SlideShare a Scribd company logo
1 of 3
Download to read offline
Ħsieb tat-TIELET JUM tan-NOVENA
Fr. Nicholas Cachia
F’din iċ-ċelebrazzjoni tal-lejla għandna magħna koppji li żżewġu matul din is-sena u oħrajn li
qegħdin jiċċelebraw xi anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom. Minn qalbi nixtieq
nawguralkom ħafna f’din l-okkażjoni. L-awguri tiegħi nixtieq li nwassalhom permezz tal-
messaġġ li nħoss li Marija Bambina trid twassal lilna lkoll f’dan il-waqt.
Qegħdin niċċelebraw it-twelid ta’ din it-
tarbija lill-koppja li skont it-tradizzjoni
kienet pjuttost kbira fl-età, Ġwakkin u
Anna. Kien ippressjonani mużajk tassew
sabiħ li rajt fil-Knisja (illum Mużew) ta’
San Salvatur f’Chora, Istanbul, it-Turkija.
Hemm rappreżentazzjoni ta’ Ġwakkin u
Anna flimkien maċ-ċkejkna Marija
mgħannqin flimkien f’forma ta’ qalb. Iċ-
ċkejkna Marija, f’nofshom, għandha
għajnejha fissi jħarsu ’l fuq waqt li
subgħajha wkoll qed jindikaw fid-
direzzjoni tas-sema.
Huwa mużajk li jkellimna fuq l-importanza kbira li għandha l-familja anke fil-ħajja u l-
missjoni tal-Madonna. Marija kienet tassew magħżula minn Alla biex tkun Omm Alla. Imma,
kif jiġri lilna, jekk żerriegħa ma ssibx ambjent tajjeb, ma tkunx tista’ tikber. L-ambjent li
sabet Marija kien wieħed li għinha tkun miftuħa, tagħraf u twieġeb b’qalbha kollha għas-
sejħa li l-Mulej kien qiegħed jagħmlilha. Ġwakkin u Anna kienu persuni mimlijin b’sens
qawwi ta’ fidi, dejjem attenti għal dak li Alla kien qed jitlob minnhom. Żgur li bl-eżempju u
bil-kliem tagħhom għaddew dan is-sens lit-tifla tagħhom, Marija.
F’messaġġ li bagħat il-Brażil f’nofs dan ix-xahar ta’ Awwissu fl-okkażjoni tal-Ġimgħa
Nazzjonali tal-Familja, il-Papa Franġisku jitkellem mill-missjoni nobbli u esiġenti li
għandhom il-ġenituri fil-formazzjoni ta’ uliedhom. Hu jgħid li l-ġenituri huma “l-ewwel
kollaboraturi ta’ Alla fl-orjentament fundamentali tal-eżistenza u fil-garanzija ta’ futur
tajjeb.” Dan ifisser li x’direzzjoni se jagħtu l-ulied lill-ħajja tagħhom jiddependi ħafna mill-
għażliet li jagħmlu l-ġenituri, mill-mod kif huma jitkellmu mat-tfal tagħhom, kif igħinuhom
jaffrontaw sitwazzjonijiet differenti fil-ħajja tagħhom. Kemm se jħallu li jkunu l-valuri tal-
Evanġelju li jsawwru l-mod ta’ ħsieb u ta’ raġunar tagħhom?
Papa Franġisku jsemmi wkoll dak li kiteb fl-Ewwel Enċiklika tiegħu, Lumen Fidei, fejn qal li
huwa importanti li “l-ġenituri jikkultivaw prattiki komuni ta’ fidi fi ħdan il-familja, li jgħinu
fil-maturazzjoni tal-fidi tat-tfal” (par. 53). Ippermettuli nsaqsi ftit lilkom għeżież koppji
miżżewġin: x’ambjent qed toħolqu fi ħdan il-familja tagħkom? Hemm post għal Alla, jew
narawh żejjed, jew forsi nirrikorru lejh biss fil-mumenti tal-ħtieġa? Meta intom iżżewwiġtu bi
żwieġ nisrani, intom ridtu tiftħu l-imħabba ta’ bejnietkom għall-preżenza ta’ Alla. Illum,
meta tħarsu lura lejn il-ħajja miżżewwġa tagħkom, tistgħu tgħidu li għamiltuh dan? Ftaħtu
darkom u ħajjitkom għal din il-preżenza ta’ Alla-mħabba?
Għeżież ġenituri, intom imsejħin biex permezz tal-kliem
tagħkom u, l-iktar, permezz ta’ dak li tagħmlu, twasslu l-
veritajiet fundamentali fuq il-ħajja u fuq l-imħabba umana,
veritajiet li jkunu mdawlin bid-dawl tal-Aħbar it-Tajba li
jagħtina Ġesù. Kemm nistgħu ngħidu li qegħdin nagħmluh
dan? Insemmi każ wieħed li baqa’ mmarkat f’qalbi. Darba,
kont qiegħed inbierek u omm qaltli biex ngħid lil bintha
biex tibda tmur il-quddiesa tal-Ħadd. Jien dort fuq it-tifla ta’
madwar 10 snin u staqsejtha għalfejn kienet qegħdha ssibha
diffiċli tmur. Hi weġbitni: “għaliex il-mama’ ma teħodnix!”
Il-kliem iqanqal, imma l-eżempju hu li jkaxkar, jgħid il-
Malti!
Naturalment, irridu nżommu quddiem għajnejna li l-familja mhijiex l-uniku kuntest li fih
jitrawwmu l-ulied. Hemm ħafna influwenzi oħrajn, li forsi iktar ma jikbru t-tfal iżjed isiru
qawwija, u l-ġenituri iħossuhom helpless, ma jistgħu jagħmlu xejn quddiem il-forza tagħhom.
Imma ma rridux naqtgħu qalbna. Jekk nippruvaw noħolqu ambjent pożittiv u nisrani fi ħdan
il-familja, fejn it-tfal iħossuhom maħbubin u jistgħu jimirħu b’libertà biex ikabbru t-talenti
tagħhom, allura anke jekk jagħmlu esperjenzi oħra, se jħossuhom safe d-dar, u eventwalment
jirritornaw għal dawk il-valuri li jkunu rċevew minn hemm. Ma rridx ninsa nsemmi hawn il-
qawwa kbira li għandu t-talb li jagħmlu l-ġenituri għal uliedhom. Din il-ġimgħa li għaddiet
għamilna l-festa ta’ Santa Monika li tant talbet u xerrdet dmugħ għal binha Wistin. Kien talb
li żgur serva biex Wistin isib il-verità sħiħa f’Alla u jħaddanha b’qalbu kollha.
Papa Franġisku, fil-messaġġ lill-Knisja tal-
Brażil, isemmi b’mod partikulari l-fatt li qed
ngħixu f’kultura tal-iskart (waste bl-Ingliż).
Hija kultura li tirrelativizza l-valur tal-ħajja
tal-bniedem. Hija dik it-tip ta’ mentalità li
tgħidlek ‘inti tajjeb daqskemm tipproduċi,
daqskemm inti effiċjenti’. Il-ġenituri huma
msejħin li jgħinu lil uliedhom japprezzaw li
kull ħajja, sa minn ġol-ġuf tal-omm, għandha
tiġi mħarsa. Kull ħajja hija don ta’ Alla li aħna
rridu nkunu tassew grati lejh. Dan l-aħħar iltqajt ma’ storja tassew sabiħa miċ-Ċili. Fl-1984,
mara tqila marret għand il-gynaecologist biex tara kif kienet sejra t-tqala tagħha. It-tabib taha
parir li tneħħi kollox minħabba li hu kien qiegħed jara malformazzjoni kbira fit-tarbija. Hi
ddeċidiet li tkompli bit-tqala, ikun x’ikun. Wasal jum it-twelid. Ma ħarġitx tarbija malformata
imma ħarġu tewmin subien identiċi. Is-sena li għaddiet dawn iż-żewġ ġuvintur, Felipe u
Paulo, ġew ordnati t-tnejn saċerdoti! Kull ħajja hija sabiħa. Kull ħajja trid tiġi rispettata.
Ħsieb ieħor li xtaqt naqsam magħkom illum. Fi ħdan il-familja, Marija tgħallmet is-sbuħija
tal-imħabba li sservi u tingħata. Fi ħdan il-familja, Marija tgħallmet twessa’ l-qalb tagħha
għal ideali kbar, tgħallmet tħares ’il bogħod. Se nerġa’ nagħmel riferenza għall-Enċiklika tal-
Papa Franġisku, Lumen Fidei, fejn jitkellem dwar iż-żgħażagħ fi ħdan il-familja. Igħidilna:
“Iż-żagħżagħ għandhom xewqa għal ħajja fil-milja tagħha. Il-laqgħa ma’ Kristu, li jħallu
lilhom infushom jinġibdu u jitmexxew mill-imħabba tiegħu iwessa’ l-orizzont tal-eżistenza,
jimlihom b’tama soda li ma tqarraqx. Il-fidi mhijiex kenn għal nies li m’għandhomx kuraġġ,
imma hija t-twessiegħ tal-ħajja. Hija tgħinna niskopru sejħa kbira, is-sejħa għall-imħabba.
Tassigurana li nistgħu nafdaw din l-imħabba u li ta’ min jagħti lilu nnifsu għaliha, għaliex il-
pedament tagħha jinsab fil-fedeltà ta’ Alla, li hi iktar qawwija minn kull dgħufija tagħna” (n.
53).
Għax Marija ma beżatx u ngħatat ruħha u
ġisimha għas-servizz ta’ din l-imħabba, għaliex
Marija żammet ideal kbir u għoli fil-ħajja
tagħha, aħna llum qegħdin nifirħu bil-qdusija
tagħha. Għax Marija kienet kuraġġuża u għażlet
lil Alla fil-ħajja tagħha, għamlet differenza
kbira fil-ħajja tal-umanità u fil-ħajja tagħna,
għax tatna lil Ġesù, Alla-mħabba li sar bniedem
għalina u għas-salvazzjoni tagħna.
L-aħħar kelma: it-talb fil-familja jiftaħna għal
dawn l-ideali kbar fil-ħajja tagħna, iwessagħlna
’l qalbna. Ejjew nagħżlu li nsibu ħin biex
nitolbu flimkien bħala familja. Talba li hi żgur
għal qalb Marija Bambina hija t-talba tar-
Rużarju li fiha naħsbu flimkien ma’ Marija (“fl-
iskola ta’ Marija” kien iħobb igħid il-Beatu
Ġwanni Pawlu II) fuq il-misteri tal-fidwa
tagħna.
Ejjew illejla nitolbu lil Marija Bambina għall-familji tagħna biex ikunu tassew post fejn
titrawwem il-fidi, tissawwar il-qalb għall-imħabba, tinfetaħ il-qalb għall-Kelma ta’ Alla, u l-
ulied isibu ambjent sabiħ u sân fejn jirċievu l-valuri nsara u jitgħallmu jħobbu u jingħataw
lill-oħrajn b’ġenerożità. Nitolbu wkoll għal dawk il-familji li għaddejjin minn diffikultajiet
sabiex iħarsu lejn Marija u jitolbuha tinterċedi għalihom u turihom it-triq tal-ftehim, tal-
għaqda, tal-maħfra u tal-imħabba.
Talba tal-Beata Tereża ta’ Calcutta
O Marija, Ommna l-iżjed għażiża, agħtini ’l qalbek hekk sabiħa, hekk safja, hekk bla tebgħa,
’l qalbek hekk mimlija bl-imħabba u bl-umiltà biex inkunu nistgħu nilqgħu lil Ġesù fil-Ħobż
tal-Ħajja, biex inħobbuh kif kont tħobbu int, u biex naqduh fid-dehra ta’ niket tal-ifqar fost il-
fqar. Ammen.

More Related Content

Viewers also liked

Priedka 8 novena
Priedka 8 novenaPriedka 8 novena
Priedka 8 novenazamchar
 
Priedka 5 novena
Priedka 5 novenaPriedka 5 novena
Priedka 5 novenazamchar
 
Ejemplo Desarrollo Factibilidad Operativa
Ejemplo Desarrollo Factibilidad OperativaEjemplo Desarrollo Factibilidad Operativa
Ejemplo Desarrollo Factibilidad Operativatutor03770
 
Factibilidad Tecnica, Operativa y Economica
Factibilidad Tecnica, Operativa y EconomicaFactibilidad Tecnica, Operativa y Economica
Factibilidad Tecnica, Operativa y EconomicaSistemas UDC
 

Viewers also liked (6)

Priedka 8 novena
Priedka 8 novenaPriedka 8 novena
Priedka 8 novena
 
Priedka 5 novena
Priedka 5 novenaPriedka 5 novena
Priedka 5 novena
 
Factibilidad operativa
Factibilidad operativaFactibilidad operativa
Factibilidad operativa
 
Ejemplo Desarrollo Factibilidad Operativa
Ejemplo Desarrollo Factibilidad OperativaEjemplo Desarrollo Factibilidad Operativa
Ejemplo Desarrollo Factibilidad Operativa
 
Factibilidad Tecnica, Operativa y Economica
Factibilidad Tecnica, Operativa y EconomicaFactibilidad Tecnica, Operativa y Economica
Factibilidad Tecnica, Operativa y Economica
 
Factibilidad Técnica y Económica
Factibilidad Técnica y EconómicaFactibilidad Técnica y Económica
Factibilidad Técnica y Económica
 

More from zamchar

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26zamchar
 
Talb tal Hadd
Talb tal HaddTalb tal Hadd
Talb tal Haddzamchar
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22zamchar
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruanazamchar
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parroccazamchar
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014zamchar
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014zamchar
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014zamchar
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014zamchar
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014zamchar
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3zamchar
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013zamchar
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013zamchar
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013zamchar
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013zamchar
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013zamchar
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidizamchar
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2zamchar
 

More from zamchar (20)

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
 
Talb tal Hadd
Talb tal HaddTalb tal Hadd
Talb tal Hadd
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parrocca
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidi
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2
 

Priedka 3 novena

  • 1. Ħsieb tat-TIELET JUM tan-NOVENA Fr. Nicholas Cachia F’din iċ-ċelebrazzjoni tal-lejla għandna magħna koppji li żżewġu matul din is-sena u oħrajn li qegħdin jiċċelebraw xi anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom. Minn qalbi nixtieq nawguralkom ħafna f’din l-okkażjoni. L-awguri tiegħi nixtieq li nwassalhom permezz tal- messaġġ li nħoss li Marija Bambina trid twassal lilna lkoll f’dan il-waqt. Qegħdin niċċelebraw it-twelid ta’ din it- tarbija lill-koppja li skont it-tradizzjoni kienet pjuttost kbira fl-età, Ġwakkin u Anna. Kien ippressjonani mużajk tassew sabiħ li rajt fil-Knisja (illum Mużew) ta’ San Salvatur f’Chora, Istanbul, it-Turkija. Hemm rappreżentazzjoni ta’ Ġwakkin u Anna flimkien maċ-ċkejkna Marija mgħannqin flimkien f’forma ta’ qalb. Iċ- ċkejkna Marija, f’nofshom, għandha għajnejha fissi jħarsu ’l fuq waqt li subgħajha wkoll qed jindikaw fid- direzzjoni tas-sema. Huwa mużajk li jkellimna fuq l-importanza kbira li għandha l-familja anke fil-ħajja u l- missjoni tal-Madonna. Marija kienet tassew magħżula minn Alla biex tkun Omm Alla. Imma, kif jiġri lilna, jekk żerriegħa ma ssibx ambjent tajjeb, ma tkunx tista’ tikber. L-ambjent li sabet Marija kien wieħed li għinha tkun miftuħa, tagħraf u twieġeb b’qalbha kollha għas- sejħa li l-Mulej kien qiegħed jagħmlilha. Ġwakkin u Anna kienu persuni mimlijin b’sens qawwi ta’ fidi, dejjem attenti għal dak li Alla kien qed jitlob minnhom. Żgur li bl-eżempju u bil-kliem tagħhom għaddew dan is-sens lit-tifla tagħhom, Marija. F’messaġġ li bagħat il-Brażil f’nofs dan ix-xahar ta’ Awwissu fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Nazzjonali tal-Familja, il-Papa Franġisku jitkellem mill-missjoni nobbli u esiġenti li għandhom il-ġenituri fil-formazzjoni ta’ uliedhom. Hu jgħid li l-ġenituri huma “l-ewwel kollaboraturi ta’ Alla fl-orjentament fundamentali tal-eżistenza u fil-garanzija ta’ futur tajjeb.” Dan ifisser li x’direzzjoni se jagħtu l-ulied lill-ħajja tagħhom jiddependi ħafna mill- għażliet li jagħmlu l-ġenituri, mill-mod kif huma jitkellmu mat-tfal tagħhom, kif igħinuhom jaffrontaw sitwazzjonijiet differenti fil-ħajja tagħhom. Kemm se jħallu li jkunu l-valuri tal- Evanġelju li jsawwru l-mod ta’ ħsieb u ta’ raġunar tagħhom? Papa Franġisku jsemmi wkoll dak li kiteb fl-Ewwel Enċiklika tiegħu, Lumen Fidei, fejn qal li huwa importanti li “l-ġenituri jikkultivaw prattiki komuni ta’ fidi fi ħdan il-familja, li jgħinu fil-maturazzjoni tal-fidi tat-tfal” (par. 53). Ippermettuli nsaqsi ftit lilkom għeżież koppji miżżewġin: x’ambjent qed toħolqu fi ħdan il-familja tagħkom? Hemm post għal Alla, jew narawh żejjed, jew forsi nirrikorru lejh biss fil-mumenti tal-ħtieġa? Meta intom iżżewwiġtu bi żwieġ nisrani, intom ridtu tiftħu l-imħabba ta’ bejnietkom għall-preżenza ta’ Alla. Illum,
  • 2. meta tħarsu lura lejn il-ħajja miżżewwġa tagħkom, tistgħu tgħidu li għamiltuh dan? Ftaħtu darkom u ħajjitkom għal din il-preżenza ta’ Alla-mħabba? Għeżież ġenituri, intom imsejħin biex permezz tal-kliem tagħkom u, l-iktar, permezz ta’ dak li tagħmlu, twasslu l- veritajiet fundamentali fuq il-ħajja u fuq l-imħabba umana, veritajiet li jkunu mdawlin bid-dawl tal-Aħbar it-Tajba li jagħtina Ġesù. Kemm nistgħu ngħidu li qegħdin nagħmluh dan? Insemmi każ wieħed li baqa’ mmarkat f’qalbi. Darba, kont qiegħed inbierek u omm qaltli biex ngħid lil bintha biex tibda tmur il-quddiesa tal-Ħadd. Jien dort fuq it-tifla ta’ madwar 10 snin u staqsejtha għalfejn kienet qegħdha ssibha diffiċli tmur. Hi weġbitni: “għaliex il-mama’ ma teħodnix!” Il-kliem iqanqal, imma l-eżempju hu li jkaxkar, jgħid il- Malti! Naturalment, irridu nżommu quddiem għajnejna li l-familja mhijiex l-uniku kuntest li fih jitrawwmu l-ulied. Hemm ħafna influwenzi oħrajn, li forsi iktar ma jikbru t-tfal iżjed isiru qawwija, u l-ġenituri iħossuhom helpless, ma jistgħu jagħmlu xejn quddiem il-forza tagħhom. Imma ma rridux naqtgħu qalbna. Jekk nippruvaw noħolqu ambjent pożittiv u nisrani fi ħdan il-familja, fejn it-tfal iħossuhom maħbubin u jistgħu jimirħu b’libertà biex ikabbru t-talenti tagħhom, allura anke jekk jagħmlu esperjenzi oħra, se jħossuhom safe d-dar, u eventwalment jirritornaw għal dawk il-valuri li jkunu rċevew minn hemm. Ma rridx ninsa nsemmi hawn il- qawwa kbira li għandu t-talb li jagħmlu l-ġenituri għal uliedhom. Din il-ġimgħa li għaddiet għamilna l-festa ta’ Santa Monika li tant talbet u xerrdet dmugħ għal binha Wistin. Kien talb li żgur serva biex Wistin isib il-verità sħiħa f’Alla u jħaddanha b’qalbu kollha. Papa Franġisku, fil-messaġġ lill-Knisja tal- Brażil, isemmi b’mod partikulari l-fatt li qed ngħixu f’kultura tal-iskart (waste bl-Ingliż). Hija kultura li tirrelativizza l-valur tal-ħajja tal-bniedem. Hija dik it-tip ta’ mentalità li tgħidlek ‘inti tajjeb daqskemm tipproduċi, daqskemm inti effiċjenti’. Il-ġenituri huma msejħin li jgħinu lil uliedhom japprezzaw li kull ħajja, sa minn ġol-ġuf tal-omm, għandha tiġi mħarsa. Kull ħajja hija don ta’ Alla li aħna rridu nkunu tassew grati lejh. Dan l-aħħar iltqajt ma’ storja tassew sabiħa miċ-Ċili. Fl-1984, mara tqila marret għand il-gynaecologist biex tara kif kienet sejra t-tqala tagħha. It-tabib taha parir li tneħħi kollox minħabba li hu kien qiegħed jara malformazzjoni kbira fit-tarbija. Hi ddeċidiet li tkompli bit-tqala, ikun x’ikun. Wasal jum it-twelid. Ma ħarġitx tarbija malformata imma ħarġu tewmin subien identiċi. Is-sena li għaddiet dawn iż-żewġ ġuvintur, Felipe u Paulo, ġew ordnati t-tnejn saċerdoti! Kull ħajja hija sabiħa. Kull ħajja trid tiġi rispettata.
  • 3. Ħsieb ieħor li xtaqt naqsam magħkom illum. Fi ħdan il-familja, Marija tgħallmet is-sbuħija tal-imħabba li sservi u tingħata. Fi ħdan il-familja, Marija tgħallmet twessa’ l-qalb tagħha għal ideali kbar, tgħallmet tħares ’il bogħod. Se nerġa’ nagħmel riferenza għall-Enċiklika tal- Papa Franġisku, Lumen Fidei, fejn jitkellem dwar iż-żgħażagħ fi ħdan il-familja. Igħidilna: “Iż-żagħżagħ għandhom xewqa għal ħajja fil-milja tagħha. Il-laqgħa ma’ Kristu, li jħallu lilhom infushom jinġibdu u jitmexxew mill-imħabba tiegħu iwessa’ l-orizzont tal-eżistenza, jimlihom b’tama soda li ma tqarraqx. Il-fidi mhijiex kenn għal nies li m’għandhomx kuraġġ, imma hija t-twessiegħ tal-ħajja. Hija tgħinna niskopru sejħa kbira, is-sejħa għall-imħabba. Tassigurana li nistgħu nafdaw din l-imħabba u li ta’ min jagħti lilu nnifsu għaliha, għaliex il- pedament tagħha jinsab fil-fedeltà ta’ Alla, li hi iktar qawwija minn kull dgħufija tagħna” (n. 53). Għax Marija ma beżatx u ngħatat ruħha u ġisimha għas-servizz ta’ din l-imħabba, għaliex Marija żammet ideal kbir u għoli fil-ħajja tagħha, aħna llum qegħdin nifirħu bil-qdusija tagħha. Għax Marija kienet kuraġġuża u għażlet lil Alla fil-ħajja tagħha, għamlet differenza kbira fil-ħajja tal-umanità u fil-ħajja tagħna, għax tatna lil Ġesù, Alla-mħabba li sar bniedem għalina u għas-salvazzjoni tagħna. L-aħħar kelma: it-talb fil-familja jiftaħna għal dawn l-ideali kbar fil-ħajja tagħna, iwessagħlna ’l qalbna. Ejjew nagħżlu li nsibu ħin biex nitolbu flimkien bħala familja. Talba li hi żgur għal qalb Marija Bambina hija t-talba tar- Rużarju li fiha naħsbu flimkien ma’ Marija (“fl- iskola ta’ Marija” kien iħobb igħid il-Beatu Ġwanni Pawlu II) fuq il-misteri tal-fidwa tagħna. Ejjew illejla nitolbu lil Marija Bambina għall-familji tagħna biex ikunu tassew post fejn titrawwem il-fidi, tissawwar il-qalb għall-imħabba, tinfetaħ il-qalb għall-Kelma ta’ Alla, u l- ulied isibu ambjent sabiħ u sân fejn jirċievu l-valuri nsara u jitgħallmu jħobbu u jingħataw lill-oħrajn b’ġenerożità. Nitolbu wkoll għal dawk il-familji li għaddejjin minn diffikultajiet sabiex iħarsu lejn Marija u jitolbuha tinterċedi għalihom u turihom it-triq tal-ftehim, tal- għaqda, tal-maħfra u tal-imħabba. Talba tal-Beata Tereża ta’ Calcutta O Marija, Ommna l-iżjed għażiża, agħtini ’l qalbek hekk sabiħa, hekk safja, hekk bla tebgħa, ’l qalbek hekk mimlija bl-imħabba u bl-umiltà biex inkunu nistgħu nilqgħu lil Ġesù fil-Ħobż tal-Ħajja, biex inħobbuh kif kont tħobbu int, u biex naqduh fid-dehra ta’ niket tal-ifqar fost il- fqar. Ammen.