SlideShare a Scribd company logo
1 of 40
L-IMDINA
L-Imdina tinsab fuq għolja fin-nofs ta’ Malta.
Minħabba f’hekk hi tidher minn kullimkien. Hi
belt imdawra b’ħitan għoljin li nsejħulhom swar.
L-Imdina kienet mibnija fuq għolja biex l-
għassiesa setgħu josservaw x’kien ikun qed
jiġri madwarhom filwaqt li jilmħu lill-għadu ġej
minn fuq il-baħar.
Meta kienu jinżlu l-ħallelin tal-baħar, in-nies mill-
irħula tal-qrib kienu jaħarbu lejn l-Imdina biex
jistkennu fiha. Il-ħallelin kienu jsibu l-irħula u l-
irziezet vojta.
Meta mbagħad kienu jmorru jattakkaw lill-Imdina
u jsibuha magħluqa u mgħassa sewwa bis-suldati,
kienu jaqtgħu qalbhom u jmorru lura fuq ix-xwieni
tagħhom.
Minħabba f’dawn l-attakki l-Imdina saret l-
aktar post importanti ta’ Malta.
L-Imdina kienet ukoll il-belt kapitali ta’ Malta.
Fl-antik l-aktar nies importanti tal-Gvern u l-
Isqof bnew il-palazzi tagħhom hemm.
Fi żmien ir-Rumani l-Imdina
kienet ikbar milli hi llum.
Min ċekken din il-belt u
dawwarha bis-swar u ħaffer
foss madwarha?
Ma nafux eżatt: jew l-Għarab
jew il-Biżantini. Dan għamluh
biex ikunu jistgħu jiddefenduha
aħjar.
Kienu l-Għarab li semmewha
Mdina u għadha jisimha hekk
sal-lum.
Il-Bieb Prinċipali tal-Imdina



 Il-Perit Franċiż
Francois Mondion
  fetaħ il-Bieb
  Prinċipali tal-
     Imdina.
In-naħa ta’ ġewwa tal-Bieb Prinċipali tal-
Imdina jidhru t-tliet qaddisin protetturi ta’
Malta: San Publiju, San Pawl u Sant’Agata.
Il-Palazz Vilhena
Dan hu palazz fejn illum hemm il-Mużew tal-
Istorja Naturali li jżuruh ħafna tfal tal-iskola
u turisti. Isejħulu Palazz Vilhena għax inbena
mill-ġdid mill-Gran Mastru Vilhena biex imur
joqgħod fih fis-sajf. Darba dan il-palazz kien
ukoll sptar.
Mal-Granmastru
Vilhena huwa
marbut ukoll ir-
restawr (tindif u
rranġar ta’ bini)
tal-Imdina
De Vilhena u l-palazz tiegħu




Dan il-bini huwa fuq stil barokk, jiġifieri li l-
bini u l-faċċati tiegħu jkunu b’disinji
kkumplikati.
It-Torri tal-Istandard
         Fl-antik dan kien torri tal-
         għassa.
         Meta kienu jiġu l-ħallelin
         tal-baħar jew l-għedewwa
         jattakkaw lil Malta, minn
         fuq dan it-torri kienu
         jqabbdu ħuġġieġa.
         Meta l-Maltin kienu jaraw
         il-ħuġġieġa, kienu jindunaw
         li waslu l-għedewwa u
         jmorru jfittxu l-kenn fl-
         Imdina.
         Illum iservi ta’ uffiċju ta’
         informazzjoni għat-turisti.
Il-Katidral
hu ddedikat
lil San Pawl.
   Fl-1693, sar
terremot li għamel
ħsara lill-Katidral.
     Għalhekk
waqqgħuh u reġgħu
 bnewh mill-ġdid.
   Il-perit tal-
 Katidral kien il-
      bravu
 Lorenzo Gafa’.
Il-Katidral
minn ġewwa.

 Il-Katidral
hu magħruf
   l-aktar
għall-koppla
  maestuża
   tiegħu.
L-art tal-
 Katidral hija
miksija b'oqbra
    ta' nies
  magħrufa,
    nobbli u
monsinjuri tal-
Katidral li kienu
 jgħixu f'dak
   iż-żmien.
Il-Katidral huwa l-knisja prinċipali tad-
Djoċesi Maltija.
Jgħidu li fejn hemm il-Katidral, ħafna
snin ilu kien hemm il-Palazz ta’ Publiju,
il-gvernatur Ruman ta’ Malta li kien laqa’
lil San Pawl għandu.
 Jgħidu wkoll li xi snin wara kien hemm
knisja ċkejkna.
 Maż-żmien il-Maltin kellhom ikabbru din
il-knisja iktar minn darba, għax bdew
jaraw li ma kinitx kbira biżżejjed
għalihom.
 Illum għandna l-Katidral.
San Publiju u San Pawl
L-Arċisqof ta’ Malta minn
dejjem kellu l-palazz
tiegħu fl-Imdina.
Dan jinsab imiss eżatt
mal-Katidral.
Il-Mużew tal-Katidral
Fil-Katidral minn dejjem kienu jużaw affarijiet
prezzjużi. Ħafna minn dawn m’għadhomx
jużawhom illum (per eżempju: ħwejjeġ liturġiċi
bħal dawk li jintlibsu għall-quddies, kalċijiet,
statwi, pitturi, reġistri, missali u kotba oħra)
Dari dan il-bini kien jintuża bħala seminarju.
Ġewwa t-triq Villegaignon
Il-Kappella tal-Karmnu
(stil Barokk) inbniet
fl- 1659. Hawnhekk
bdiet ir-rewwixta tal-
Maltin kontra l-
                       
Franċiżi fl-1798.
Dan ġara meta l-
Maltin raw lill-Franċiżi
se jisirqu d-damask
biex ibiegħuh. 
Id-Dar Normanna
Din hi dar kbira u antika ħafna. In-nies jafuha
bħala d-Dar Normanna għax mibnija kif kienu jibnu
n-Normanni li kienu jikkmandaw lil Malta ħafna
snin ilu. Imma l-isem propja ta’ din id-dar huwa
Palazzo Falson.
Din tinsab ftit
‘il fuq mill-
knisja tal-
Karmnu.
Meta ħafna snin ilu l-
Kavallieri ġew Malta,
il-Gran Mastru
L’Isle Adam qagħad
f’dan il-palazz għal
tmint ijiem. Dan il-
palazz huwa t-tieni
l-eqdem bini li
nistgħu nsibu llum
ġol-Imdina. Illum id-
dar hi miftuħa għal
min irid jarha.
Faċċata tal-kappella
ta’ Sant’Agata hemm
Casa Inguanez –
palazz tas-seklu 14.

Dan ukoll jinsab fit-
triq prinċipali tal-
Imdina, imsejħa
Villegaignon.

Din hija l-usa’ triq
ġewwa l-Imdina.
Toroq ġewwa l-
    Imdina
Illum l-Imdina hija
 attrazzjoni għat-
       turisti.
Dawn jieħdu gost
  imorru fit-toroq
dojoq u mgħawwġin
tagħha u jaraw il-
 bini sabiħ li fiha.
It-toroq ġewwa
 l-Imdina kienu
dojoq u mserpa
biex il-Maltin u
   l-Kavallieri
setgħu jaħarbu
   u jistaħbew
faċilment mill-
      għadu.
Apparti minnhekk,
 f’każ ta’ xi attakk
il-passaġġ tan-nies
   ikun limitat u l-
vleġeġ ma jwasslux
  fit-tul. Fl-istess
  ħin id-djar kienu
jkunu protetti mix-
        xemx.
Fl-1530 Malta giet f’idejn
il-Kavallieri ta’ San Ġwann,
iżda billi l-istill tal-ġlied
kien tbiddel, dawn
stabbilixxew ruħhom fil-
Birgu. Pero’, minħabba l-
attakki spissi tal-furbani
Torok, huma komplew
isaħħu s-swar.
L-Imdina żammewha bħala
s-simbolu ta’ awtorita’ fejn
kienu jitilgħu l-Gran Mastri
biex jieħdu l-ġurament tal-
ħatra tagħhom.
Illum l-Imdina m’għadhiex belt importanti
bħal qabel. Malli l-Kavallieri ta’ San Ġwann
bnew il-Belt Valletta, in-nies importanti tal-
Gvern, tal-Knisja u l-kbarat li qabel kienu
joqogħdu l-Imdina, bnew il-palazzi tagħhom
fil-belt il-ġdida. Minħabba f’hekk l-Imdina
tilfet l-importanza tagħha u saret il-belt
siekta.
Il-Belt Valletta
Entratura oħra għall-Imdina.
Bieb il-Griegi, il-bieb l-antik
 li kien jintuża fis-seklu 15.
Minn fuq is-swar tal-Imdina, in-nies
tista’ tara veduta sabiħa tal-postijiet
ta’ madwar. Tista’ tara nofs Malta
mill-Imdina.
L-Imdina kellha l-isem ta’ Citta Notabile
wkoll. Ingħatalha dan l-isem għax ir-Re
Alfonsu ħamsa ta’ Spanja kien għolla d-
dinjita’ tagħha meta sejħilha ġawrha
prezzjuża tal-kuruna tiegħu.
Issa aħsbu sew min huma dawn:
Ninsab fuq għolja fin-     L-Imdina
   nofs ta’ Malta.

Tajna l-isem lil din il-
belt u baqa’ hekk sal-     L-Għarab
         lum.

Għandi l-palazz tiegħi       L-Arċisqof
  ħdejn il-Katidral.       Pawlu Cremona
Issa aħsbu sew min huma dawn:
 Imsemmi għal Gran
Mastru Vilhena u llum   Il-Palazz
 jiena l-Mużew tal-      Vilhena
  Istorja Naturali.

 Ġejna mibnija biex       Swar
niddefendu l-Imdina.

   Il-Katidral hu
    ddedikat lili.
                          San Pawl
Issa aħsbu sew min huma dawn:
                             San Publiju,
Aħna t-tliet protetturi
      ta’ Malta.
                             San Pawl u
                             Sant’ Agata
Ftaħt il-bieb prinċipali    Il-Perit Francois
     tal-Imdina.                Mondion.
  Dari kont torri tal-
għassa, illum inservi ta’     It-Torri tal-
uffiċju ta’ informazzjoni       Istandard
      għat-turisti.
Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini
   importanti ġewwa l-Imdina
       u għidu liema huwa.
  Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.
Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini
   importanti ġewwa l-Imdina
       u għidu liema huwa.
  Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.
Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini
   importanti ġewwa l-Imdina
       u għidu liema huwa.
  Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.
Attivita’ f’pari 




F’pari, agħmlu lista ta’ dawk l-affarijiet
    li tgħallimtu llum dwar l-Imdina.
  Wara aqsmuhom mal-kumplament ta’
   sħabkom u araw x’lista toħolqu lkoll
                  flimkien.
Tmiem
   Minn Ms. Elaine Muscat
u l-Istudenti tal-Ħames sena.
     Kulleġġ San Benedittu
    Skola Primarja Mqabba.

More Related Content

What's hot (20)

Dun Mikiel Xerri -qassis u patrijott Malti
Dun Mikiel Xerri -qassis u  patrijott MaltiDun Mikiel Xerri -qassis u  patrijott Malti
Dun Mikiel Xerri -qassis u patrijott Malti
 
Taqbiliet popolari
Taqbiliet popolariTaqbiliet popolari
Taqbiliet popolari
 
Dun Mikiel Xerri - Patrijott Malti
Dun Mikiel Xerri - Patrijott MaltiDun Mikiel Xerri - Patrijott Malti
Dun Mikiel Xerri - Patrijott Malti
 
Karnival
KarnivalKarnival
Karnival
 
Il-Birgu
Il-BirguIl-Birgu
Il-Birgu
 
In-Normanni
In-NormanniIn-Normanni
In-Normanni
 
L-Imperattiv
L-ImperattivL-Imperattiv
L-Imperattiv
 
L Akwakultura
L AkwakulturaL Akwakultura
L Akwakultura
 
Ikel Malti
Ikel MaltiIkel Malti
Ikel Malti
 
Snajja’ u xogħlijiet tradizzjonali
Snajja’ u xogħlijiet tradizzjonaliSnajja’ u xogħlijiet tradizzjonali
Snajja’ u xogħlijiet tradizzjonali
 
Dun Karm - Il-Poeta Nazzjonali ta' Malta
Dun Karm - Il-Poeta Nazzjonali ta' MaltaDun Karm - Il-Poeta Nazzjonali ta' Malta
Dun Karm - Il-Poeta Nazzjonali ta' Malta
 
It-Trasport Pubbliku tal-Gżejjer Maltin
It-Trasport Pubbliku tal-Gżejjer MaltinIt-Trasport Pubbliku tal-Gżejjer Maltin
It-Trasport Pubbliku tal-Gżejjer Maltin
 
Ghid il-kbir
Ghid il-kbirGhid il-kbir
Ghid il-kbir
 
Ir-rebbiegħa
Ir-rebbiegħaIr-rebbiegħa
Ir-rebbiegħa
 
Festi Nazzjonali, pubblici u parrokkjali f'malta
Festi Nazzjonali, pubblici u parrokkjali f'maltaFesti Nazzjonali, pubblici u parrokkjali f'malta
Festi Nazzjonali, pubblici u parrokkjali f'malta
 
It-Transport
It-TransportIt-Transport
It-Transport
 
Il-Milied
Il-MiliedIl-Milied
Il-Milied
 
San martin ppt
San martin pptSan martin ppt
San martin ppt
 
L-Aġġettiv
L-AġġettivL-Aġġettiv
L-Aġġettiv
 
Nies li jghinuna
Nies li jghinunaNies li jghinuna
Nies li jghinuna
 

Viewers also liked (9)

Mdina
MdinaMdina
Mdina
 
Mdina
MdinaMdina
Mdina
 
Ic-Cittadella
Ic-CittadellaIc-Cittadella
Ic-Cittadella
 
Gonsalvo monroy (power point)
Gonsalvo monroy  (power point)Gonsalvo monroy  (power point)
Gonsalvo monroy (power point)
 
Il-Grajja ta' Monroy
Il-Grajja ta' MonroyIl-Grajja ta' Monroy
Il-Grajja ta' Monroy
 
Ċittadella
ĊittadellaĊittadella
Ċittadella
 
Il-Birgu, belt marittima
Il-Birgu, belt marittimaIl-Birgu, belt marittima
Il-Birgu, belt marittima
 
Taqbiliet Popolari Maltin part 2
Taqbiliet Popolari Maltin part 2Taqbiliet Popolari Maltin part 2
Taqbiliet Popolari Maltin part 2
 
L aġġettivi
L aġġettiviL aġġettivi
L aġġettivi
 

L imdina (power point)

  • 2. L-Imdina tinsab fuq għolja fin-nofs ta’ Malta. Minħabba f’hekk hi tidher minn kullimkien. Hi belt imdawra b’ħitan għoljin li nsejħulhom swar.
  • 3. L-Imdina kienet mibnija fuq għolja biex l- għassiesa setgħu josservaw x’kien ikun qed jiġri madwarhom filwaqt li jilmħu lill-għadu ġej minn fuq il-baħar.
  • 4. Meta kienu jinżlu l-ħallelin tal-baħar, in-nies mill- irħula tal-qrib kienu jaħarbu lejn l-Imdina biex jistkennu fiha. Il-ħallelin kienu jsibu l-irħula u l- irziezet vojta. Meta mbagħad kienu jmorru jattakkaw lill-Imdina u jsibuha magħluqa u mgħassa sewwa bis-suldati, kienu jaqtgħu qalbhom u jmorru lura fuq ix-xwieni tagħhom.
  • 5. Minħabba f’dawn l-attakki l-Imdina saret l- aktar post importanti ta’ Malta. L-Imdina kienet ukoll il-belt kapitali ta’ Malta. Fl-antik l-aktar nies importanti tal-Gvern u l- Isqof bnew il-palazzi tagħhom hemm.
  • 6. Fi żmien ir-Rumani l-Imdina kienet ikbar milli hi llum. Min ċekken din il-belt u dawwarha bis-swar u ħaffer foss madwarha? Ma nafux eżatt: jew l-Għarab jew il-Biżantini. Dan għamluh biex ikunu jistgħu jiddefenduha aħjar. Kienu l-Għarab li semmewha Mdina u għadha jisimha hekk sal-lum.
  • 7. Il-Bieb Prinċipali tal-Imdina Il-Perit Franċiż Francois Mondion fetaħ il-Bieb Prinċipali tal- Imdina.
  • 8. In-naħa ta’ ġewwa tal-Bieb Prinċipali tal- Imdina jidhru t-tliet qaddisin protetturi ta’ Malta: San Publiju, San Pawl u Sant’Agata.
  • 9. Il-Palazz Vilhena Dan hu palazz fejn illum hemm il-Mużew tal- Istorja Naturali li jżuruh ħafna tfal tal-iskola u turisti. Isejħulu Palazz Vilhena għax inbena mill-ġdid mill-Gran Mastru Vilhena biex imur joqgħod fih fis-sajf. Darba dan il-palazz kien ukoll sptar. Mal-Granmastru Vilhena huwa marbut ukoll ir- restawr (tindif u rranġar ta’ bini) tal-Imdina
  • 10. De Vilhena u l-palazz tiegħu Dan il-bini huwa fuq stil barokk, jiġifieri li l- bini u l-faċċati tiegħu jkunu b’disinji kkumplikati.
  • 11.
  • 12. It-Torri tal-Istandard Fl-antik dan kien torri tal- għassa. Meta kienu jiġu l-ħallelin tal-baħar jew l-għedewwa jattakkaw lil Malta, minn fuq dan it-torri kienu jqabbdu ħuġġieġa. Meta l-Maltin kienu jaraw il-ħuġġieġa, kienu jindunaw li waslu l-għedewwa u jmorru jfittxu l-kenn fl- Imdina. Illum iservi ta’ uffiċju ta’ informazzjoni għat-turisti.
  • 13. Il-Katidral hu ddedikat lil San Pawl. Fl-1693, sar terremot li għamel ħsara lill-Katidral. Għalhekk waqqgħuh u reġgħu bnewh mill-ġdid. Il-perit tal- Katidral kien il- bravu Lorenzo Gafa’.
  • 14. Il-Katidral minn ġewwa. Il-Katidral hu magħruf l-aktar għall-koppla maestuża tiegħu.
  • 15. L-art tal- Katidral hija miksija b'oqbra ta' nies magħrufa, nobbli u monsinjuri tal- Katidral li kienu jgħixu f'dak iż-żmien.
  • 16. Il-Katidral huwa l-knisja prinċipali tad- Djoċesi Maltija. Jgħidu li fejn hemm il-Katidral, ħafna snin ilu kien hemm il-Palazz ta’ Publiju, il-gvernatur Ruman ta’ Malta li kien laqa’ lil San Pawl għandu. Jgħidu wkoll li xi snin wara kien hemm knisja ċkejkna. Maż-żmien il-Maltin kellhom ikabbru din il-knisja iktar minn darba, għax bdew jaraw li ma kinitx kbira biżżejjed għalihom. Illum għandna l-Katidral.
  • 17. San Publiju u San Pawl
  • 18. L-Arċisqof ta’ Malta minn dejjem kellu l-palazz tiegħu fl-Imdina. Dan jinsab imiss eżatt mal-Katidral.
  • 19. Il-Mużew tal-Katidral Fil-Katidral minn dejjem kienu jużaw affarijiet prezzjużi. Ħafna minn dawn m’għadhomx jużawhom illum (per eżempju: ħwejjeġ liturġiċi bħal dawk li jintlibsu għall-quddies, kalċijiet, statwi, pitturi, reġistri, missali u kotba oħra) Dari dan il-bini kien jintuża bħala seminarju.
  • 20.
  • 21. Ġewwa t-triq Villegaignon Il-Kappella tal-Karmnu (stil Barokk) inbniet fl- 1659. Hawnhekk bdiet ir-rewwixta tal- Maltin kontra l-   Franċiżi fl-1798. Dan ġara meta l- Maltin raw lill-Franċiżi se jisirqu d-damask biex ibiegħuh. 
  • 22. Id-Dar Normanna Din hi dar kbira u antika ħafna. In-nies jafuha bħala d-Dar Normanna għax mibnija kif kienu jibnu n-Normanni li kienu jikkmandaw lil Malta ħafna snin ilu. Imma l-isem propja ta’ din id-dar huwa Palazzo Falson. Din tinsab ftit ‘il fuq mill- knisja tal- Karmnu.
  • 23. Meta ħafna snin ilu l- Kavallieri ġew Malta, il-Gran Mastru L’Isle Adam qagħad f’dan il-palazz għal tmint ijiem. Dan il- palazz huwa t-tieni l-eqdem bini li nistgħu nsibu llum ġol-Imdina. Illum id- dar hi miftuħa għal min irid jarha.
  • 24. Faċċata tal-kappella ta’ Sant’Agata hemm Casa Inguanez – palazz tas-seklu 14. Dan ukoll jinsab fit- triq prinċipali tal- Imdina, imsejħa Villegaignon. Din hija l-usa’ triq ġewwa l-Imdina.
  • 25. Toroq ġewwa l- Imdina Illum l-Imdina hija attrazzjoni għat- turisti. Dawn jieħdu gost imorru fit-toroq dojoq u mgħawwġin tagħha u jaraw il- bini sabiħ li fiha.
  • 26. It-toroq ġewwa l-Imdina kienu dojoq u mserpa biex il-Maltin u l-Kavallieri setgħu jaħarbu u jistaħbew faċilment mill- għadu.
  • 27. Apparti minnhekk, f’każ ta’ xi attakk il-passaġġ tan-nies ikun limitat u l- vleġeġ ma jwasslux fit-tul. Fl-istess ħin id-djar kienu jkunu protetti mix- xemx.
  • 28. Fl-1530 Malta giet f’idejn il-Kavallieri ta’ San Ġwann, iżda billi l-istill tal-ġlied kien tbiddel, dawn stabbilixxew ruħhom fil- Birgu. Pero’, minħabba l- attakki spissi tal-furbani Torok, huma komplew isaħħu s-swar. L-Imdina żammewha bħala s-simbolu ta’ awtorita’ fejn kienu jitilgħu l-Gran Mastri biex jieħdu l-ġurament tal- ħatra tagħhom.
  • 29. Illum l-Imdina m’għadhiex belt importanti bħal qabel. Malli l-Kavallieri ta’ San Ġwann bnew il-Belt Valletta, in-nies importanti tal- Gvern, tal-Knisja u l-kbarat li qabel kienu joqogħdu l-Imdina, bnew il-palazzi tagħhom fil-belt il-ġdida. Minħabba f’hekk l-Imdina tilfet l-importanza tagħha u saret il-belt siekta. Il-Belt Valletta
  • 30. Entratura oħra għall-Imdina. Bieb il-Griegi, il-bieb l-antik li kien jintuża fis-seklu 15.
  • 31. Minn fuq is-swar tal-Imdina, in-nies tista’ tara veduta sabiħa tal-postijiet ta’ madwar. Tista’ tara nofs Malta mill-Imdina.
  • 32. L-Imdina kellha l-isem ta’ Citta Notabile wkoll. Ingħatalha dan l-isem għax ir-Re Alfonsu ħamsa ta’ Spanja kien għolla d- dinjita’ tagħha meta sejħilha ġawrha prezzjuża tal-kuruna tiegħu.
  • 33. Issa aħsbu sew min huma dawn: Ninsab fuq għolja fin- L-Imdina nofs ta’ Malta. Tajna l-isem lil din il- belt u baqa’ hekk sal- L-Għarab lum. Għandi l-palazz tiegħi L-Arċisqof ħdejn il-Katidral. Pawlu Cremona
  • 34. Issa aħsbu sew min huma dawn: Imsemmi għal Gran Mastru Vilhena u llum Il-Palazz jiena l-Mużew tal- Vilhena Istorja Naturali. Ġejna mibnija biex Swar niddefendu l-Imdina. Il-Katidral hu ddedikat lili. San Pawl
  • 35. Issa aħsbu sew min huma dawn: San Publiju, Aħna t-tliet protetturi ta’ Malta. San Pawl u Sant’ Agata Ftaħt il-bieb prinċipali Il-Perit Francois tal-Imdina. Mondion. Dari kont torri tal- għassa, illum inservi ta’ It-Torri tal- uffiċju ta’ informazzjoni Istandard għat-turisti.
  • 36. Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.
  • 37. Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.
  • 38. Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini importanti ġewwa l-Imdina u għidu liema huwa. Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.
  • 39. Attivita’ f’pari  F’pari, agħmlu lista ta’ dawk l-affarijiet li tgħallimtu llum dwar l-Imdina. Wara aqsmuhom mal-kumplament ta’ sħabkom u araw x’lista toħolqu lkoll flimkien.
  • 40. Tmiem Minn Ms. Elaine Muscat u l-Istudenti tal-Ħames sena. Kulleġġ San Benedittu Skola Primarja Mqabba.