SlideShare a Scribd company logo
1 of 3
Download to read offline
Ħsieb tal-ĦAMES jum tan-NOVENA
Fr. Nicholas Cachia
Kemm nies iħossuhom qrib ta’ Marija taħt is-Salib ta’
Binha Ġesù! Kemm persuni li jkunu għaddejjin mit-
tiġrib tal-ħajja jirrikorru għand Marija Addolorata biex
tinterċedi għalihom. Biżżejjed niftakru fil-purċissjoni
tad-Duluri li nagħmlu ftit qabel il-Ġimgħa l-Kbira biex
naraw x’rabta hemm bejn Marija u l-ħajja li ngħixu bit-
toqol u d-diffikultajiet u l-isfidi tagħha.
Illum magħna għandna persuni li għaddejjin mill-prova
tal-ħajja; persuni li tilfu lil xi ħadd għażiż ħafna fil-ħajja
tagħhom; persuni li qed jgħixu t-toqol tas-snin u, forsi
wkoll, it-toqol tal-ħajja waħidhom. L-istedina tagħna
llum hija li nħarsu lejn il-figura ta’ Marija u nħalluha
tikkunslana u turina t-triq tat-tama, li nsibuha f’Binha
Ġesù li permezz tas-Salib tiegħu fetħilna t-triq għall-
ħajja ta’ dejjem.
Ejjew nixħtu l-ħarsa tagħna fuq Marija taħt is-Salib ta’ Ġesù. Naraw lil Marija mgħannqa
mas-Salib mhux biss għaliex, bħala omm, qalbha maqsuma għat-tbatija li kellu jgħaddi
minnha Binha, imma wkoll għaliex trid tissieħeb miegħu fit-twettiq tar-rieda tal-Missier.
San Luqa jgħidilna, fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu, li kienet “tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ
kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha” (Lq 2,19). Hawnhekk l-Evanġelista qed jirreferi
għat-twelid ta’ Ġesù. Iktar ’il quddiem (2,51) juża’ espressjoni simili b’riferenza għal meta
Ġesù ntilef u wara tlitt ijiem sabuh fit-Tempju f’Ġerusalemm, jiddiskuti mall-Għalliema tal-
Liġi. M’għandniex dubju li Marija baqgħet tirrifletti fuq dan il-misteru kbir li Alla fdalha
f’idejha biex, flimkien ma’ San Ġużepp, tieħu ħsiebu u tagħtih kull ma kien jeħtieġ bħala
bniedem.
Iktar ma Marija fehemet ir-rieda ta’ Alla għal Ġesù, iktar riedet tingħaqad miegħu fit-twettiq
tagħha, iktar riedet tinkoraġġih biex iwettaqha sal-aħħar. L-okkażjoni tat-Tieġ ta’ Kana meta
Marija daret fuq Ġesù sabiex jgħin lill-għarajjes li kien naqashom l-inbid nistgħu nifhmuha
bħala l-karba ta’ Bint Sijon biex il-Mulej juri wiċċu u jibda l-ħidma ta’ salvazzjoni għall-
poplu. Nimmaġina lil Marija titlob is-Salm 80 u titniehed quddiem il-Mulej, kif kienu
jagħmlu l-erwieħ qaddisa ta’ dak iż-żmien: “Qajjem il-qawwa tiegħek, u ejja ħa ssalvana.
Reġġagħna għal li konna, Alla ta’ l-eżerċti; itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi” (3-4).
Marija kienet imnissla mingħajr it-tebgħa tad-dnub tan-nisel u, tul ħajjitha kollha, żammet
qalbha dejjem miftuħa għall-grazzja ta’ Alla. Hi kellha qalbha kollha sabiħa, kollha safja,
mingħajr ebda tebgħa. Għalhekk, bħal ma jiġri, kienet ħafna sensittiva għat-toqol tad-dnub
tal-bniedem. Kienet titnikket ħafna meta tara lill-bniedem jagħlaq qalbu għall-grazzja ta’
Alla. Aħsbu ftit kemm kienet tingħafas il-qalb ta’ Marija meta tara n-nies iwarrbu lil Binha,
iżebilħuh. Min jaf in-niket kbir meta bdiet tisma’ lill-istess kapijiet tal-poplu tagħha
jippjanaw biex jeqirdu lil Ġesù. Hi, li kienet ħaġa waħda mal-pjan ta’ Alla, kienet tissielet
mal-fatt li l-bnedmin ma kellhomx qalbhom miftuħa għal dan il-pjan: kif jista’ jkun jaraw
daqstant imħabba, ħniena, maħfra u jibqgħu qalbhom magħluqa? kif jista’ jkun jaraw tant
qawwa ta’ Alla fil-mirakli u xorta jibqgħu ma jemmnux?
Bil-mod il-mod Marija fehmet li biex id-dnub jintrebaħ kellu bżonn att kbir tal-imħabba ta’
Alla. Forsi qatt ma immaġinat fejn dan l-att kien se jwassal lil Binha Ġesù imma mxiet
miegħu pass pass, b’fedeltà tassew tal-għaġeb. U hemm hi fit-triq tal-passjoni, tara lil Binha,
kollu mbiċċer, mgħobbi t-toqol tas-Salib, ħa jaqa’ u ma jaqax ... u hi ... qalbha maqsuma,
tagħmillu l-kuraġġ, b’għajnejha tħeggu biex jibqa’ miexi ’l quddiem, biex jibqa’ jingħata sal-
aħħar. U narawha tibqa’ miexja miegħu, tiela’ l-għolja ta’ Ġerusalemm li twassal għal
Golgota u hemmhekk tara lil Ġesù, Bin l-Għoli, jinxteħet mal-art, il-libsa kollha mtebba’
demm li kellu mwaħħla ma’ ġismu mċarrta
minn miegħu u l-ġrieħi jerġgħu jinfetħu u
jibdew inixxu mill-ġdid il-ftit demm li kien
fadal f’ġismu. Imbagħad tisma’ id-daqqiet
tal-martell kbir fuq l-imsiemer u dawn
itaqqbu l-idejn u r-riġlejn qaddisa ta’ dan
il-ġisem qaddis. Xi tbatija għaddiet minnha
Marija! Imma baqgħet hemm, magħquda
ma’ Binha. Baqgħet hemm tħobb ... lil
Binha imma wkoll lill-bnedmin kollha li
permezz ta’ din it-tbatija ta’ Binha kienu
qed jinfdew. Min jaf x’kien qed jiġri fil-
qalb ta’ din l-Omm imbierka!
Kemm tbatija f’qalb muġugħa,
liema dwejjaq li jifnuha
ħasset l-Omm imbierka!
X’weġgħa ġarrbet u x’kefrija
meta ratu fit-tbatija
l-Omm lil Binha, Alla!
Marija, il-kreatura l-iktar sabiħa u l-iktar
safja, riedet tkun ma’ Ġesù f’din is-siegħa l-iktar mudlama tal-umanità: il-bniedem li jiċħad
lil Alla; il-bniedem li jiddieħak b’Alla; il-bniedem li joqtol lil Alla. U Alla, f’Ġesù jibqa’
jingħata fis-silenzju, qisu m’għandux ħila jirbaħ dik il-kefrija u dik il-krudeltà kollha. Marija
tibqa’ hemm, mgħannqa ma’ dan is-Salib, flimkien mad-dixxiplu l-maħbub, u xi nisa oħra: l-
uniċi rappreżentanti tal-umanità li jibqgħu fidili, li jibqgħu miftuħa għad-don tal-imħabba ta’
Alla. Hi temmen, fuq kollox, li minn din id-dalma kbira li waqgħet fuq l-art, Alla kapaċi
joħroġ dawl li jgħamex; minn dan il-mument ta’ disperazzjoni, Alla kapaċi joħroġ tama li
tiżboq kull tama. Marija tibqa’ temmen li, anke f’dan il-mument ta’ abbandun – anzi
speċjalment f’dan il-mument – Alla jibqa’ fidil, Alla jibqa’ preżenti: Immanuel – Alla
magħna; Ġesù – Alla li jsalva lill-poplu tiegħu minn dnubiethom. Huma l-ismijiet li juruna
min hu tassew Ġesù mhux biss fl-istorja imma wkoll, u fuq kollox, fil-ħajja tagħna.
U f’dik id-dalma u l-abbandun, tibqa’ tispikka l-imħabba sal-aħħar ta’ dan Alla li jagħmel lilu
nnifsu debboli għalina. F’ħin minnhom, lejn l-aħħar ta’ ħajtu fuq l-art, Ġesù jdur fuq ommu u
jgħidilha: “Mara, hawn hu ibnek”. U jdur lejn id-dixxiplu l-maħbub u jgħidlu: “Hawn hi
ommok” (Ġw 19, 26-27). Minn dak il-ħin aħna lkoll, li bħad-dixxiplu l-maħbub nippruvaw
nimxu wara l-Imgħallem Imsallab tagħna, insiru wlied Marija. Din l-omm tal-qalb
immakulata u safja ddaħħalna f’qabha, f’dak li hu tagħha biex tgħinna nitwaħħdu dejjem
iżjed ma’ dan Binha li jgħallimna l-Ikbar Imħabba.
Huwa tassew sinifikattiv li din l-għotja sseħħ proprju fil-mument tal-ikbar dlam, fejn l-
għajnejn ma jarawx u fejn il-moħħ ma jifhimx, jekk ma nħarsux bl-għajnejn tal-fidi u nħallu
l-Ispirtu jdaħħalna fil-misteri ta’ Alla. Hu tasseew sinifikattiv għaliex huwa proprju fil-
mumenti ta’ dlam, fil-mumenti tal-ikbar tbatija, li tiġina l-isfida l-kbira tal-fidi. Fejn int,
Mulej? Għaliex tlaqtni waħdi meta l-iktar kelli bżonnok, Mulej? Qatt ma ħarġu, forsi, minn
fommna dawn il-mistoqsijiet?
U f’dawn il-mumenti, Marija taħt is-Salib ta’ Binha, iddaħħalna taħt il-mant tagħha, u bl-
imħabba tagħha ta’ omm li tieħu ħsiebna u tifhimna, tkellimna bil-kwiet u tgħidilna li Alla
qiegħed hemm iħobbna, għalkemm aħna mhux qed narawh u mhux qed inħossuh. Hi tgħinna
nittamaw fejn naħslu nibdew naqtgħu qalbna. Tgħinna nibdew naraw xaqq ta’ dawl, fejn
inħossuna mdawwra minn kullimkien bid-dlam u mtaqqla bit-toqol.
Jiġri hekk fit-toqol tal-ħajja, meta nitilfu lil xi
ħadd tassew għażiz. Jiġri hekk f’mumenti ta’
sfida kbira għax inħossu kollox jaqa’ fuqna.
Jiġri hekk meta nibdew naqtgħu qalbna anke
minħabba d-dnub għax inħossuna dgħajfin
wisq biex nibqgħu fidili. Jiġri hekk ukoll
f’mumenti meta naraw li xi ħaġa hija
impossibbli, ma nistgħux nilħquha. F’dawn il-
mumenti kollha, Marija tgħidilna dak li
semgħet lill-Anġlu Gabrijel jgħidilha fil-
mument tat-tħabbira: “Għal Alla ma hemm
xejn li ma jistax isir” (Lq 1,37).
Il-preżenza ta’ Marija magħna tgħinna naraw fid-dlam. Il-preżenza tagħha tikkunslana u
ssostnina meta aħna dgħajfin. Il-preżenza tagħha tfakkarna fis-sejħa ta’ Binha meta aħna
ninsewh u minflok nimxu warajh, nibdew mexjin wara l-ħsibjiet u x-xewqat tagħna.
Għalhekk, nitolbuha b’qalbna kollha lil Marija, żommna f’qalbek l-iżjed safja, għaliex
magħqudin miegħek u mgħejjuna minnek, dak kollu li Alla jitlob minna jsir kollu possibbli.
Sejħa ta’ San Bernard
Fil-perikli, fid-dubji, fid-diffikultajiet, aħseb f’Marija, sejjaħ lil Marija. Tħallix li isimha jitlaq
minn fuq xufftejk, tħalli qatt li jitlaq minn qalbek. U biex inti b’mod iżjed żgur tkun tista’
taqla’ l-għajnuna tat-talb tagħha, tinsiex timxi fuq il-passi tagħha. Biha bħala gwida, qatt ma
titlef it-triq; meta ssejjaħ lilha, qatt ma int se taqta’ qalbek; sakemm hi tkun f’moħħok,
m’intix se tkun ingannat; sakemm hi żżommlok idek, ma tistax taqa’; taħt il-ħarsien tagħha,
m’għandikx minn x’hiex tibża’; jekk hi timxi quddiemek, ma tgħejjiex; jekk hi tgħinek, inti
tilħaq l-għan tiegħek.
Hom. II super “Missus Est”, 17 (Migne 183,70b-71a).

More Related Content

More from zamchar

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26zamchar
 
Talb tal Hadd
Talb tal HaddTalb tal Hadd
Talb tal Haddzamchar
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22zamchar
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruanazamchar
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parroccazamchar
 
Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014zamchar
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014zamchar
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014zamchar
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014zamchar
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014zamchar
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014zamchar
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3zamchar
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013zamchar
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013zamchar
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013zamchar
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013zamchar
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013zamchar
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidizamchar
 

More from zamchar (20)

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
 
Talb tal Hadd
Talb tal HaddTalb tal Hadd
Talb tal Hadd
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parrocca
 
Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidi
 

Priedka 5 novena

  • 1. Ħsieb tal-ĦAMES jum tan-NOVENA Fr. Nicholas Cachia Kemm nies iħossuhom qrib ta’ Marija taħt is-Salib ta’ Binha Ġesù! Kemm persuni li jkunu għaddejjin mit- tiġrib tal-ħajja jirrikorru għand Marija Addolorata biex tinterċedi għalihom. Biżżejjed niftakru fil-purċissjoni tad-Duluri li nagħmlu ftit qabel il-Ġimgħa l-Kbira biex naraw x’rabta hemm bejn Marija u l-ħajja li ngħixu bit- toqol u d-diffikultajiet u l-isfidi tagħha. Illum magħna għandna persuni li għaddejjin mill-prova tal-ħajja; persuni li tilfu lil xi ħadd għażiż ħafna fil-ħajja tagħhom; persuni li qed jgħixu t-toqol tas-snin u, forsi wkoll, it-toqol tal-ħajja waħidhom. L-istedina tagħna llum hija li nħarsu lejn il-figura ta’ Marija u nħalluha tikkunslana u turina t-triq tat-tama, li nsibuha f’Binha Ġesù li permezz tas-Salib tiegħu fetħilna t-triq għall- ħajja ta’ dejjem. Ejjew nixħtu l-ħarsa tagħna fuq Marija taħt is-Salib ta’ Ġesù. Naraw lil Marija mgħannqa mas-Salib mhux biss għaliex, bħala omm, qalbha maqsuma għat-tbatija li kellu jgħaddi minnha Binha, imma wkoll għaliex trid tissieħeb miegħu fit-twettiq tar-rieda tal-Missier. San Luqa jgħidilna, fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu, li kienet “tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha” (Lq 2,19). Hawnhekk l-Evanġelista qed jirreferi għat-twelid ta’ Ġesù. Iktar ’il quddiem (2,51) juża’ espressjoni simili b’riferenza għal meta Ġesù ntilef u wara tlitt ijiem sabuh fit-Tempju f’Ġerusalemm, jiddiskuti mall-Għalliema tal- Liġi. M’għandniex dubju li Marija baqgħet tirrifletti fuq dan il-misteru kbir li Alla fdalha f’idejha biex, flimkien ma’ San Ġużepp, tieħu ħsiebu u tagħtih kull ma kien jeħtieġ bħala bniedem. Iktar ma Marija fehemet ir-rieda ta’ Alla għal Ġesù, iktar riedet tingħaqad miegħu fit-twettiq tagħha, iktar riedet tinkoraġġih biex iwettaqha sal-aħħar. L-okkażjoni tat-Tieġ ta’ Kana meta Marija daret fuq Ġesù sabiex jgħin lill-għarajjes li kien naqashom l-inbid nistgħu nifhmuha bħala l-karba ta’ Bint Sijon biex il-Mulej juri wiċċu u jibda l-ħidma ta’ salvazzjoni għall- poplu. Nimmaġina lil Marija titlob is-Salm 80 u titniehed quddiem il-Mulej, kif kienu jagħmlu l-erwieħ qaddisa ta’ dak iż-żmien: “Qajjem il-qawwa tiegħek, u ejja ħa ssalvana. Reġġagħna għal li konna, Alla ta’ l-eżerċti; itfa’ fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi” (3-4). Marija kienet imnissla mingħajr it-tebgħa tad-dnub tan-nisel u, tul ħajjitha kollha, żammet qalbha dejjem miftuħa għall-grazzja ta’ Alla. Hi kellha qalbha kollha sabiħa, kollha safja, mingħajr ebda tebgħa. Għalhekk, bħal ma jiġri, kienet ħafna sensittiva għat-toqol tad-dnub tal-bniedem. Kienet titnikket ħafna meta tara lill-bniedem jagħlaq qalbu għall-grazzja ta’ Alla. Aħsbu ftit kemm kienet tingħafas il-qalb ta’ Marija meta tara n-nies iwarrbu lil Binha, iżebilħuh. Min jaf in-niket kbir meta bdiet tisma’ lill-istess kapijiet tal-poplu tagħha jippjanaw biex jeqirdu lil Ġesù. Hi, li kienet ħaġa waħda mal-pjan ta’ Alla, kienet tissielet mal-fatt li l-bnedmin ma kellhomx qalbhom miftuħa għal dan il-pjan: kif jista’ jkun jaraw daqstant imħabba, ħniena, maħfra u jibqgħu qalbhom magħluqa? kif jista’ jkun jaraw tant qawwa ta’ Alla fil-mirakli u xorta jibqgħu ma jemmnux?
  • 2. Bil-mod il-mod Marija fehmet li biex id-dnub jintrebaħ kellu bżonn att kbir tal-imħabba ta’ Alla. Forsi qatt ma immaġinat fejn dan l-att kien se jwassal lil Binha Ġesù imma mxiet miegħu pass pass, b’fedeltà tassew tal-għaġeb. U hemm hi fit-triq tal-passjoni, tara lil Binha, kollu mbiċċer, mgħobbi t-toqol tas-Salib, ħa jaqa’ u ma jaqax ... u hi ... qalbha maqsuma, tagħmillu l-kuraġġ, b’għajnejha tħeggu biex jibqa’ miexi ’l quddiem, biex jibqa’ jingħata sal- aħħar. U narawha tibqa’ miexja miegħu, tiela’ l-għolja ta’ Ġerusalemm li twassal għal Golgota u hemmhekk tara lil Ġesù, Bin l-Għoli, jinxteħet mal-art, il-libsa kollha mtebba’ demm li kellu mwaħħla ma’ ġismu mċarrta minn miegħu u l-ġrieħi jerġgħu jinfetħu u jibdew inixxu mill-ġdid il-ftit demm li kien fadal f’ġismu. Imbagħad tisma’ id-daqqiet tal-martell kbir fuq l-imsiemer u dawn itaqqbu l-idejn u r-riġlejn qaddisa ta’ dan il-ġisem qaddis. Xi tbatija għaddiet minnha Marija! Imma baqgħet hemm, magħquda ma’ Binha. Baqgħet hemm tħobb ... lil Binha imma wkoll lill-bnedmin kollha li permezz ta’ din it-tbatija ta’ Binha kienu qed jinfdew. Min jaf x’kien qed jiġri fil- qalb ta’ din l-Omm imbierka! Kemm tbatija f’qalb muġugħa, liema dwejjaq li jifnuha ħasset l-Omm imbierka! X’weġgħa ġarrbet u x’kefrija meta ratu fit-tbatija l-Omm lil Binha, Alla! Marija, il-kreatura l-iktar sabiħa u l-iktar safja, riedet tkun ma’ Ġesù f’din is-siegħa l-iktar mudlama tal-umanità: il-bniedem li jiċħad lil Alla; il-bniedem li jiddieħak b’Alla; il-bniedem li joqtol lil Alla. U Alla, f’Ġesù jibqa’ jingħata fis-silenzju, qisu m’għandux ħila jirbaħ dik il-kefrija u dik il-krudeltà kollha. Marija tibqa’ hemm, mgħannqa ma’ dan is-Salib, flimkien mad-dixxiplu l-maħbub, u xi nisa oħra: l- uniċi rappreżentanti tal-umanità li jibqgħu fidili, li jibqgħu miftuħa għad-don tal-imħabba ta’ Alla. Hi temmen, fuq kollox, li minn din id-dalma kbira li waqgħet fuq l-art, Alla kapaċi joħroġ dawl li jgħamex; minn dan il-mument ta’ disperazzjoni, Alla kapaċi joħroġ tama li tiżboq kull tama. Marija tibqa’ temmen li, anke f’dan il-mument ta’ abbandun – anzi speċjalment f’dan il-mument – Alla jibqa’ fidil, Alla jibqa’ preżenti: Immanuel – Alla magħna; Ġesù – Alla li jsalva lill-poplu tiegħu minn dnubiethom. Huma l-ismijiet li juruna min hu tassew Ġesù mhux biss fl-istorja imma wkoll, u fuq kollox, fil-ħajja tagħna. U f’dik id-dalma u l-abbandun, tibqa’ tispikka l-imħabba sal-aħħar ta’ dan Alla li jagħmel lilu nnifsu debboli għalina. F’ħin minnhom, lejn l-aħħar ta’ ħajtu fuq l-art, Ġesù jdur fuq ommu u jgħidilha: “Mara, hawn hu ibnek”. U jdur lejn id-dixxiplu l-maħbub u jgħidlu: “Hawn hi ommok” (Ġw 19, 26-27). Minn dak il-ħin aħna lkoll, li bħad-dixxiplu l-maħbub nippruvaw nimxu wara l-Imgħallem Imsallab tagħna, insiru wlied Marija. Din l-omm tal-qalb immakulata u safja ddaħħalna f’qabha, f’dak li hu tagħha biex tgħinna nitwaħħdu dejjem iżjed ma’ dan Binha li jgħallimna l-Ikbar Imħabba.
  • 3. Huwa tassew sinifikattiv li din l-għotja sseħħ proprju fil-mument tal-ikbar dlam, fejn l- għajnejn ma jarawx u fejn il-moħħ ma jifhimx, jekk ma nħarsux bl-għajnejn tal-fidi u nħallu l-Ispirtu jdaħħalna fil-misteri ta’ Alla. Hu tasseew sinifikattiv għaliex huwa proprju fil- mumenti ta’ dlam, fil-mumenti tal-ikbar tbatija, li tiġina l-isfida l-kbira tal-fidi. Fejn int, Mulej? Għaliex tlaqtni waħdi meta l-iktar kelli bżonnok, Mulej? Qatt ma ħarġu, forsi, minn fommna dawn il-mistoqsijiet? U f’dawn il-mumenti, Marija taħt is-Salib ta’ Binha, iddaħħalna taħt il-mant tagħha, u bl- imħabba tagħha ta’ omm li tieħu ħsiebna u tifhimna, tkellimna bil-kwiet u tgħidilna li Alla qiegħed hemm iħobbna, għalkemm aħna mhux qed narawh u mhux qed inħossuh. Hi tgħinna nittamaw fejn naħslu nibdew naqtgħu qalbna. Tgħinna nibdew naraw xaqq ta’ dawl, fejn inħossuna mdawwra minn kullimkien bid-dlam u mtaqqla bit-toqol. Jiġri hekk fit-toqol tal-ħajja, meta nitilfu lil xi ħadd tassew għażiz. Jiġri hekk f’mumenti ta’ sfida kbira għax inħossu kollox jaqa’ fuqna. Jiġri hekk meta nibdew naqtgħu qalbna anke minħabba d-dnub għax inħossuna dgħajfin wisq biex nibqgħu fidili. Jiġri hekk ukoll f’mumenti meta naraw li xi ħaġa hija impossibbli, ma nistgħux nilħquha. F’dawn il- mumenti kollha, Marija tgħidilna dak li semgħet lill-Anġlu Gabrijel jgħidilha fil- mument tat-tħabbira: “Għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir” (Lq 1,37). Il-preżenza ta’ Marija magħna tgħinna naraw fid-dlam. Il-preżenza tagħha tikkunslana u ssostnina meta aħna dgħajfin. Il-preżenza tagħha tfakkarna fis-sejħa ta’ Binha meta aħna ninsewh u minflok nimxu warajh, nibdew mexjin wara l-ħsibjiet u x-xewqat tagħna. Għalhekk, nitolbuha b’qalbna kollha lil Marija, żommna f’qalbek l-iżjed safja, għaliex magħqudin miegħek u mgħejjuna minnek, dak kollu li Alla jitlob minna jsir kollu possibbli. Sejħa ta’ San Bernard Fil-perikli, fid-dubji, fid-diffikultajiet, aħseb f’Marija, sejjaħ lil Marija. Tħallix li isimha jitlaq minn fuq xufftejk, tħalli qatt li jitlaq minn qalbek. U biex inti b’mod iżjed żgur tkun tista’ taqla’ l-għajnuna tat-talb tagħha, tinsiex timxi fuq il-passi tagħha. Biha bħala gwida, qatt ma titlef it-triq; meta ssejjaħ lilha, qatt ma int se taqta’ qalbek; sakemm hi tkun f’moħħok, m’intix se tkun ingannat; sakemm hi żżommlok idek, ma tistax taqa’; taħt il-ħarsien tagħha, m’għandikx minn x’hiex tibża’; jekk hi timxi quddiemek, ma tgħejjiex; jekk hi tgħinek, inti tilħaq l-għan tiegħek. Hom. II super “Missus Est”, 17 (Migne 183,70b-71a).