SlideShare a Scribd company logo
1 of 55
ILLUM: FESTA TAL- ĦNIENA DIVINA!
L-Ewwel Qari:  mill-Atti ta’ l-Appostli
Il-ġemgħa kbira ta’ dawk li kienu emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda.
Ħadd minnhom ma kien jgħid li dak li kellu kien tiegħu, iżda kellhom kollox flimkien.
B’qawwa kbira  l-Appostli kienu   jagħtu  xhieda   tal-qawmien tal-Mulej Ġesu u kulħadd kien  iġibhom ħafna.
Ħadd minnhom ma kien jeħtieġ xejn, għax dawk kollha  li kellhom oqsma jew djar kienu jbigħuhom, iġibu  l-flus tagħhom  u jqegħduhom f’riġlejn l-appostli.
Imbagħad  kien  jitqassam  kollox skond  il-ħtieġa ta’  kull wieħed.
Inroddu  Ħajr  lil Alla!
 
għax  it-tjieba  tiegħu  għal  dejjem! Faħħru l-Mulej,  għaliex hu tajjeb,
Ħa jgħid Israel:  It-tjieba tiegħu għal-dejjem!
Ħa tgħid id-dar ta’ Aron:  It-tjieba tiegħu għal dejjem!
Ħa jgħidu dawk  li jibżgħu mill-Mulej:  It-tjieba tiegħu għal dejjem!
għax  it-tjieba  tiegħu  għal  dejjem! Faħħru l-Mulej,  għaliex hu tajjeb,
Il-leminija  tal-Mulej  marret  minn fuq! Il-leminija  tal-Mulej  għamlet  ħwejjeġ  ta’ ħila!
Ma mmutx, imma ngħix,  u  nħabbar  l-egħmejjel tal-Mulej!
Ħaqarni tassew  il-Mulej  imma ma wassalnix sal-mewt.
għax  it-tjieba  tiegħu  għal  dejjem! Faħħru l-Mulej,  għaliex hu tajjeb,
Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka! Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan: ħaġa ta’ l-għaġeb f’għajnejna.
Dan hu l-jum li għamel il-Mulej:   ħa nifirħu  u nithennew fiħ!!!
għax  it-tjieba  tiegħu  għal  dejjem! Faħħru l-Mulej,  għaliex hu tajjeb,
Qari mill-1 Ittra ta’ San   Ġwann Appostlu.
Egħeżież:  Kull min jemmen li Ġesu hu  l-Messija  hu mwieled minn Alla,
u kull min iħobb lill-Missier  iħobb lil Ibnu .
Min dan nafu li nħobbu lil ulied Alla, meta nħobbu  ‘ l Alla u nagħmlu  l-kmandamenti tiegħu.
Għax din hi l-imħabba  ta’ Alla: li nżommu  l-kmandamenti tiegħu;
u l-kmandamenti tiegħu m’humhiex tqal; għax kull min hu mwieled minn Alla  jirbaħ lid-dinja!
Din hi r-rebħa li rebħat id-dinja: it-twemmin tagħna.
Għax min hu dak li jirbaħ lid-dinja jekk mhux min jemmen li  Ġesu hu l-Iben ta’ Alla?
Dan huwa dak li ġie  bl-ilma u d-demm,  Ġesu Kristu;
Mhux bl-ilma biss, iżda bl-ilma u d-demm.
U l-Ispirtu hu li jixhed,  għax l-Ispirtu hu Sewwa.
Inroddu  Ħajr  lil Alla!
Tumas ,  emmint  għax rajtni,  igħid il-Mulej; ħenjin dawk li  ma rawx u emmnu! Hallelujah! Hallelujah! Hallelujah! Hallelujah!
Qari mill-Evanġelju skond  San   Ġwann.
Dak il-Ħadd fil-għaxija, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mill-Lhud, bil-bibien magħluqa,
ġie Ġesu u qagħad f’nofshom;
u qalilhom: “ Il-Paċi magħkom!”
Kif qal hekk  uriehom idejh u ġenbu .
Id-dixxipli ferħu meta  raw  il-Mulej.
Imbagħad Ġesu tenna jgħidilhom: “ Il-Paċi magħkom!   Kif Missieri bgħat lili,  hekk jiena nibgħat lilkom.”
Kif qal hekk, nefaħ  fuqhom l-Ispirtu s-Santu:
“ Id-dnubiet ta’ dawk li taħfru jkunu maħfura u d-dnubiet  ta’ dawk li żżommu jkunu miżmuma.”
Wieħed  mit-Tnax,  Tumas, imlaqqam  it-Tewmi,  ma kienx magħhom  meta ġie Ġesu.
Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu:  “ Rajna l-Mulej!”
Iżda hu qalilhom:  “ Jekk ma narax f’idejh il-marka  ta’ l-imsiemer,  jekk ma nqegħidx sebgħi fuq il-marka ta’ l-imsiemer u  idi fuq ġenbu,  jiena ma nemminx.”
Tmint ijiem wara,  id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa  u Tumas kien magħhom.
Il-bibien kollha kienu magħluqa,  imma Ġesu  daħal, qagħad f’nofshom
u qalilhom: “ Il-Paċi magħkom!”
Imbagħad qal lil Tumas:   “ Newwel sebgħek  ‘ il hawn u ara idejja,
u ġib idek u qegħda fuq ġenbi: qis li ma tonqosx fik il-fidi, iżda emmen!”
Wieġeb Tumas u qallu:  “ Mulej Tiegħi  u  Alla Tiegħi!!!”
Qallu Ġesu:   “ Emmint għax rajtni!  Ħenjin dawk li  ma rawx u emmnu.”
Hemm ħafna sinjali oħra  li Ġesu għamel quddiem  id-dixxipli tiegħu u li  mhumiex imniżżla  f’dan il-ktieb. Iżda dawn inkitbu biex intom temmnu  li Ġesu hu l-Messija Bin Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f’Ismu.
Il-Kelma  tal-Mulej. Tifħir lilek Kristu !

More Related Content

More from ruth (Malta)

27th Sunday in Ordinary Time Cycle B
27th Sunday in Ordinary Time Cycle B27th Sunday in Ordinary Time Cycle B
27th Sunday in Ordinary Time Cycle Bruth (Malta)
 
Our kids monthly magazine issue no 1
Our kids monthly magazine issue no 1 Our kids monthly magazine issue no 1
Our kids monthly magazine issue no 1 ruth (Malta)
 
2nd Sunday of Advent
2nd Sunday of Advent2nd Sunday of Advent
2nd Sunday of Adventruth (Malta)
 
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle Aruth (Malta)
 
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)ruth (Malta)
 
25th sunday cycle a
25th sunday cycle a25th sunday cycle a
25th sunday cycle aruth (Malta)
 
Feast of the Holy Trinity
Feast of the Holy TrinityFeast of the Holy Trinity
Feast of the Holy Trinityruth (Malta)
 
Feast of the Holy Trinity
Feast of the Holy TrinityFeast of the Holy Trinity
Feast of the Holy Trinityruth (Malta)
 
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)ruth (Malta)
 
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011ruth (Malta)
 
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)ruth (Malta)
 
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)ruth (Malta)
 
Neither will i condemn you!
Neither will i condemn you!Neither will i condemn you!
Neither will i condemn you!ruth (Malta)
 
Lord be with me in my sorrow!
Lord be with me in my sorrow!Lord be with me in my sorrow!
Lord be with me in my sorrow!ruth (Malta)
 
St Paul's Shipwreck in Malta
St Paul's Shipwreck in MaltaSt Paul's Shipwreck in Malta
St Paul's Shipwreck in Maltaruth (Malta)
 
The Baptism of Our Lord - Year C
The Baptism of Our Lord - Year CThe Baptism of Our Lord - Year C
The Baptism of Our Lord - Year Cruth (Malta)
 
Solemnity of Mary Mother of God.
Solemnity of Mary Mother of God.Solemnity of Mary Mother of God.
Solemnity of Mary Mother of God.ruth (Malta)
 

More from ruth (Malta) (20)

27th Sunday in Ordinary Time Cycle B
27th Sunday in Ordinary Time Cycle B27th Sunday in Ordinary Time Cycle B
27th Sunday in Ordinary Time Cycle B
 
Our kids monthly magazine issue no 1
Our kids monthly magazine issue no 1 Our kids monthly magazine issue no 1
Our kids monthly magazine issue no 1
 
2nd Sunday of Advent
2nd Sunday of Advent2nd Sunday of Advent
2nd Sunday of Advent
 
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A
30th Sunday in Ordinary Time - Cycle A
 
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)
28th Sunday in Ordinary Time (Cycle A)
 
25th sunday cycle a
25th sunday cycle a25th sunday cycle a
25th sunday cycle a
 
Feast of the Holy Trinity
Feast of the Holy TrinityFeast of the Holy Trinity
Feast of the Holy Trinity
 
Feast of the Holy Trinity
Feast of the Holy TrinityFeast of the Holy Trinity
Feast of the Holy Trinity
 
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)
Qam Kif Kien Qal!! (He is Risen!)
 
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011
Sacro Cuor Church Malta, Good Friday 2011
 
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)
l-1 Hadd tar-Randan (Sena Liturgika A)
 
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)
8th Sunday in Ordinary Time (Liturgical Year A)
 
Animals
AnimalsAnimals
Animals
 
Animals - test
Animals - testAnimals - test
Animals - test
 
7 VISITS
7 VISITS7 VISITS
7 VISITS
 
Neither will i condemn you!
Neither will i condemn you!Neither will i condemn you!
Neither will i condemn you!
 
Lord be with me in my sorrow!
Lord be with me in my sorrow!Lord be with me in my sorrow!
Lord be with me in my sorrow!
 
St Paul's Shipwreck in Malta
St Paul's Shipwreck in MaltaSt Paul's Shipwreck in Malta
St Paul's Shipwreck in Malta
 
The Baptism of Our Lord - Year C
The Baptism of Our Lord - Year CThe Baptism of Our Lord - Year C
The Baptism of Our Lord - Year C
 
Solemnity of Mary Mother of God.
Solemnity of Mary Mother of God.Solemnity of Mary Mother of God.
Solemnity of Mary Mother of God.
 

2 Nd Sunday Of Easter (Year B)