SlideShare a Scribd company logo
1 of 5
Download to read offline
Ħsieb tas-SEBA’ JUM tan-NOVENA
Fr. Nicholas Cachia
Fid-Dokument tal-Konċilju Vatikan II dwar il-Knisja, Lumen Gentium, naqraw li “l-Verġni
Mqaddsa mxiet ’il quddiem fil-pellegrinaġġ tagħha ta’ fidi u żammet bil-fedeltà l-għaqda
tagħha ma’ Binha sas-salib” (par. 58). Xi jfisser dak li qiegħed jgħidilna l-Konċilju? “Imxiet
pellegrinaġġ”, jiġifieri “għamlet progress, għamlet mixja ’il quddiem”. Ifisser li Marija ma
kelliex iswed fuq l-abjad dak kollu li kienet tfisser l-“iva” tagħha lill-anġlu mill-bidu, ma
fehmitx kollox f’daqqa. Ifisser li riedet tifhem, tiskopri pass pass it-triq li l-Mulej xtaqha
timxi u twieġeb għaliha, jum wara jum, ċirkustanza wara l-oħra. Eżatt kif jiġri lilna. L-“iva”
tagħna lil Alla rridu ngħixuha pass pass fil-ħajja tagħna.
Tajjeb għalhekk nistaqsu x’kienet tfisser fil-ħajja tal-
Madonna li temmen. Żgur li għaliha l-fidi ma kinitx tfisser li
jkollha biss xi ideat, xi ħsibijiet dwar Alla, frott tal-kultura li
tgħix fiha. Lanqas ma kienet tfisser li tagħmel xi affarijiet, xi
ġesti ta’ kult, bħal li tmur is-Sinagoga kull nhar ta’ Sibt u
mbagħad tkun tista’ tibqa’ tgħix ħajjitha bil-kumdità. Inħoss
li jgħodd ħafna l-kliem li qal il-Papa Franġisku waqt it-talba
tal-Angelus tat-18 ta’ Awwissu li għadda: “Il-fidi mhijiex xi
ħaġa li żżejjen, ornament; li tgħix il-fidi ma jfissirx li żżejjen
ħajtek bi ftit reliġjon, qisu għandek kejk u żżejnu bi ftit
panna. Le, din mhix fidi. Il-fidi tfisser tagħżel lil Alla bħala
l-kriterju ta’ ħajtek, dak li fuqu tibni ’l ħajtek, u Alla
mhuwiex vojt, Alla mhuwiex newtrali, Alla huwa dejjem
pożittiv, Alla huwa mħabba, u l-imħabba hija pożittiva!”
(Angelus, 18 ta’ Awwissu 2013).
Sa minn mindu kienet ċkejkna, iffurmata mill-ġenituri tagħha Ġwakkin u Anna, Marija
għarrfet tagħżel li tgħix f’relazzjoni ma’ dan Alla li kien wera lilu nnifsu fl-istorja tal-poplu
ta’ Iżrael. Għaliha Alla ma kienx ftit ideat. Alla, u l-Kelma tiegħu, kienu realtà li fuqhom
riedet tfassal ħajjitha fuqhom. Ma setatx u ma riditx tgħix mument wieħed mingħajr ma
tagħmel riferenza għalihom. Għalhekk hi ssottomettiet lilha nfisha taħt dan Alla u l-kelma
tiegħu. Xi tfisser “issottomettiet”? Tfisser “tpoġġi lilek innifsek taħt”, tħalli li “tkun
influwenzat minn”, “tippermetti li ħajtek tkun imfassla minn”. Allura jfisser li jkun hemm
deċiżjoni, li tista’ tittieħed f’mument wieħed jew tul ħajtek bil-mod il-mod, li fiha tgħid li dak
kollu li naħseb, dak kollu li nħoss, dak kollu li nkun miġbud lejh, dak kollu li ngħid u li
nagħmel, kollu rrid li jgħaddi mill-għarbiel tar-relazzjoni tiegħi ma’ Alla. Dan ifisser dak li
qal il-Papa li “Alla mhuwiex newtrali”.
Mela l-ewwel atteġġjament bażiku fil-ħajja tal-fidi, għal Marija u għalina lkoll, huwa li
nitgħallmu “nirċievu” mingħand Alla, li nħallu lilna nfusna nitfasslu minn Alla. Il-Papa
Benedittu XVI, f’diskors li kien għamel lill-Knisja ta’ Ruma f’Ġunju 2012, għamel din ir-
riflessjoni: “Li insiru nsara mhix xi ħaġa li ssegwi deċiżjoni li nieħu jien: ‘Issa ħa nagħmel lili
nnifsi nisrani’. Ċert, anke d-deċiżjoni tiegħi hija bżonnjuża, imma fuq kollox hija l-azzjoni ta’
Alla miegħi: mhuwiex jien li nagħmel lili nnifsi nisrani, imma Alla jagħzilni, Alla jeħodni
minn idejja u hekk, waqt li ngħid ‘iva’ għal din l-azzjoni ta’ Alla, insir nisrani. Li nsiru nsara,
f’ċertu sens, hija xi ħaġa passiva: jien ma nagħmilx lili nnifsi nisrani, imma Alla jagħmilni
bniedem tiegħu, Alla jeħodni f’idejh u jagħti lil ħajti sura ġdida” (Lectio Divina, 11 ta’ Gunju
2012).
Il-profeti jużaw tixbiħa ħelwa biex ifehmuna din il-verità: it-tafal f’idejn il-fuħħari. “Mulej,
int missierna; aħna t-tafal, u inti l-fuħħari; aħna lkoll għemil idejk” (Iż 64,7). “Bħalma hu t-
tafal f’idejn il-fuħħari, hekk intom f’idejja, dar Iżrael” (Ġer 18,6). Il-passiv li minnu jitkellem
il-Papa Benedittu għalhekk ifisser il-bżonn li rridu nintelqu kompletament f’idejn Alla,
b’disponibiltà sħiħa nħallu lilu jsawwarna. Hekk għamlet Marija. Hekk tistedinna biex
nagħmlu aħna fil-ħajja tagħna.
Għalhekk, element ieħor tal-fidi
huwa l-fiduċja. Jien ma
nintelaqx f’idejn xi ħadd li ma
nafux! Jien inkun lest li nafda
ħajti f’idejn xi ħadd li naf li
jħobbni. Bħalma jagħmlu t-tfal
f’idejn il-ġenituri tagħhom, għax
sa mit-twelid ikunu għamlu l-
esperjenza tal-kura tagħhom: naf
li meta jkunu hemm huma, meta
nkun f’idejhom, m’għandix
għax nibża’, se jieħdu ħsiebi, se
jagħtuni li jkolli bżonn. Il-fidi tistedinna nagħrfu li Alla huwa tassew xi ħadd li jħobbna u li
dejjem jieħu ħsiebna u jagħtina dak kollu li neħtieġu. “Tista’ mara tinsa t-tarbija tagħha, u ma
tħennx għal bin ġufha? Mqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek qatt!” (Iż 49,15). “Bi mħabba ta'
dejjem ħabbejtek, għalhekk il-ħlewwa tiegħi rfajt għalik” (Ġer 31,3).
Marija tagħmel din l-esperjenza ta’ Alla u tgħix il-ħajja tagħha f’relazzjoni sħiħa miegħu,
f’atteġġjament sħiħ ta’ fiduċja, billi tintelaq f’idejh. Kull ġrajja fil-ħajja tal-Madonna hija
xhieda ta’ din l-attitudni fejn qed tħalli lil Alla jsawwarha u jmexxiha.
Dan l-atteġġjament ifisser li inti tmut għalik innifsek, tmut għall-ideat u x-xewqat tiegħek,
tmut għall-interessi u l-egoiżmi tiegħi. Dan ma jfissirx li, fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla ma
nużawx l-intelliġenza tagħna jew ir-raġuni tagħna. Ifisser li l-kwalitajiet tiegħi, id-doni u t-
talenti tiegħi, jiena kollha npoġġihom għad-dispożizzjoni ta’ Alla. Kif tgħid dik it-talba
sabiħa ħafna ta’ Sant’Injazju: “Ħu Mulej u ilqa’ l-libertà kollha tiegħi, il-memorja, il-fehma,
u r-rieda kollha tiegħi. Kull m’għandi int tajtuli u għalhekk jien nerġa’ nroddulek u nħallih
f’idejk kollu kemm hu biex tmexxini skond ir-rieda qaddisa tiegħek. Agħtini biss imħabbtek
u l-grazzja tiegħek, b’dawn biss inkun għani biżżejjed u xejn aktar ma nkun neħtieġ”.
Marija tgħix dan l-atteġġjament b’dik it-talba-tweġiba tassew sabiħa li tgħid lill-Anġlu: “Ara,
jiena l-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1,38). Hawnhekk Marija mhux
qed toffri parti minnha lil Alla; qed toffri dak kollu li hi biex fiha u permezz tagħha sseħħ ir-
rieda tal-Mulej. Hawnhekk Marija mhux qed tgħid din l-“iva” darba biss imma tkompli
tgħidha tul il-ħajja kollha tagħha. X’differenza għamlet fl-istorja ta’ kull bniedem din l-“iva”
li qalet persuna waħda lil Alla! X’differenza tagħmel ukoll jekk inti u jien ngħidu din l-“iva”
lil Alla fil-ħajja tagħna!
Kif jgħid il-Papa Benedittu XVI, is-Sena tal-Fidi li aħna qed
ngħixu, hija “sejħa biex mill- ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku
lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja... Permezz tal-fidi, din
il-ħajja ġdida ssawwar il-ħajja kollha kemm hi tal-bniedem
skont ir-realtà radikali tal-qawmien. Aktar ma jkun hemm
koperazzjoni ħielsa, aktar jissaffew u jinbidlu bil-mod il-
ħsibijiet u l-imħabbiet tal-bniedem, il-mentalità u l-imġieba
tiegħu fil-vjaġġ li qatt ma jintemm b’mod sħiħ f’din il-ħajja”
(Porta Fidei, 6).
Apparti nilqgħu b’qalb miftuħa dan id-don tal-fidi mingħand il-
Mulej, irridu wkoll nimpenjaw ruħna biex nidħlu iżjed fil-fond
f’dak li aħna nemmnu. Ma nistgħux nibqgħu bil-ftit tagħlim bażiku li ħadna meta konna
ċkejknin. Irridu nikbru, insiru adulti, irridu nitgħallmu! Jekk nibqa’ bil-ftit li tgħallimt insajjar
meta kont żgħir, ma tantx se niekol ikel ta’ sustanza, għaliex ma mmur iktar minn xi bajda
moqlija!! Hekk ukoll fil-fidi: irridu nikbru, irridu nitgħallmu. Mill-ġdid il-Papa Benedittu:
“Hu essenzjali li nkunu nafu x’inhu dak li nemmnu fih biex inkunu nistgħu nagħtu l-kunsens
tagħna, jiġifieri biex nilqgħu (adeżjoni) b’mod sħiħ bl-intelliġenza u r-rieda dak li l-Knisja
tipproponielna. L-għerf tal-fidi jdaħħalna fil-misteru salvifiku sħiħ li Alla wriena” (Porta
Fidei, 10). Għeżież, hu importanti ħafna li nieħdu l-okkażjoni biex naqraw, nistudjaw u
nattendu għal ħafna laqgħat ta’ tagħlim li jsiru fid-Djoċesi u fil-Parroċċa tagħna.
“Li l-Knisja tipproponielna” – għaliex jien ma nemminx waħdi. Jien qiegħed f’komunità. Il-
“jiena nemmen” trid issir dejjem iżjed parti mill-“aħna nemmnu” bħala komunità. U trid tkun
sostnuta minnha. Jeħtieġ, iva, nagħmel l-istqarrija tal-fidi tiegħi b’mod personali. Imma jien
irċevejt il-Bibbja, il-Kelma ta’ Alla mill-Knisja. Il-Knisja kienet dik li matul is-sekli spjegatli
u fetħitli dan it-tagħlim b’mod li nista’ nifhmu dejjem iżjed. Il-Knisja hija dik li permezz tal-
ministeru tagħha fis-Sagramenti u fiċ-ċelebrazzjoni tal-Liturġija tlaqqagħni b’mod mill-iżjed
personali mal-grazzja ta’ Alla li tbiddilni. Qatt ma nista’ nkun “jien u Kristu, jew Alla,
waħdi”. L-att tal-fidi tiegħi jrid iseħħ fil-kuntest tal-Knisja u grazzi għall-għajnuna kollha li
nirċievi minn hemm. Eżempju mill-isbaħ ta’ dan huwa l-preżenza ta’ Marija f’nofs id-
dixxipli fiċ-Ċenaklu jistennew il-miġja tal-Ispirtu s-Santu: “Ilkoll qalb waħda kienu jitolbu
flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, omm Ġesù, u ma’ ħutu” (Atti 1,14). Żgur li Marija kienet
qed tagħmel il-kuraġġ lil dawn id-dixxipli waqt li taqsam magħhom l-esperjenza tagħha ta’
fiduċja totali fil-Mulej Ġesù. Turina l-bżonn tal-komunità biex inkunu nistgħu ngħixu l-
esperjenza tal-fidi tagħna. Ma nistax ngħix waħdi ta’ nisrani: “nissieħeb ma’ kull min għandu
l-biża’ tiegħek, ma’ dawk li jħarsu l-preċetti tiegħek” (S. 119, 63).
Fl-aħħarnett, “l-istqarrija tal-fomm turi li l-fidi titlob xhieda u impenn fil-pubbliku. In-nisrani
qatt ma għandu jaħseb li t-twemmin hu xi ħaġa privata... Il-fidi ... titlob ... responsabiltà
soċjali dwar dak li wieħed jemmen fih” (Porta Fidei, 10). Ma jistax ikun hemm firda bejn l-
għixien tal-fidi tagħna u t-twettieq tal-professjoni tagħna; ma nistgħux nibżgħu nuru l-valuri
nsara tagħna, anke jekk dan ifisser li ma nkunux popolari u forsi niġu wkoll imwarrba. Irridu
niksbu kuraġġ mill-eżempju ta’ tant persuni li, qabilna, għexu dan l-impenn u soffrew għalih.
Hija sejħa biex ikunu nsara “full time” u mhux “part time”.
Ejjew induru lejn Marija, Omm il-Knisja, l-Omm tagħna lkoll li nixtiequ nkunu dixxipli tal-
Mulej, li nixtiequ nagħmlu dan il-pellegrinaġġ ta’ fidi. Nitolbuha biex kif hi baqgħet temmen
u baqgħet fidila anke fil-mumenti diffiċli tal-ħajja tagħha, hekk aħna nibqgħu fidili fl-impenn
tagħna u fl-istqarrija tagħna tal-Mulej Ġesù, is-Sid u l-Feddej tagħna, sakemm naslu biex
magħha nkunu magħqudin miegħu għal dejjem.
Talba ta’ Fulberto ta’ Chartres
Santa Marija, għin lill-imsejkna,
agħti l-qawwa lil min hu bla kuraġġ,
agħmel il-qalb lid-dgħajfa.
Itlob għall-poplu,
idħol għall-Kleru,
interċedi għall-persuni kkonsagrati.
Jalla dawk li jiċċelebraw it-tifkira tiegħek,
iduqu, ilkoll, l-għajnuna ġeneruża tiegħek.
B’widnejk miftuħa għal-leħen ta’ min jitolbok,
agħmel li x-xewqa ta’ kull wieħed isseħħ.
Ħa tkun ħidmietek l-interċessjoni dejjiema għall-
poplu ta’ Alla,
int li stħaqqlek, o mbierka,
li tnissel lil min ġabilna l-fidwa tad-dinja,
dak li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.
Ammen.
Priedka 7 novena

More Related Content

What's hot

Priedka 8 novena
Priedka 8 novenaPriedka 8 novena
Priedka 8 novenazamchar
 
Priedka 5 novena
Priedka 5 novenaPriedka 5 novena
Priedka 5 novenazamchar
 
Tama nisranija (Christian Hope)
Tama nisranija (Christian Hope)Tama nisranija (Christian Hope)
Tama nisranija (Christian Hope)Claudio Laferla
 
5. grizma tal isqof
5. grizma tal isqof5. grizma tal isqof
5. grizma tal isqoffrankbalzan
 
Priedka 3 novena
Priedka 3 novenaPriedka 3 novena
Priedka 3 novenazamchar
 
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"qalagozo
 
Insara katt 7 sett
Insara katt 7 settInsara katt 7 sett
Insara katt 7 settzamchar
 

What's hot (8)

Priedka 8 novena
Priedka 8 novenaPriedka 8 novena
Priedka 8 novena
 
Priedka 5 novena
Priedka 5 novenaPriedka 5 novena
Priedka 5 novena
 
Tama nisranija (Christian Hope)
Tama nisranija (Christian Hope)Tama nisranija (Christian Hope)
Tama nisranija (Christian Hope)
 
5. grizma tal isqof
5. grizma tal isqof5. grizma tal isqof
5. grizma tal isqof
 
Priedka 3 novena
Priedka 3 novenaPriedka 3 novena
Priedka 3 novena
 
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"
 
Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu
Il-Labtu tal-Madonna tal-KarmnuIl-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu
Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu
 
Insara katt 7 sett
Insara katt 7 settInsara katt 7 sett
Insara katt 7 sett
 

Similar to Priedka 7 novena

Sena tal-Fidi_Introduzzjoni
Sena tal-Fidi_IntroduzzjoniSena tal-Fidi_Introduzzjoni
Sena tal-Fidi_IntroduzzjoniClaudio Laferla
 
10.7 - is-seba' sagramenti
10.7 - is-seba' sagramenti10.7 - is-seba' sagramenti
10.7 - is-seba' sagramentiTiffany Spiteri
 
Img 0002
Img 0002Img 0002
Img 0002zamchar
 
Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014zamchar
 
Ekumenizmu laqgha zghazagh
Ekumenizmu laqgha zghazaghEkumenizmu laqgha zghazagh
Ekumenizmu laqgha zghazaghReuben Gauci
 

Similar to Priedka 7 novena (6)

Sena tal-Fidi_Introduzzjoni
Sena tal-Fidi_IntroduzzjoniSena tal-Fidi_Introduzzjoni
Sena tal-Fidi_Introduzzjoni
 
10.7 - is-seba' sagramenti
10.7 - is-seba' sagramenti10.7 - is-seba' sagramenti
10.7 - is-seba' sagramenti
 
Img 0002
Img 0002Img 0002
Img 0002
 
Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014
 
Il beatitudnijiet 1
Il beatitudnijiet 1Il beatitudnijiet 1
Il beatitudnijiet 1
 
Ekumenizmu laqgha zghazagh
Ekumenizmu laqgha zghazaghEkumenizmu laqgha zghazagh
Ekumenizmu laqgha zghazagh
 

More from zamchar

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26zamchar
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22zamchar
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruanazamchar
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parroccazamchar
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014zamchar
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014zamchar
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014zamchar
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014zamchar
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014zamchar
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3zamchar
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013zamchar
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013zamchar
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013zamchar
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013zamchar
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013zamchar
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidizamchar
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2zamchar
 
Nieqa nov 2013 p1
Nieqa nov 2013 p1Nieqa nov 2013 p1
Nieqa nov 2013 p1zamchar
 

More from zamchar (20)

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parrocca
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidi
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2
 
Nieqa nov 2013 p1
Nieqa nov 2013 p1Nieqa nov 2013 p1
Nieqa nov 2013 p1
 

Priedka 7 novena

  • 1. Ħsieb tas-SEBA’ JUM tan-NOVENA Fr. Nicholas Cachia Fid-Dokument tal-Konċilju Vatikan II dwar il-Knisja, Lumen Gentium, naqraw li “l-Verġni Mqaddsa mxiet ’il quddiem fil-pellegrinaġġ tagħha ta’ fidi u żammet bil-fedeltà l-għaqda tagħha ma’ Binha sas-salib” (par. 58). Xi jfisser dak li qiegħed jgħidilna l-Konċilju? “Imxiet pellegrinaġġ”, jiġifieri “għamlet progress, għamlet mixja ’il quddiem”. Ifisser li Marija ma kelliex iswed fuq l-abjad dak kollu li kienet tfisser l-“iva” tagħha lill-anġlu mill-bidu, ma fehmitx kollox f’daqqa. Ifisser li riedet tifhem, tiskopri pass pass it-triq li l-Mulej xtaqha timxi u twieġeb għaliha, jum wara jum, ċirkustanza wara l-oħra. Eżatt kif jiġri lilna. L-“iva” tagħna lil Alla rridu ngħixuha pass pass fil-ħajja tagħna. Tajjeb għalhekk nistaqsu x’kienet tfisser fil-ħajja tal- Madonna li temmen. Żgur li għaliha l-fidi ma kinitx tfisser li jkollha biss xi ideat, xi ħsibijiet dwar Alla, frott tal-kultura li tgħix fiha. Lanqas ma kienet tfisser li tagħmel xi affarijiet, xi ġesti ta’ kult, bħal li tmur is-Sinagoga kull nhar ta’ Sibt u mbagħad tkun tista’ tibqa’ tgħix ħajjitha bil-kumdità. Inħoss li jgħodd ħafna l-kliem li qal il-Papa Franġisku waqt it-talba tal-Angelus tat-18 ta’ Awwissu li għadda: “Il-fidi mhijiex xi ħaġa li żżejjen, ornament; li tgħix il-fidi ma jfissirx li żżejjen ħajtek bi ftit reliġjon, qisu għandek kejk u żżejnu bi ftit panna. Le, din mhix fidi. Il-fidi tfisser tagħżel lil Alla bħala l-kriterju ta’ ħajtek, dak li fuqu tibni ’l ħajtek, u Alla mhuwiex vojt, Alla mhuwiex newtrali, Alla huwa dejjem pożittiv, Alla huwa mħabba, u l-imħabba hija pożittiva!” (Angelus, 18 ta’ Awwissu 2013). Sa minn mindu kienet ċkejkna, iffurmata mill-ġenituri tagħha Ġwakkin u Anna, Marija għarrfet tagħżel li tgħix f’relazzjoni ma’ dan Alla li kien wera lilu nnifsu fl-istorja tal-poplu ta’ Iżrael. Għaliha Alla ma kienx ftit ideat. Alla, u l-Kelma tiegħu, kienu realtà li fuqhom riedet tfassal ħajjitha fuqhom. Ma setatx u ma riditx tgħix mument wieħed mingħajr ma tagħmel riferenza għalihom. Għalhekk hi ssottomettiet lilha nfisha taħt dan Alla u l-kelma tiegħu. Xi tfisser “issottomettiet”? Tfisser “tpoġġi lilek innifsek taħt”, tħalli li “tkun influwenzat minn”, “tippermetti li ħajtek tkun imfassla minn”. Allura jfisser li jkun hemm deċiżjoni, li tista’ tittieħed f’mument wieħed jew tul ħajtek bil-mod il-mod, li fiha tgħid li dak kollu li naħseb, dak kollu li nħoss, dak kollu li nkun miġbud lejh, dak kollu li ngħid u li nagħmel, kollu rrid li jgħaddi mill-għarbiel tar-relazzjoni tiegħi ma’ Alla. Dan ifisser dak li qal il-Papa li “Alla mhuwiex newtrali”. Mela l-ewwel atteġġjament bażiku fil-ħajja tal-fidi, għal Marija u għalina lkoll, huwa li nitgħallmu “nirċievu” mingħand Alla, li nħallu lilna nfusna nitfasslu minn Alla. Il-Papa Benedittu XVI, f’diskors li kien għamel lill-Knisja ta’ Ruma f’Ġunju 2012, għamel din ir- riflessjoni: “Li insiru nsara mhix xi ħaġa li ssegwi deċiżjoni li nieħu jien: ‘Issa ħa nagħmel lili nnifsi nisrani’. Ċert, anke d-deċiżjoni tiegħi hija bżonnjuża, imma fuq kollox hija l-azzjoni ta’
  • 2. Alla miegħi: mhuwiex jien li nagħmel lili nnifsi nisrani, imma Alla jagħzilni, Alla jeħodni minn idejja u hekk, waqt li ngħid ‘iva’ għal din l-azzjoni ta’ Alla, insir nisrani. Li nsiru nsara, f’ċertu sens, hija xi ħaġa passiva: jien ma nagħmilx lili nnifsi nisrani, imma Alla jagħmilni bniedem tiegħu, Alla jeħodni f’idejh u jagħti lil ħajti sura ġdida” (Lectio Divina, 11 ta’ Gunju 2012). Il-profeti jużaw tixbiħa ħelwa biex ifehmuna din il-verità: it-tafal f’idejn il-fuħħari. “Mulej, int missierna; aħna t-tafal, u inti l-fuħħari; aħna lkoll għemil idejk” (Iż 64,7). “Bħalma hu t- tafal f’idejn il-fuħħari, hekk intom f’idejja, dar Iżrael” (Ġer 18,6). Il-passiv li minnu jitkellem il-Papa Benedittu għalhekk ifisser il-bżonn li rridu nintelqu kompletament f’idejn Alla, b’disponibiltà sħiħa nħallu lilu jsawwarna. Hekk għamlet Marija. Hekk tistedinna biex nagħmlu aħna fil-ħajja tagħna. Għalhekk, element ieħor tal-fidi huwa l-fiduċja. Jien ma nintelaqx f’idejn xi ħadd li ma nafux! Jien inkun lest li nafda ħajti f’idejn xi ħadd li naf li jħobbni. Bħalma jagħmlu t-tfal f’idejn il-ġenituri tagħhom, għax sa mit-twelid ikunu għamlu l- esperjenza tal-kura tagħhom: naf li meta jkunu hemm huma, meta nkun f’idejhom, m’għandix għax nibża’, se jieħdu ħsiebi, se jagħtuni li jkolli bżonn. Il-fidi tistedinna nagħrfu li Alla huwa tassew xi ħadd li jħobbna u li dejjem jieħu ħsiebna u jagħtina dak kollu li neħtieġu. “Tista’ mara tinsa t-tarbija tagħha, u ma tħennx għal bin ġufha? Mqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek qatt!” (Iż 49,15). “Bi mħabba ta' dejjem ħabbejtek, għalhekk il-ħlewwa tiegħi rfajt għalik” (Ġer 31,3). Marija tagħmel din l-esperjenza ta’ Alla u tgħix il-ħajja tagħha f’relazzjoni sħiħa miegħu, f’atteġġjament sħiħ ta’ fiduċja, billi tintelaq f’idejh. Kull ġrajja fil-ħajja tal-Madonna hija xhieda ta’ din l-attitudni fejn qed tħalli lil Alla jsawwarha u jmexxiha. Dan l-atteġġjament ifisser li inti tmut għalik innifsek, tmut għall-ideat u x-xewqat tiegħek, tmut għall-interessi u l-egoiżmi tiegħi. Dan ma jfissirx li, fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla ma nużawx l-intelliġenza tagħna jew ir-raġuni tagħna. Ifisser li l-kwalitajiet tiegħi, id-doni u t- talenti tiegħi, jiena kollha npoġġihom għad-dispożizzjoni ta’ Alla. Kif tgħid dik it-talba sabiħa ħafna ta’ Sant’Injazju: “Ħu Mulej u ilqa’ l-libertà kollha tiegħi, il-memorja, il-fehma, u r-rieda kollha tiegħi. Kull m’għandi int tajtuli u għalhekk jien nerġa’ nroddulek u nħallih f’idejk kollu kemm hu biex tmexxini skond ir-rieda qaddisa tiegħek. Agħtini biss imħabbtek u l-grazzja tiegħek, b’dawn biss inkun għani biżżejjed u xejn aktar ma nkun neħtieġ”. Marija tgħix dan l-atteġġjament b’dik it-talba-tweġiba tassew sabiħa li tgħid lill-Anġlu: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1,38). Hawnhekk Marija mhux qed toffri parti minnha lil Alla; qed toffri dak kollu li hi biex fiha u permezz tagħha sseħħ ir- rieda tal-Mulej. Hawnhekk Marija mhux qed tgħid din l-“iva” darba biss imma tkompli
  • 3. tgħidha tul il-ħajja kollha tagħha. X’differenza għamlet fl-istorja ta’ kull bniedem din l-“iva” li qalet persuna waħda lil Alla! X’differenza tagħmel ukoll jekk inti u jien ngħidu din l-“iva” lil Alla fil-ħajja tagħna! Kif jgħid il-Papa Benedittu XVI, is-Sena tal-Fidi li aħna qed ngħixu, hija “sejħa biex mill- ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja... Permezz tal-fidi, din il-ħajja ġdida ssawwar il-ħajja kollha kemm hi tal-bniedem skont ir-realtà radikali tal-qawmien. Aktar ma jkun hemm koperazzjoni ħielsa, aktar jissaffew u jinbidlu bil-mod il- ħsibijiet u l-imħabbiet tal-bniedem, il-mentalità u l-imġieba tiegħu fil-vjaġġ li qatt ma jintemm b’mod sħiħ f’din il-ħajja” (Porta Fidei, 6). Apparti nilqgħu b’qalb miftuħa dan id-don tal-fidi mingħand il- Mulej, irridu wkoll nimpenjaw ruħna biex nidħlu iżjed fil-fond f’dak li aħna nemmnu. Ma nistgħux nibqgħu bil-ftit tagħlim bażiku li ħadna meta konna ċkejknin. Irridu nikbru, insiru adulti, irridu nitgħallmu! Jekk nibqa’ bil-ftit li tgħallimt insajjar meta kont żgħir, ma tantx se niekol ikel ta’ sustanza, għaliex ma mmur iktar minn xi bajda moqlija!! Hekk ukoll fil-fidi: irridu nikbru, irridu nitgħallmu. Mill-ġdid il-Papa Benedittu: “Hu essenzjali li nkunu nafu x’inhu dak li nemmnu fih biex inkunu nistgħu nagħtu l-kunsens tagħna, jiġifieri biex nilqgħu (adeżjoni) b’mod sħiħ bl-intelliġenza u r-rieda dak li l-Knisja tipproponielna. L-għerf tal-fidi jdaħħalna fil-misteru salvifiku sħiħ li Alla wriena” (Porta Fidei, 10). Għeżież, hu importanti ħafna li nieħdu l-okkażjoni biex naqraw, nistudjaw u nattendu għal ħafna laqgħat ta’ tagħlim li jsiru fid-Djoċesi u fil-Parroċċa tagħna. “Li l-Knisja tipproponielna” – għaliex jien ma nemminx waħdi. Jien qiegħed f’komunità. Il- “jiena nemmen” trid issir dejjem iżjed parti mill-“aħna nemmnu” bħala komunità. U trid tkun sostnuta minnha. Jeħtieġ, iva, nagħmel l-istqarrija tal-fidi tiegħi b’mod personali. Imma jien irċevejt il-Bibbja, il-Kelma ta’ Alla mill-Knisja. Il-Knisja kienet dik li matul is-sekli spjegatli u fetħitli dan it-tagħlim b’mod li nista’ nifhmu dejjem iżjed. Il-Knisja hija dik li permezz tal- ministeru tagħha fis-Sagramenti u fiċ-ċelebrazzjoni tal-Liturġija tlaqqagħni b’mod mill-iżjed personali mal-grazzja ta’ Alla li tbiddilni. Qatt ma nista’ nkun “jien u Kristu, jew Alla, waħdi”. L-att tal-fidi tiegħi jrid iseħħ fil-kuntest tal-Knisja u grazzi għall-għajnuna kollha li nirċievi minn hemm. Eżempju mill-isbaħ ta’ dan huwa l-preżenza ta’ Marija f’nofs id- dixxipli fiċ-Ċenaklu jistennew il-miġja tal-Ispirtu s-Santu: “Ilkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, omm Ġesù, u ma’ ħutu” (Atti 1,14). Żgur li Marija kienet qed tagħmel il-kuraġġ lil dawn id-dixxipli waqt li taqsam magħhom l-esperjenza tagħha ta’ fiduċja totali fil-Mulej Ġesù. Turina l-bżonn tal-komunità biex inkunu nistgħu ngħixu l- esperjenza tal-fidi tagħna. Ma nistax ngħix waħdi ta’ nisrani: “nissieħeb ma’ kull min għandu l-biża’ tiegħek, ma’ dawk li jħarsu l-preċetti tiegħek” (S. 119, 63). Fl-aħħarnett, “l-istqarrija tal-fomm turi li l-fidi titlob xhieda u impenn fil-pubbliku. In-nisrani qatt ma għandu jaħseb li t-twemmin hu xi ħaġa privata... Il-fidi ... titlob ... responsabiltà soċjali dwar dak li wieħed jemmen fih” (Porta Fidei, 10). Ma jistax ikun hemm firda bejn l- għixien tal-fidi tagħna u t-twettieq tal-professjoni tagħna; ma nistgħux nibżgħu nuru l-valuri
  • 4. nsara tagħna, anke jekk dan ifisser li ma nkunux popolari u forsi niġu wkoll imwarrba. Irridu niksbu kuraġġ mill-eżempju ta’ tant persuni li, qabilna, għexu dan l-impenn u soffrew għalih. Hija sejħa biex ikunu nsara “full time” u mhux “part time”. Ejjew induru lejn Marija, Omm il-Knisja, l-Omm tagħna lkoll li nixtiequ nkunu dixxipli tal- Mulej, li nixtiequ nagħmlu dan il-pellegrinaġġ ta’ fidi. Nitolbuha biex kif hi baqgħet temmen u baqgħet fidila anke fil-mumenti diffiċli tal-ħajja tagħha, hekk aħna nibqgħu fidili fl-impenn tagħna u fl-istqarrija tagħna tal-Mulej Ġesù, is-Sid u l-Feddej tagħna, sakemm naslu biex magħha nkunu magħqudin miegħu għal dejjem. Talba ta’ Fulberto ta’ Chartres Santa Marija, għin lill-imsejkna, agħti l-qawwa lil min hu bla kuraġġ, agħmel il-qalb lid-dgħajfa. Itlob għall-poplu, idħol għall-Kleru, interċedi għall-persuni kkonsagrati. Jalla dawk li jiċċelebraw it-tifkira tiegħek, iduqu, ilkoll, l-għajnuna ġeneruża tiegħek. B’widnejk miftuħa għal-leħen ta’ min jitolbok, agħmel li x-xewqa ta’ kull wieħed isseħħ. Ħa tkun ħidmietek l-interċessjoni dejjiema għall- poplu ta’ Alla, int li stħaqqlek, o mbierka, li tnissel lil min ġabilna l-fidwa tad-dinja, dak li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.