak il-lejl kienwieħed mill-isbaħ. In-nies ġew b’purċissjoni bl-imsiebaħ f’idejhom, ikantaw is- salmi ta’ tifħir lil Alla, kienet mixgħela waħda! Jien qgħadt għarkubtejja quddiem il-maxtura, b’għajnejja jgħumu fid-dmugħ ta’ ferħ. Kantajt l- evanġelju u wara ippriedkajt lill-miġemgħa. Tant kont f’estasi ta’ ferħ li ma stajtx insemmi isem sidna ... bdejt insejjaħlu It-Tarbija ta’ Beeeeetlehem.
  • 32.
    Waqt li konthemm, f’dik il-paċi, f’dik ‘l hena, bħal donni kont qed nara lit- Tarbija ta’ Beeeetlehem f’idejja. Ġanni, minn Greccio jista’ jixhed għal dan. Barra minn hekk it-tiben tal-maxtura wara li għadda kollox, għamel ħafna mirakli ukoll.
  • 33.
    L-istorja ta’ Sidna ilhali ġrat 2010 snin ... Jien ħallejtilkom tifkira biex tiftakru f’dak il-lejl qaddis; it- tifkira tal-Presepju; meta l-Kelma saret Bniedem u Għammar fostna. Għannqu lit-Tarbija ta’ Betlehem bħal ma jien għannaqtu f’dak il-lejl ġewwa Grecio.
  • 34.
  • 35.
    Qatt ma kienetl-intenzjoni tiegħi li nibda dimostrazzjoni nazzjonali. Iżda llum nieħu pjaċir li d-dimostrazzjoni li bdiet 86 sena ilu, għada ħajja f’kull belt u raħal f’Malta. Ħa ngħidilkom eżatt kif ġraw il-fatti. Il-Milied għalija hija festa mill-isbaħ u mill-aktar għal qalbi. L-għażiża ommi kien jisimha Natalina ... kienet imsemmija għall-Milied. Fil-Magħmudija tiegħi ingħatajt ukoll l-isem ta’ Emmanuel, li tfisser “Alla magħna”.
  • 36.
    Mhux hekk biss,iżda wara marda fil-pulmun fl-1906, ġejt ordnat saċerdot fit-22 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena. Tista’ taħseb x’ferħ ħassejt dakinhar, wara dak il-qtugħ ta’ qalb kollu. Iżda kemm kont aktar ferħan nhar il-25 ta’ Diċembru, tlett ijiem wara, meta qaddist l-ewwel quddies tiegħi fil-knisja ta’ San Gejtanu.
  • 37.
    Ħaġa oħra; Il-kliem: VerbumDei Caro Factum Est. Kliem li jaffaxinnawni; kliem li niftaħar bihom; kliem li jfisser “Il-Verb sar Bniedem u Għammar Fostna”. Xtaqt li jkunu kliem li kull membru tas-soċjeta’ jgħożż. Għalhekk taraw lis- soċji u lit-tfal jilbsu il- badge fuq sidirhom, kliem li huwa tal- Milied, kliem li seħħ fil-Milied.
  • 38.
    Kif tista’ matkunx tħobb il- Milied, meta tifhem xi ħaġa bħal din? Għalhekk xtaqt li ssir id-dimostrazzjoni bil-Bambin f’lejliet il-Milied, statwa tal- Bambin ma kellix, għalhekk Patri Franġsikan Konventwali mill-Belt, kien sellifni tiegħu u hekk għamilna l-ewwel Purċissjoni tal-Milied. Ħeġġiġt kemm flaħt ukoll, biex il-Maltin nibdew insejħulu “il-Bambin” għax hija kelma Bibblika u ta’ tifħir lill-Mulej Bambin! Ridt naqsam dak kollu li kont fihmt jien, man-nies kollha.
  • 39.
    Biex din il-ħaġasseħħ fit-totalita’ tagħha, xtaqt ukoll li f’kull dar f’Malta u Għawdex ikun hemm il- presepju. Ħeġġiġt lis-soċji biex jibdew iqassmu grotta ċkejkna bil- Bambin, bil-Madonna u San Ġużepp. Din għadhom jagħmluha sal-ġurnata tal-lum. Kunu kburin li Alla bagħat ‘il-uniku Iben li kellu. Mhux kbira trid tkun l- imħabba t’Alla biex jagħmel ġest bħal dan! Min minnha hu lest biex jagħti lil xi ħadd minn uliedu għas- spejjeż ta’ ħaddieħor. Trid tkun miġnun.... Miġnun bl-imħaba lejn dak il-proxxmu. Kif inhu Alla-li Hu Imħabba, għalina. Dan li jfisser it-Twelid tal-Bambin tal-MIlied.