SlideShare a Scribd company logo
1 of 1
Download to read offline
19INNOVAZZJONI 08|05|2016kullhadd.com
B.Ed (Hons.), M.Ed.
fix-Xjenzi
Ħafna drabi, bħala
bnedmin, ninsew li
aħna annimali wkoll
Clayton Cutajar
Minn xi brama għal xi naħla
tal-għasel, għal qabru tal-ilma
ħelu jew għal xi ballottra f’xi
biċċa xagħri, nistgħu ngħidu
li bħala grupp ta’ ħlejqiet fl-
annimali hemm bijodiversità
kbira. Imma eżattament,
għaliex ħlejqa tissejjaħ annimal?
Kemm-il darba nużaw din il-
kelma, u mhux neċessarjament
nafu eżatt xi tfisser. Sal-lum
il-ġurnata x-xjenza tgħidilna
li l-annimali huma ħlejqiet
magħmula minn ħafna ċelloli,
li jieklu ikel organiku lest u
msawrin b’xi tip ta’ sistema ta’
nervituri, fost affarijiet oħra.
Ċertu studji u ricerki li saru dan
l-aħħar jikkonfermaw li ħafna
mill-annimali huma verament
ħlejqiet sensittivi li kapaċi jħossu
emozzjonijiet bħalna l-bnedmin.
Iħossu bħalna l-bnedmin
Ħafna drabi, bħala bnedmin,
ninsew li aħna annimali wkoll.
Huwa minnu li aħna annimali
konxji, sensittivi u intelliġenti,
però b’daqshekk m’għandna
l-ebda dritt divin li nqisu lilna
nfusna bħala speċi superjuri
fuq l-annimali l-oħra kollha.
Ħafna minna, xi darba jew
oħra, probabbilment rajna xi
kelb, qattus, żiemel jew għasfur
u, bejnna u bejn ruħna għedna:
Imma min jaf x’qed jaħseb
bħalissa? Jew: Tgħid għaliex qed
tagħmel hekk? Mistoqsijiet li
jidhru sempliċi, però, fil-verità,
għax-xjenza ma huma sempliċi
xejn.
Kemm jekk xi kelb esprima
dwejjaq wara li nfired minn
ma’ kelb ieħor; meta omm
tieħu ċertu attitudni lejn iż-
żgħar tagħha; meta xi qattus
ikun ostili lejn qattus ieħor
fil-konfront ta’ sidhom; jekk
ħaruf ikun ferħan jilgħab ma’
ħrief oħra; jew saħansitra
jekk xi ljunfant juri niket fil-
konfront ta’ ljunfant mejjet,
l-imġiba ta’ ħafna mill-annimali
turina li dawn huma ħlejqiet li
kapaċi jħossu b’modi li jixbhu
lilna l-bnedmin. Minħabba li,
bħala bnedmin, ma nistgħux
nikkomunikaw mal-annimali
b’tali mod li nieħdu risposta
fattwali, ix-xjentisti jużaw ċerti
testijiet oħra li jindikaw xi tibdila
fil-fiżjonomija u l-imġiba tal-
annimal, bħal, ngħidu aħna,
żieda ta’ ċertu ormoni fid-
demm, żieda fir-rata ta’ taħbit
tal-qalb jew meta annimal
jagħżel li jqatta’ xi ħin waħdu
fil-kwiet. Aktar ma nistudjaw
l-imġiba u l-emozzjonijiet tal-
annimali, aktar nitgħallmu u
aktar nirrispettaw.
Biżżejjed riċerka
Forsi ftit nies jafu li fis-7 ta’ Lulju
2012, grupp ta’ xjentisti li kienu
preżenti waqt konferenza bit-
titlu Consciousness in Human
and Non-human Animals
fl-Università ta’ Cambridge
fir-Renju Unit, iffirmaw dik
li tissejjaħ The Cambridge
Declaration on Consciousness.
Din id-dikjarazzjoni turi b’mod
uffiċjali li hawn biżżejjed riċerka
u studji li jikkonfermaw li
l-annimali huma konxji minn
dak li qed jigri madwarhom
u kapaċi, b’mod konxju, juru
u jesprimu ċertu mġiba. Dan
imur lil hinn minn sempliċiment
istint li annimal juri lejn ċertu
sitwazzjonijiet jew fatturi u
elimina darba għal dejjem is-
suppożizzjoni li l-bnedmin
huma l-uniċi annimali konxji. Id-
dikjarazzjoni tgħid li l-annimali,
li jinkludu l-mammiferi u
l-għasafar kollha flimkien ma’
għadd ta’ invertebrati oħra,
bħall-qarnit, għandhom il-kimiki
neċessarji sabiex ikunu konxji.
Aktar minn hekk, ir-riċerka
turi wkoll li l-annimali li mhux
bnedminmhuxbisshumakonxji
imma wkoll sensittivi. Ħafna
speċijesperjenzawemozzjonijiet
ta’ ferħ, pjaċir, rimors, stress kif
ukoll empatija u dwejjaq. Bekoff
fl-2005 u Proctor fl-2012 urew
kif il-mammiferi, għasafar,
rettili, ħut u xi invertebrati bħall-
qarnit, iħossu emozzjonijiet.
Ċertu riċerki juru saħansitra li
l-ġrieden u t-tiġieg kapaċi juru
empatija lejn individwi oħra.
Infatti, grupp ta’ xjentisti fl-
Università ta’ Bristol skoprew li
t-tiġieġ juru sinjali ta’ stress fil-
konfront tal-flieles tagħhom.
Instab ukoll li l-iljunfanti
kapaċi jistennew lil xulxin
qabel jiġbdu ħabel għax jafu li
waħedhom ma jirnexxilhomx.
Bidla fil-mentalità u fil-
kultura
Bħal f’kollox, l-edukazzjoni
għandha parti importanti
fil-qasam tal-protezzjoni
tal-annimali. F’numru ta’
ċirkustanzi trid isseħħ bidla
fil-mentalità u fil-kultura ta’
kif, bħala bnedmin, inħarsu
lejn l-annimali. Diversi oqfsa
legali jsaħħu dawn l-argumenti
dwar Animal Sentience: fi New
Zealand, fir-Renju Unit, u
anke fit-Trattat ta’ Lisbona tal-
Unjoni Ewropea fejn jinkludi
Animal Sentience’bħala
artiklu fit-Trattat. Il-fatt li
dawn l-affarijiet għandhom
qafas legali jgħin sabiex
jinqatgħu ċertu abbużi, bħal
f’testijiet, f’esperimenti, fit-
trasport tal-annimali u anke
fil-kundizzjonijiet li l-annimali
fl-irziezet jinsabu fihom, fost
affarijiet oħra. Dejjem għandna
niftakru li l-valur tal-annimali
m’għandux jitkejjel b’kemm
dawn huma ta’ użu għalina
l-bnedmin, però kull ħajja hija
imprezzabbli, unika u dritt
għal dak l-annimal u individwu
partikolari.
L-ANNIMALI MEMBRI FIL-KLABB
TAS-SENSITTIVITÀ

More Related Content

Featured

PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024
PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024
PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024Neil Kimberley
 
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)contently
 
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024How to Prepare For a Successful Job Search for 2024
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024Albert Qian
 
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie Insights
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie InsightsSocial Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie Insights
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie InsightsKurio // The Social Media Age(ncy)
 
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024Search Engine Journal
 
5 Public speaking tips from TED - Visualized summary
5 Public speaking tips from TED - Visualized summary5 Public speaking tips from TED - Visualized summary
5 Public speaking tips from TED - Visualized summarySpeakerHub
 
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd Clark Boyd
 
Getting into the tech field. what next
Getting into the tech field. what next Getting into the tech field. what next
Getting into the tech field. what next Tessa Mero
 
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search Intent
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search IntentGoogle's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search Intent
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search IntentLily Ray
 
Time Management & Productivity - Best Practices
Time Management & Productivity -  Best PracticesTime Management & Productivity -  Best Practices
Time Management & Productivity - Best PracticesVit Horky
 
The six step guide to practical project management
The six step guide to practical project managementThe six step guide to practical project management
The six step guide to practical project managementMindGenius
 
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...RachelPearson36
 
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...Applitools
 
12 Ways to Increase Your Influence at Work
12 Ways to Increase Your Influence at Work12 Ways to Increase Your Influence at Work
12 Ways to Increase Your Influence at WorkGetSmarter
 
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...DevGAMM Conference
 
Barbie - Brand Strategy Presentation
Barbie - Brand Strategy PresentationBarbie - Brand Strategy Presentation
Barbie - Brand Strategy PresentationErica Santiago
 

Featured (20)

PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024
PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024
PEPSICO Presentation to CAGNY Conference Feb 2024
 
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)
Content Methodology: A Best Practices Report (Webinar)
 
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024How to Prepare For a Successful Job Search for 2024
How to Prepare For a Successful Job Search for 2024
 
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie Insights
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie InsightsSocial Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie Insights
Social Media Marketing Trends 2024 // The Global Indie Insights
 
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024
Trends In Paid Search: Navigating The Digital Landscape In 2024
 
5 Public speaking tips from TED - Visualized summary
5 Public speaking tips from TED - Visualized summary5 Public speaking tips from TED - Visualized summary
5 Public speaking tips from TED - Visualized summary
 
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd
ChatGPT and the Future of Work - Clark Boyd
 
Getting into the tech field. what next
Getting into the tech field. what next Getting into the tech field. what next
Getting into the tech field. what next
 
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search Intent
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search IntentGoogle's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search Intent
Google's Just Not That Into You: Understanding Core Updates & Search Intent
 
How to have difficult conversations
How to have difficult conversations How to have difficult conversations
How to have difficult conversations
 
Introduction to Data Science
Introduction to Data ScienceIntroduction to Data Science
Introduction to Data Science
 
Time Management & Productivity - Best Practices
Time Management & Productivity -  Best PracticesTime Management & Productivity -  Best Practices
Time Management & Productivity - Best Practices
 
The six step guide to practical project management
The six step guide to practical project managementThe six step guide to practical project management
The six step guide to practical project management
 
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...
Beginners Guide to TikTok for Search - Rachel Pearson - We are Tilt __ Bright...
 
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...
Unlocking the Power of ChatGPT and AI in Testing - A Real-World Look, present...
 
12 Ways to Increase Your Influence at Work
12 Ways to Increase Your Influence at Work12 Ways to Increase Your Influence at Work
12 Ways to Increase Your Influence at Work
 
ChatGPT webinar slides
ChatGPT webinar slidesChatGPT webinar slides
ChatGPT webinar slides
 
More than Just Lines on a Map: Best Practices for U.S Bike Routes
More than Just Lines on a Map: Best Practices for U.S Bike RoutesMore than Just Lines on a Map: Best Practices for U.S Bike Routes
More than Just Lines on a Map: Best Practices for U.S Bike Routes
 
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...
Ride the Storm: Navigating Through Unstable Periods / Katerina Rudko (Belka G...
 
Barbie - Brand Strategy Presentation
Barbie - Brand Strategy PresentationBarbie - Brand Strategy Presentation
Barbie - Brand Strategy Presentation
 

Sensittivita

  • 1. 19INNOVAZZJONI 08|05|2016kullhadd.com B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi Ħafna drabi, bħala bnedmin, ninsew li aħna annimali wkoll Clayton Cutajar Minn xi brama għal xi naħla tal-għasel, għal qabru tal-ilma ħelu jew għal xi ballottra f’xi biċċa xagħri, nistgħu ngħidu li bħala grupp ta’ ħlejqiet fl- annimali hemm bijodiversità kbira. Imma eżattament, għaliex ħlejqa tissejjaħ annimal? Kemm-il darba nużaw din il- kelma, u mhux neċessarjament nafu eżatt xi tfisser. Sal-lum il-ġurnata x-xjenza tgħidilna li l-annimali huma ħlejqiet magħmula minn ħafna ċelloli, li jieklu ikel organiku lest u msawrin b’xi tip ta’ sistema ta’ nervituri, fost affarijiet oħra. Ċertu studji u ricerki li saru dan l-aħħar jikkonfermaw li ħafna mill-annimali huma verament ħlejqiet sensittivi li kapaċi jħossu emozzjonijiet bħalna l-bnedmin. Iħossu bħalna l-bnedmin Ħafna drabi, bħala bnedmin, ninsew li aħna annimali wkoll. Huwa minnu li aħna annimali konxji, sensittivi u intelliġenti, però b’daqshekk m’għandna l-ebda dritt divin li nqisu lilna nfusna bħala speċi superjuri fuq l-annimali l-oħra kollha. Ħafna minna, xi darba jew oħra, probabbilment rajna xi kelb, qattus, żiemel jew għasfur u, bejnna u bejn ruħna għedna: Imma min jaf x’qed jaħseb bħalissa? Jew: Tgħid għaliex qed tagħmel hekk? Mistoqsijiet li jidhru sempliċi, però, fil-verità, għax-xjenza ma huma sempliċi xejn. Kemm jekk xi kelb esprima dwejjaq wara li nfired minn ma’ kelb ieħor; meta omm tieħu ċertu attitudni lejn iż- żgħar tagħha; meta xi qattus ikun ostili lejn qattus ieħor fil-konfront ta’ sidhom; jekk ħaruf ikun ferħan jilgħab ma’ ħrief oħra; jew saħansitra jekk xi ljunfant juri niket fil- konfront ta’ ljunfant mejjet, l-imġiba ta’ ħafna mill-annimali turina li dawn huma ħlejqiet li kapaċi jħossu b’modi li jixbhu lilna l-bnedmin. Minħabba li, bħala bnedmin, ma nistgħux nikkomunikaw mal-annimali b’tali mod li nieħdu risposta fattwali, ix-xjentisti jużaw ċerti testijiet oħra li jindikaw xi tibdila fil-fiżjonomija u l-imġiba tal- annimal, bħal, ngħidu aħna, żieda ta’ ċertu ormoni fid- demm, żieda fir-rata ta’ taħbit tal-qalb jew meta annimal jagħżel li jqatta’ xi ħin waħdu fil-kwiet. Aktar ma nistudjaw l-imġiba u l-emozzjonijiet tal- annimali, aktar nitgħallmu u aktar nirrispettaw. Biżżejjed riċerka Forsi ftit nies jafu li fis-7 ta’ Lulju 2012, grupp ta’ xjentisti li kienu preżenti waqt konferenza bit- titlu Consciousness in Human and Non-human Animals fl-Università ta’ Cambridge fir-Renju Unit, iffirmaw dik li tissejjaħ The Cambridge Declaration on Consciousness. Din id-dikjarazzjoni turi b’mod uffiċjali li hawn biżżejjed riċerka u studji li jikkonfermaw li l-annimali huma konxji minn dak li qed jigri madwarhom u kapaċi, b’mod konxju, juru u jesprimu ċertu mġiba. Dan imur lil hinn minn sempliċiment istint li annimal juri lejn ċertu sitwazzjonijiet jew fatturi u elimina darba għal dejjem is- suppożizzjoni li l-bnedmin huma l-uniċi annimali konxji. Id- dikjarazzjoni tgħid li l-annimali, li jinkludu l-mammiferi u l-għasafar kollha flimkien ma’ għadd ta’ invertebrati oħra, bħall-qarnit, għandhom il-kimiki neċessarji sabiex ikunu konxji. Aktar minn hekk, ir-riċerka turi wkoll li l-annimali li mhux bnedminmhuxbisshumakonxji imma wkoll sensittivi. Ħafna speċijesperjenzawemozzjonijiet ta’ ferħ, pjaċir, rimors, stress kif ukoll empatija u dwejjaq. Bekoff fl-2005 u Proctor fl-2012 urew kif il-mammiferi, għasafar, rettili, ħut u xi invertebrati bħall- qarnit, iħossu emozzjonijiet. Ċertu riċerki juru saħansitra li l-ġrieden u t-tiġieg kapaċi juru empatija lejn individwi oħra. Infatti, grupp ta’ xjentisti fl- Università ta’ Bristol skoprew li t-tiġieġ juru sinjali ta’ stress fil- konfront tal-flieles tagħhom. Instab ukoll li l-iljunfanti kapaċi jistennew lil xulxin qabel jiġbdu ħabel għax jafu li waħedhom ma jirnexxilhomx. Bidla fil-mentalità u fil- kultura Bħal f’kollox, l-edukazzjoni għandha parti importanti fil-qasam tal-protezzjoni tal-annimali. F’numru ta’ ċirkustanzi trid isseħħ bidla fil-mentalità u fil-kultura ta’ kif, bħala bnedmin, inħarsu lejn l-annimali. Diversi oqfsa legali jsaħħu dawn l-argumenti dwar Animal Sentience: fi New Zealand, fir-Renju Unit, u anke fit-Trattat ta’ Lisbona tal- Unjoni Ewropea fejn jinkludi Animal Sentience’bħala artiklu fit-Trattat. Il-fatt li dawn l-affarijiet għandhom qafas legali jgħin sabiex jinqatgħu ċertu abbużi, bħal f’testijiet, f’esperimenti, fit- trasport tal-annimali u anke fil-kundizzjonijiet li l-annimali fl-irziezet jinsabu fihom, fost affarijiet oħra. Dejjem għandna niftakru li l-valur tal-annimali m’għandux jitkejjel b’kemm dawn huma ta’ użu għalina l-bnedmin, però kull ħajja hija imprezzabbli, unika u dritt għal dak l-annimal u individwu partikolari. L-ANNIMALI MEMBRI FIL-KLABB TAS-SENSITTIVITÀ