SlideShare a Scribd company logo
1 of 4
Download to read offline
Ħsieb tad-DISA’ JUM tan-NOVENA
Fr. Nicholas Cachia
Kull ċelebrazzjoni ta’ Marija, Omm Alla, hija stedina għalina lkoll biex aħna wkoll
nixxennqu għall-qdusija. Il-ġakulatorja sabiħa li ngħidu: “O Marija, li dħalt fid-dinja
mingħajr tebgħa, aqlgħalna l-grazzja noħorġu minnha mingħajr ħtija” hija stedina biex nsiru
nixbħu lil Marija fil-mixja tagħna lejn is-sema, pajjiżna, u għalhekk biex insiru qaddisin
bħalha.
San Pawl jgħidilna, fl-Ewwel Ittra lit-Tessalonkin: “Dan irid Alla minnkom: il-qdusija
tagħkom” (4,3). U San Pietru, fl-Ewwel Ittra tiegħu, ukoll jistedinna: “bħalma qaddis hu dak
li sejħilkom, kunu intom ukoll qaddisin fl-imġiba tagħkom kollha” (1,15). U, mill-ġdid San
Pawl jgħid li dan kien l-għan għalfejn Alla ħalaqna: “Hekk hu għażilna fih, sa minn qabel il-
ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba” (Efes 1,4). Dan
iseħħ bis-saħħa tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù, l-offerta li l-Iben ta’ Alla jagħmel
tiegħu nnifsu biex isalvana u jgħaqqadna ma’ Alla. “Kristu ħabb il-Knisja u ta ħajtu għaliha.
U dan għamlu biex iqaddisha u jnaddafha bil-ħasil tal-ilma u l-kelma u biex iressaqha
quddiemu din il-Knisja, sabiħa, bla tebgħa, bla tikmix, bla għajb, u b’xejn minn dan, imma
qaddisa u bla tmaqdir minn ħadd” (Efes 5,25b-27).
Il-Knisja hija aħna lkoll flimkien, imma hija kull wieħed u kull waħda minna. Dan ifisser li
din hija deskrizzjoni ta’ kif għandha tkun il-ħajja tagħna: sabiħa, bla tebgħa, bla tikmix, bla
għajb, qaddisa, bla tmaqdir minn ħadd. U jagħtina wkoll il-mezzi li permezz tagħhom nistgħu
nilħqu dan l-għan: il-magħmudija li twaħħadna mal-Mulej Ġesù, is-Sagramenti li permezz
tagħhom nirċievu l-qawwa mis-sema tul il-mixja tagħna, u l-Kelma ta’ Alla, li tkun ta’ dawl
għall-passi tagħna.
Dan hu idejal għoli ħafna li, jekk nipprova nilħqu waħdi, ikun assolutament impossibbli,
imma jekk ninfetaħ għall-imħabba ta’ Alla u għall-għajnuna li jagħtini l-Ispirtu s-Santu, isir
possibbli. Il-qdusija mhijiex xi preġju ta’ x’uħud magħżulin; ħadd ma jitwieled qaddis ...
aħna nsiru qaddisin fil-ħajja tagħna, billi nilqgħu l-grazzja ta’ Alla u nikkollaboraw magħha.
Ilkoll kemm aħna msejħin biex insiru qaddisin.
Għażla sabiħa li għamel il-Beatu Ġwanni Pawlu II
kienet li kemm jista’ jkun jikkanonizza qaddisin minn
kull settur tal-ħajja, u mhux biss sorijiet, patrijiet u
saċerdoti. B’hekk illum għandna koppji miżżewġin li
huma ddikjarati qaddisin jew beati: il-Beati Luigi u
Zelie Martin, il-ġenituri ta’ Santa Tereża tal-Bambin
Ġesù, il-Beati Luigi Beltrame Quattrocchi u Maria
Corsini, koppja miżżewwġa li kellhom erbat itfal,
tlieta minnhom għadhom ħajjin. Insibu wkoll mara
miżżewġa li kienet ukoll tabiba: Santa Gianna Beretta Molla, li mietet fl-1962 waqt li kienet
tqila bit-tifla tagħha. Għandna żgħażagħ: il-Beatu Piergiorgio Frassati, li miet ta’ erba’ u
għoxrin sena; il-Beata Laura Vicuna, li kienet toqgħod l-Arġentina, u li mietet ta’ 12-il sena.
Għandna professjonisti: San Tumas More, statista Ingliż; il-Qaddej ta’ Alla, Giorgio La Pira,
politiku Taljan; San Giuseppe Moscati, tabib, u l-Venerabbli José Gregorio Hernández, tabib
ieħor mill-Venezuela. Dawn biex insemmu biss ftit ħafna minn lista twila ħafna ta’ persuni li
għexu l-ħajja tal-qdusija. Iva, huwa possibbli li nsiru qaddisin fid-dinja tagħna, tkun xi tkun l-
età tagħna, tkun xi tkun il-professjoni jew l-istat tal-ħajja tagħna.
Hi wkoll x-xewqa tal-Madonna li aħna nwieġbu s-sejħa ta’ Binha li nkunu qaddisin. Bħalma
qalet lill-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana, hekk ukoll tgħid lil kull wieħed u waħda minna: “Agħmlu
kull ma jgħidilkom hu” (Ġw 2,5). Il-ferħ ta’ Marija żgur li huwa wieħed mal-ferħ ta’ Alla l-
Missier u ta’ Ġesù: meta jaraw tant persuni li qegħdin jinfetħu għall-imħabba ta’ Alla u
jwieġbu għaliha b’ħilithom kollha. Min jaf kemm jitnissel ferħ fil-qalb tal-Verġni Mbierka
meta tarana nersqu b’qalb niedma u sogħbiena lejn is-Sagrament tal-Qrar, meta tarana nieħdu
bis-serjetà l-ħajja spiritwali tagħna, meta tarana naqraw u nirriflettu fuq il-Kelma ta’ Alla!
Min jaf kemm innisslu ferħ fil-qalb ta’ Marija Ommna meta fil-ħajja tagħna ngħażlu li nimxu
fuq il-Kelma ta’ Ġesù anke jekk ikun ifisser xi tbatija min-naħa tagħna! Bħalma omm dejjem
tixxennaq li uliedha jkunu magħqudin magħha u l-ferħ kbir tagħha meta tara l-uliedha u ulied
uliedha miġburin flimkien, hekk ukoll Marija. Il-ferħ kbir tagħha meta tarana miġburin
madwar Binha Ġesù u naħdmu biex insiru qaddisin, bil-grazzja tiegħu.
Għeżież, dan huwa l-essenzjali fil-ħajja tagħna. Dan huwa l-ġid veru li jibqa’ għall-ħajja ta’
dejjem. Dan huwa wkoll l-isbaħ u l-ikbar unur li nistgħu nagħtu lil Marija Bambina fil-festa
tagħha. It-tiżjin, il-kant, l-armar, il-banda, in-nar, iċ-
ċelebrazzjonijiet fil-knisja ... kollha huma sbieħ jekk
iservu għal dan l-uniku għan tal-ħajja tagħna. Jekk le,
ikunu biss qed jaljenawna u jbegħduna minnu!
Nemmen li Marija Bambina tinkwieta u jisgħobbiha
tara tant żgħażagħ, tant irġiel u nisa, jgħinu fl-armar u
fit-tiżjin, jieħdu sehem fil-marċijiet tal-banda, forsi
wkoll jifirħu quddiem l-istatwa tagħha, imma mbagħad
ma jersqux lejn il-Knisja, mhumiex lesti li jisimgħu l-
Kelma ta’ Alla, mhumiex miftuħin għall-imħabba li
Alla għandu għalihom. Hi qed tgħid lilhom ukoll:
“Agħmlu kull ma jgħidilkom hu” u huma jibqgħu
għaddejjin u ma jagħtux każ, qisu ma tkellem ħadd. U
l-agħar ħaġa hi li jgħidu li qed iżejnu, qed jifirħu, għax
huma devoti ta’ Marija Bambina! Kemm inikktuha lill-
Madonna dawn in-nies!
U kemm titnikket ukoll Marija tara tant persuni li mehdijin fil-ħajja tagħhom mingħajr ma
jinteressahom xejn f’Alla! Kemm titnikket Marija meta tara tfal li jagħmlu l-ewwel tqarbina
bil-pompa kollha u mbagħad il-genituri tagħhom ma jġibuhomx il-Knisja biex ikunu jistgħu
jirċievu lil dak Ġesù li tant ixxenqu għalih! Kemm titnikket Marija meta tara żgħażagħ,
koppji miżżewġin, familji sħaħ li moħħhom biss fix-xogħol, fix-xalar, fis-sodisfazzjoni tal-
ġibdiet tagħhom u jinsew lil Alla! Kemm titnikket Marija Bambina meta tara tant nies
joffendu lil Alla u lilha bid-dagħa, bi kliem ħażin, b’għemil ħażin u bi skandli, fid-dar, fuq il-
postijiet tax-xogħol, fit-toroq u fil-ħwienet!
Ejjew, għeżież, inkunu aħna l-ferħ ta’ Marija! Ejjew nixxennqu dejjem iżjed biex inwieġbu
għas-sejħa tagħha ta’ omm biex nagħmlu dak kollu li jgħidilna Ġesù Binha! Ejjew nieħdu
b’iktar serjetà l-“iva” li aħna għidna fil-Magħmudija: “iva” lil Alla, lill-imħabba, lil ħajja li
ngħixuha skont il-Kelma tiegħu; u “le” lill-egoiżmu, li nfittxu l-interessi tagħna u ma
jimpurtanix minn ħaddieħor, lid-dnub, u lix-xitan.
It-taqbida spiritwali hija kbira. It-triq hija wieqfa u l-bieb huwa dejjaq. Il-ħajja nisranija
mhijiex għad-debboli. Turi l-qawwa tar-ruħ, ta’ min hu determinat li jagħmel minn ħajtu xi
ħaġa tassew sabiħa għal Alla u għall-oħrajn. Hemm bżonn rieda soda u determinazzjoni min-
naħa tagħna. Imma rridu nżommu dejjem quddiem għajnejna li m’aħniex waħidna. Il-Mulej
jaf li ma nistgħux nagħmluha waħidna u għalhekk tana l-Ispirtu s-Santu, it-Tielet Persuna tat-
Trinità Qaddisa li qiegħed jgħammar fina u qiegħed isostnina fil-mixja tagħna. Marija kienet
miftuħa kompletament għal din il-preżenza u għal din l-għajnuna tal-Ispirtu tant li nsejħulha:
Għarusa tal-Ispirtu s-Santu. Hi tistedinna biex aħna wkoll nkunu niftuħin għal din il-preżenza
u għal din l-għajnuna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.
Lil Marija Bambina nsejħulha wkoll b’ħafna mħabba “Madonna tal-Vittorji, tar-rebħiet”.
Nirreferu għar-rebħiet li l-poplu tagħna ċċelebra wara li rrikorrha b’tama kbira fl-
interċessjoni tal-Verġni Omm. Kienet t-talba ħerqana li saret lil Marija Bambina mill-Maltin
li ħelset lil Malta mill-flotta Ottomana fit-8 ta’ Settembru tal-1565 fi tmiem l-Assedju l-Kbir,
meta din il-flotta li kienet ilha tagħmel assedju lill-Maltin u lill-Kavallieri għal erba’ xhur
sħaħ telqet tellie fa l-gżejjer Maltin. Kienet ukoll l-interċessjoni ta’ Marija li fl-1800 ħelset lil
Malta mill-ħakkiema Franċiżi. Wara li l-
Maltin kienu ftehmu mal-Ingliżi ta’ Lord
Nelson, il-Franċiżi temmew uffiċjalment
idhom f’idhom il-ħakma tagħhom
f’Malta. Il-Maltin daru wkoll b’tant ħrara
u mħabba lejn il-Verġni Mbierka fit-Tieni
Gwerra Dinjija, u wara tant xhur ta’ qtigħ
il-qalb, fit-8 ta’ Settembru 1943 it-Taljani
ta’ Mussolini ċedew l-armi lill-Alleati
biex b’hekk tintemm il-Gwerra għal
Malta.
F’dawn it-tliet sitwazzjonijiet partikulari, il-Maltin raw il-mewt imma b’fiduċja ta’ ulied daru
lejn Dik li l-Mulej – fil-punt tal-mewt tiegħu – tahielna bħala Ommna, u hi ħelset lil
missirijietna. L-interċessjoni ta’ Marija kisbet lil dawn il-gżejjer u lilna lkoll il-wirt tal-fidi
nisranija u l-libertà ta’ poplu sovran li jagħti valur kbir lid-dinjità ta’ kull bniedem u r-rispett
tad-drittijiet tal-bniedem. Għeżież, irridu nibqgħu ngħożżu dan il-wirt nisrani u dawn il-valuri
nsara, mhux bħala xi ħaġa prezzjuża f’Mużew tal-antikità, imma bħala xi ħaġa li tagħtina l-
ħajja, li tagħtina direzzjoni għall-preżent u għall-futur, lilna u lil pajjiżna. Ninkwetaw ħafna
meta naraw dawn il-valuri jitnaqqru minn liġijiet li, f’isem il-progress u f’isem li nkunu
bħall-oħrajn, għaddew u se jgħaddu mill-Parlament Malti. Ninkwetaw ħafna wkoll li ħafna
Maltin qegħdin iwarrbu dan il-wirt nisrani għaliex jikkunsidrawh bħala xi ħaġa li jassarhom u
mhux bħala wirt li jagħtihom il-libertà vera, minħabba li jridu jgħixu kif jaqblilhom u
jidhrilhom huma. Ninkwetaw għax qed naraw li qed isiru diversi bidliet fis-soċjetà tagħna u l-
insara kattoliċi, ħafna drabi, qed jibqgħu siekta u ma jsemmgħux leħinhom biżżejjed.
Għeżież, huwa żmien fejn aħna nduru lejn il-Verġni Mbierka, Marija Bambina, u nitolbuha
sabiex takkumpanjana, sabiex tħeġġiġna u ddawwalna ħalli nkunu tassew ħmira u melħ fis-
soċjetà tagħna. U dan nagħmluh billi nagħtu sehem sħiħ fuq kull livell tal-ħajja pubblika,
politika, ekonomika u soċjali tal-poplu tagħna. Ma nistgħux nistħu li aħna nsara. Għandna
kontribut mill-iżjed siewi għas-soċjetà tagħna. Irridu nimtlew kuraġġ u rridu nużaw it-talenti
u l-kwalitajiet kollha tagħna biex inwasslu l-Evanġelju, il-Bxara t-tajba ta’ Ġesù Kristu lil
ħutna. Kif qalilna l-Papa Franġisku ftit tal-ġimgħat ilu: “il-qawwa reali tal-Insara hija l-
qawwa tal-verità u tal-imħabba ... Il-fidi u s-saħha jmorru flimkien. L-insara ... huma
b’saħħithom! X’tip ta’ saħħa? Is-saħħa tal-manswetudni u tal-imħabba” (Angelus, 18 ta’
Awwissu 2013).
Għeżież Naxxarin, intom li tifirħu li kontu l-ewwel li emmintu lill-Appostlu Pawlu meta
ħabbrilna l-fidi fi Kristu: Prior Credidi, kunu intom dawk tixprunaw mill-ġdid bl-eżempju u
bil-kelma tagħkom lill-poplu Malti u Għawdxi fil-fidi tagħna f’Ġesù. Kunu ulied tassew ta’
Marija Bambina biex tixxennqu għall-qdusija, billi titħeġġu li tfasslu ħajjitkom skont il-
Kelma ta’ Alla, billi tkunu dejjem miftuħin għall-imħabba ta’ Alla, li tagħmilna dejjem ġodda
u friski. Jalla kull Naxxari u kull min illum joqgħod hawn f’din il-parroċca għażiża ddedikata
lil Marija Bambina jimtela b’din ix-xewqa li nkunu nixbħuha. Nitolbuha sabiex iddaħħalna
taħt il-mant tagħha, nitolbuha tgħallimna nisimgħu b’qalb miftuħa għall-Kelma tal-Mulej, u
nitolbuha li turina kif aħna nistgħu ninbidlu dejjem iżjed f’dixxipli vera ta’ Binha Ġesù.
Kif isejħilha Sant’Anselmu (Sermo 21, “In Nativitate B. Mariae”, Migne, Vol 195, 323): “Inti
l-Omm tagħna, Omm il-Ħajja tagħna, Omm in-nuqqas ta’ taħsir tagħna, Omm id-Dawl
tagħna. Għaliex inti Omm Kristu, inti Omm l-Għerf tagħna, Omm il-Ġustizzja tagħna, Omm
it-Tqaddis tagħna, Omm il-Fidwa tagħna. Inti għalhekk ikbar mill-omm fiżika tagħna, għaliex
mingħandek aħna nirċievu twelid aħjar, mingħandek jiġuna l-għerf u l-ġustizzja tagħna,
minnek tiġina l-qdusija tagħna”.
U għalhekk f’dan il-mument għażiż induru lejk, o għażiża Ommna, Marija Bambina, o
Protettriċi tagħna u ta’ dan ir-raħal, u ngħidulek b’qalbna kollha:
O tfajla mmakulata,
li sraqt il-qlub minn tagħna,
is-sliem għalik, Bambina,
ibqa’ dejjem magħna.
Omm t’Alla tal-Vittorja,
tifħir nagħtuk u glorja.
In-Naxxar, ħelwa Bambina,
jibqa’ jgħożżok, ġieħ jurik,
għax it-tama tiegħu qiegħed,
wara f’Alla l-Kbir, biss FIK.
Viva Marija Bambina.

More Related Content

What's hot

Talb tal Hadd
Talb tal HaddTalb tal Hadd
Talb tal Haddzamchar
 
Priedka 3 novena
Priedka 3 novenaPriedka 3 novena
Priedka 3 novenazamchar
 
Img 0002
Img 0002Img 0002
Img 0002zamchar
 
Img 0001
Img 0001Img 0001
Img 0001zamchar
 
Priedka 2 novena
Priedka 2 novenaPriedka 2 novena
Priedka 2 novenazamchar
 
Priedka 8 novena
Priedka 8 novenaPriedka 8 novena
Priedka 8 novenazamchar
 
Is sagramenti tal-bidu
Is sagramenti tal-biduIs sagramenti tal-bidu
Is sagramenti tal-biduJoseph Cutajar
 
5. grizma tal isqof
5. grizma tal isqof5. grizma tal isqof
5. grizma tal isqoffrankbalzan
 
Epifanija Qari Sena B
Epifanija Qari Sena BEpifanija Qari Sena B
Epifanija Qari Sena Bruth (Malta)
 
Insara katt 7 sett
Insara katt 7 settInsara katt 7 sett
Insara katt 7 settzamchar
 
Questions 1 27
Questions 1 27Questions 1 27
Questions 1 27clarodgers
 
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"qalagozo
 
2nd sunday in ordinary time (year B)
2nd sunday in ordinary time (year B)2nd sunday in ordinary time (year B)
2nd sunday in ordinary time (year B)ruth (Malta)
 

What's hot (14)

Talb tal Hadd
Talb tal HaddTalb tal Hadd
Talb tal Hadd
 
Priedka 3 novena
Priedka 3 novenaPriedka 3 novena
Priedka 3 novena
 
Img 0002
Img 0002Img 0002
Img 0002
 
Img 0001
Img 0001Img 0001
Img 0001
 
Priedka 2 novena
Priedka 2 novenaPriedka 2 novena
Priedka 2 novena
 
Priedka 8 novena
Priedka 8 novenaPriedka 8 novena
Priedka 8 novena
 
Is sagramenti tal-bidu
Is sagramenti tal-biduIs sagramenti tal-bidu
Is sagramenti tal-bidu
 
5. grizma tal isqof
5. grizma tal isqof5. grizma tal isqof
5. grizma tal isqof
 
Epifanija Qari Sena B
Epifanija Qari Sena BEpifanija Qari Sena B
Epifanija Qari Sena B
 
Insara katt 7 sett
Insara katt 7 settInsara katt 7 sett
Insara katt 7 sett
 
Questions 1 27
Questions 1 27Questions 1 27
Questions 1 27
 
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"
Kif ser napplika fil-ħajja tiegħi l-kelmiet "Kont Barrani u Lqajtni"
 
Symbols.file
Symbols.fileSymbols.file
Symbols.file
 
2nd sunday in ordinary time (year B)
2nd sunday in ordinary time (year B)2nd sunday in ordinary time (year B)
2nd sunday in ordinary time (year B)
 

More from zamchar

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26zamchar
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22zamchar
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruanazamchar
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parroccazamchar
 
Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014zamchar
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014zamchar
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014zamchar
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014zamchar
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014zamchar
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014zamchar
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013zamchar
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3zamchar
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013zamchar
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013zamchar
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013zamchar
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013zamchar
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013zamchar
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidizamchar
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2zamchar
 

More from zamchar (20)

Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26Lehen familji nsara   gunju 2015 harga nru 26
Lehen familji nsara gunju 2015 harga nru 26
 
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22Lehen familji nsara   ottubru 2014 harga nru 22
Lehen familji nsara ottubru 2014 harga nru 22
 
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John CaruanaThe Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
The Maltese Missionary Experience by Fr.John Caruana
 
Features dwar il parrocca
Features dwar il parroccaFeatures dwar il parrocca
Features dwar il parrocca
 
Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014Insara katt 1 marzu 2014
Insara katt 1 marzu 2014
 
Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014Nieqa p5 jan 2014
Nieqa p5 jan 2014
 
Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014Nieqa p3 jan 2014
Nieqa p3 jan 2014
 
Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014Nieqa p2 jan 2014
Nieqa p2 jan 2014
 
Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014Nieqa p1 jan 2014
Nieqa p1 jan 2014
 
Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014Nieqa p4 jan 2014
Nieqa p4 jan 2014
 
Min nieqa 4 - dic 2013
Min nieqa   4 - dic 2013Min nieqa   4 - dic 2013
Min nieqa 4 - dic 2013
 
Min nieqa 2 - dic 2013
Min nieqa   2 - dic 2013Min nieqa   2 - dic 2013
Min nieqa 2 - dic 2013
 
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3Min nieqa 3  dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
Min nieqa 3 dic 2013 adobe photoshop album starter edition 3
 
Min nieqa 1 dic 2013
Min nieqa 1   dic 2013Min nieqa 1   dic 2013
Min nieqa 1 dic 2013
 
Min nieqa 5 - dic 2013
Min nieqa   5 - dic 2013Min nieqa   5 - dic 2013
Min nieqa 5 - dic 2013
 
Roster december b 2013
Roster december b 2013Roster december b 2013
Roster december b 2013
 
Roster december a 2013
Roster december  a 2013Roster december  a 2013
Roster december a 2013
 
Assemblea 2013
Assemblea 2013Assemblea 2013
Assemblea 2013
 
Sena tal fidi
Sena tal fidiSena tal fidi
Sena tal fidi
 
Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2Nieqa nov 2013 p 2
Nieqa nov 2013 p 2
 

Priedka 9 novena

  • 1. Ħsieb tad-DISA’ JUM tan-NOVENA Fr. Nicholas Cachia Kull ċelebrazzjoni ta’ Marija, Omm Alla, hija stedina għalina lkoll biex aħna wkoll nixxennqu għall-qdusija. Il-ġakulatorja sabiħa li ngħidu: “O Marija, li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa, aqlgħalna l-grazzja noħorġu minnha mingħajr ħtija” hija stedina biex nsiru nixbħu lil Marija fil-mixja tagħna lejn is-sema, pajjiżna, u għalhekk biex insiru qaddisin bħalha. San Pawl jgħidilna, fl-Ewwel Ittra lit-Tessalonkin: “Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom” (4,3). U San Pietru, fl-Ewwel Ittra tiegħu, ukoll jistedinna: “bħalma qaddis hu dak li sejħilkom, kunu intom ukoll qaddisin fl-imġiba tagħkom kollha” (1,15). U, mill-ġdid San Pawl jgħid li dan kien l-għan għalfejn Alla ħalaqna: “Hekk hu għażilna fih, sa minn qabel il- ħolqien tad-dinja, biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba” (Efes 1,4). Dan iseħħ bis-saħħa tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù, l-offerta li l-Iben ta’ Alla jagħmel tiegħu nnifsu biex isalvana u jgħaqqadna ma’ Alla. “Kristu ħabb il-Knisja u ta ħajtu għaliha. U dan għamlu biex iqaddisha u jnaddafha bil-ħasil tal-ilma u l-kelma u biex iressaqha quddiemu din il-Knisja, sabiħa, bla tebgħa, bla tikmix, bla għajb, u b’xejn minn dan, imma qaddisa u bla tmaqdir minn ħadd” (Efes 5,25b-27). Il-Knisja hija aħna lkoll flimkien, imma hija kull wieħed u kull waħda minna. Dan ifisser li din hija deskrizzjoni ta’ kif għandha tkun il-ħajja tagħna: sabiħa, bla tebgħa, bla tikmix, bla għajb, qaddisa, bla tmaqdir minn ħadd. U jagħtina wkoll il-mezzi li permezz tagħhom nistgħu nilħqu dan l-għan: il-magħmudija li twaħħadna mal-Mulej Ġesù, is-Sagramenti li permezz tagħhom nirċievu l-qawwa mis-sema tul il-mixja tagħna, u l-Kelma ta’ Alla, li tkun ta’ dawl għall-passi tagħna. Dan hu idejal għoli ħafna li, jekk nipprova nilħqu waħdi, ikun assolutament impossibbli, imma jekk ninfetaħ għall-imħabba ta’ Alla u għall-għajnuna li jagħtini l-Ispirtu s-Santu, isir possibbli. Il-qdusija mhijiex xi preġju ta’ x’uħud magħżulin; ħadd ma jitwieled qaddis ... aħna nsiru qaddisin fil-ħajja tagħna, billi nilqgħu l-grazzja ta’ Alla u nikkollaboraw magħha. Ilkoll kemm aħna msejħin biex insiru qaddisin. Għażla sabiħa li għamel il-Beatu Ġwanni Pawlu II kienet li kemm jista’ jkun jikkanonizza qaddisin minn kull settur tal-ħajja, u mhux biss sorijiet, patrijiet u saċerdoti. B’hekk illum għandna koppji miżżewġin li huma ddikjarati qaddisin jew beati: il-Beati Luigi u Zelie Martin, il-ġenituri ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, il-Beati Luigi Beltrame Quattrocchi u Maria Corsini, koppja miżżewwġa li kellhom erbat itfal, tlieta minnhom għadhom ħajjin. Insibu wkoll mara miżżewġa li kienet ukoll tabiba: Santa Gianna Beretta Molla, li mietet fl-1962 waqt li kienet tqila bit-tifla tagħha. Għandna żgħażagħ: il-Beatu Piergiorgio Frassati, li miet ta’ erba’ u għoxrin sena; il-Beata Laura Vicuna, li kienet toqgħod l-Arġentina, u li mietet ta’ 12-il sena. Għandna professjonisti: San Tumas More, statista Ingliż; il-Qaddej ta’ Alla, Giorgio La Pira,
  • 2. politiku Taljan; San Giuseppe Moscati, tabib, u l-Venerabbli José Gregorio Hernández, tabib ieħor mill-Venezuela. Dawn biex insemmu biss ftit ħafna minn lista twila ħafna ta’ persuni li għexu l-ħajja tal-qdusija. Iva, huwa possibbli li nsiru qaddisin fid-dinja tagħna, tkun xi tkun l- età tagħna, tkun xi tkun il-professjoni jew l-istat tal-ħajja tagħna. Hi wkoll x-xewqa tal-Madonna li aħna nwieġbu s-sejħa ta’ Binha li nkunu qaddisin. Bħalma qalet lill-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana, hekk ukoll tgħid lil kull wieħed u waħda minna: “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu” (Ġw 2,5). Il-ferħ ta’ Marija żgur li huwa wieħed mal-ferħ ta’ Alla l- Missier u ta’ Ġesù: meta jaraw tant persuni li qegħdin jinfetħu għall-imħabba ta’ Alla u jwieġbu għaliha b’ħilithom kollha. Min jaf kemm jitnissel ferħ fil-qalb tal-Verġni Mbierka meta tarana nersqu b’qalb niedma u sogħbiena lejn is-Sagrament tal-Qrar, meta tarana nieħdu bis-serjetà l-ħajja spiritwali tagħna, meta tarana naqraw u nirriflettu fuq il-Kelma ta’ Alla! Min jaf kemm innisslu ferħ fil-qalb ta’ Marija Ommna meta fil-ħajja tagħna ngħażlu li nimxu fuq il-Kelma ta’ Ġesù anke jekk ikun ifisser xi tbatija min-naħa tagħna! Bħalma omm dejjem tixxennaq li uliedha jkunu magħqudin magħha u l-ferħ kbir tagħha meta tara l-uliedha u ulied uliedha miġburin flimkien, hekk ukoll Marija. Il-ferħ kbir tagħha meta tarana miġburin madwar Binha Ġesù u naħdmu biex insiru qaddisin, bil-grazzja tiegħu. Għeżież, dan huwa l-essenzjali fil-ħajja tagħna. Dan huwa l-ġid veru li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem. Dan huwa wkoll l-isbaħ u l-ikbar unur li nistgħu nagħtu lil Marija Bambina fil-festa tagħha. It-tiżjin, il-kant, l-armar, il-banda, in-nar, iċ- ċelebrazzjonijiet fil-knisja ... kollha huma sbieħ jekk iservu għal dan l-uniku għan tal-ħajja tagħna. Jekk le, ikunu biss qed jaljenawna u jbegħduna minnu! Nemmen li Marija Bambina tinkwieta u jisgħobbiha tara tant żgħażagħ, tant irġiel u nisa, jgħinu fl-armar u fit-tiżjin, jieħdu sehem fil-marċijiet tal-banda, forsi wkoll jifirħu quddiem l-istatwa tagħha, imma mbagħad ma jersqux lejn il-Knisja, mhumiex lesti li jisimgħu l- Kelma ta’ Alla, mhumiex miftuħin għall-imħabba li Alla għandu għalihom. Hi qed tgħid lilhom ukoll: “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu” u huma jibqgħu għaddejjin u ma jagħtux każ, qisu ma tkellem ħadd. U l-agħar ħaġa hi li jgħidu li qed iżejnu, qed jifirħu, għax huma devoti ta’ Marija Bambina! Kemm inikktuha lill- Madonna dawn in-nies! U kemm titnikket ukoll Marija tara tant persuni li mehdijin fil-ħajja tagħhom mingħajr ma jinteressahom xejn f’Alla! Kemm titnikket Marija meta tara tfal li jagħmlu l-ewwel tqarbina bil-pompa kollha u mbagħad il-genituri tagħhom ma jġibuhomx il-Knisja biex ikunu jistgħu jirċievu lil dak Ġesù li tant ixxenqu għalih! Kemm titnikket Marija meta tara żgħażagħ, koppji miżżewġin, familji sħaħ li moħħhom biss fix-xogħol, fix-xalar, fis-sodisfazzjoni tal- ġibdiet tagħhom u jinsew lil Alla! Kemm titnikket Marija Bambina meta tara tant nies joffendu lil Alla u lilha bid-dagħa, bi kliem ħażin, b’għemil ħażin u bi skandli, fid-dar, fuq il- postijiet tax-xogħol, fit-toroq u fil-ħwienet!
  • 3. Ejjew, għeżież, inkunu aħna l-ferħ ta’ Marija! Ejjew nixxennqu dejjem iżjed biex inwieġbu għas-sejħa tagħha ta’ omm biex nagħmlu dak kollu li jgħidilna Ġesù Binha! Ejjew nieħdu b’iktar serjetà l-“iva” li aħna għidna fil-Magħmudija: “iva” lil Alla, lill-imħabba, lil ħajja li ngħixuha skont il-Kelma tiegħu; u “le” lill-egoiżmu, li nfittxu l-interessi tagħna u ma jimpurtanix minn ħaddieħor, lid-dnub, u lix-xitan. It-taqbida spiritwali hija kbira. It-triq hija wieqfa u l-bieb huwa dejjaq. Il-ħajja nisranija mhijiex għad-debboli. Turi l-qawwa tar-ruħ, ta’ min hu determinat li jagħmel minn ħajtu xi ħaġa tassew sabiħa għal Alla u għall-oħrajn. Hemm bżonn rieda soda u determinazzjoni min- naħa tagħna. Imma rridu nżommu dejjem quddiem għajnejna li m’aħniex waħidna. Il-Mulej jaf li ma nistgħux nagħmluha waħidna u għalhekk tana l-Ispirtu s-Santu, it-Tielet Persuna tat- Trinità Qaddisa li qiegħed jgħammar fina u qiegħed isostnina fil-mixja tagħna. Marija kienet miftuħa kompletament għal din il-preżenza u għal din l-għajnuna tal-Ispirtu tant li nsejħulha: Għarusa tal-Ispirtu s-Santu. Hi tistedinna biex aħna wkoll nkunu niftuħin għal din il-preżenza u għal din l-għajnuna fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Lil Marija Bambina nsejħulha wkoll b’ħafna mħabba “Madonna tal-Vittorji, tar-rebħiet”. Nirreferu għar-rebħiet li l-poplu tagħna ċċelebra wara li rrikorrha b’tama kbira fl- interċessjoni tal-Verġni Omm. Kienet t-talba ħerqana li saret lil Marija Bambina mill-Maltin li ħelset lil Malta mill-flotta Ottomana fit-8 ta’ Settembru tal-1565 fi tmiem l-Assedju l-Kbir, meta din il-flotta li kienet ilha tagħmel assedju lill-Maltin u lill-Kavallieri għal erba’ xhur sħaħ telqet tellie fa l-gżejjer Maltin. Kienet ukoll l-interċessjoni ta’ Marija li fl-1800 ħelset lil Malta mill-ħakkiema Franċiżi. Wara li l- Maltin kienu ftehmu mal-Ingliżi ta’ Lord Nelson, il-Franċiżi temmew uffiċjalment idhom f’idhom il-ħakma tagħhom f’Malta. Il-Maltin daru wkoll b’tant ħrara u mħabba lejn il-Verġni Mbierka fit-Tieni Gwerra Dinjija, u wara tant xhur ta’ qtigħ il-qalb, fit-8 ta’ Settembru 1943 it-Taljani ta’ Mussolini ċedew l-armi lill-Alleati biex b’hekk tintemm il-Gwerra għal Malta. F’dawn it-tliet sitwazzjonijiet partikulari, il-Maltin raw il-mewt imma b’fiduċja ta’ ulied daru lejn Dik li l-Mulej – fil-punt tal-mewt tiegħu – tahielna bħala Ommna, u hi ħelset lil missirijietna. L-interċessjoni ta’ Marija kisbet lil dawn il-gżejjer u lilna lkoll il-wirt tal-fidi nisranija u l-libertà ta’ poplu sovran li jagħti valur kbir lid-dinjità ta’ kull bniedem u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Għeżież, irridu nibqgħu ngħożżu dan il-wirt nisrani u dawn il-valuri nsara, mhux bħala xi ħaġa prezzjuża f’Mużew tal-antikità, imma bħala xi ħaġa li tagħtina l- ħajja, li tagħtina direzzjoni għall-preżent u għall-futur, lilna u lil pajjiżna. Ninkwetaw ħafna meta naraw dawn il-valuri jitnaqqru minn liġijiet li, f’isem il-progress u f’isem li nkunu bħall-oħrajn, għaddew u se jgħaddu mill-Parlament Malti. Ninkwetaw ħafna wkoll li ħafna Maltin qegħdin iwarrbu dan il-wirt nisrani għaliex jikkunsidrawh bħala xi ħaġa li jassarhom u mhux bħala wirt li jagħtihom il-libertà vera, minħabba li jridu jgħixu kif jaqblilhom u jidhrilhom huma. Ninkwetaw għax qed naraw li qed isiru diversi bidliet fis-soċjetà tagħna u l- insara kattoliċi, ħafna drabi, qed jibqgħu siekta u ma jsemmgħux leħinhom biżżejjed.
  • 4. Għeżież, huwa żmien fejn aħna nduru lejn il-Verġni Mbierka, Marija Bambina, u nitolbuha sabiex takkumpanjana, sabiex tħeġġiġna u ddawwalna ħalli nkunu tassew ħmira u melħ fis- soċjetà tagħna. U dan nagħmluh billi nagħtu sehem sħiħ fuq kull livell tal-ħajja pubblika, politika, ekonomika u soċjali tal-poplu tagħna. Ma nistgħux nistħu li aħna nsara. Għandna kontribut mill-iżjed siewi għas-soċjetà tagħna. Irridu nimtlew kuraġġ u rridu nużaw it-talenti u l-kwalitajiet kollha tagħna biex inwasslu l-Evanġelju, il-Bxara t-tajba ta’ Ġesù Kristu lil ħutna. Kif qalilna l-Papa Franġisku ftit tal-ġimgħat ilu: “il-qawwa reali tal-Insara hija l- qawwa tal-verità u tal-imħabba ... Il-fidi u s-saħha jmorru flimkien. L-insara ... huma b’saħħithom! X’tip ta’ saħħa? Is-saħħa tal-manswetudni u tal-imħabba” (Angelus, 18 ta’ Awwissu 2013). Għeżież Naxxarin, intom li tifirħu li kontu l-ewwel li emmintu lill-Appostlu Pawlu meta ħabbrilna l-fidi fi Kristu: Prior Credidi, kunu intom dawk tixprunaw mill-ġdid bl-eżempju u bil-kelma tagħkom lill-poplu Malti u Għawdxi fil-fidi tagħna f’Ġesù. Kunu ulied tassew ta’ Marija Bambina biex tixxennqu għall-qdusija, billi titħeġġu li tfasslu ħajjitkom skont il- Kelma ta’ Alla, billi tkunu dejjem miftuħin għall-imħabba ta’ Alla, li tagħmilna dejjem ġodda u friski. Jalla kull Naxxari u kull min illum joqgħod hawn f’din il-parroċca għażiża ddedikata lil Marija Bambina jimtela b’din ix-xewqa li nkunu nixbħuha. Nitolbuha sabiex iddaħħalna taħt il-mant tagħha, nitolbuha tgħallimna nisimgħu b’qalb miftuħa għall-Kelma tal-Mulej, u nitolbuha li turina kif aħna nistgħu ninbidlu dejjem iżjed f’dixxipli vera ta’ Binha Ġesù. Kif isejħilha Sant’Anselmu (Sermo 21, “In Nativitate B. Mariae”, Migne, Vol 195, 323): “Inti l-Omm tagħna, Omm il-Ħajja tagħna, Omm in-nuqqas ta’ taħsir tagħna, Omm id-Dawl tagħna. Għaliex inti Omm Kristu, inti Omm l-Għerf tagħna, Omm il-Ġustizzja tagħna, Omm it-Tqaddis tagħna, Omm il-Fidwa tagħna. Inti għalhekk ikbar mill-omm fiżika tagħna, għaliex mingħandek aħna nirċievu twelid aħjar, mingħandek jiġuna l-għerf u l-ġustizzja tagħna, minnek tiġina l-qdusija tagħna”. U għalhekk f’dan il-mument għażiż induru lejk, o għażiża Ommna, Marija Bambina, o Protettriċi tagħna u ta’ dan ir-raħal, u ngħidulek b’qalbna kollha: O tfajla mmakulata, li sraqt il-qlub minn tagħna, is-sliem għalik, Bambina, ibqa’ dejjem magħna. Omm t’Alla tal-Vittorja, tifħir nagħtuk u glorja. In-Naxxar, ħelwa Bambina, jibqa’ jgħożżok, ġieħ jurik, għax it-tama tiegħu qiegħed, wara f’Alla l-Kbir, biss FIK. Viva Marija Bambina.