Skola: Kulleġġ Marija Reġina San Pawl il-Baħar Primarja.  Sena: 5 Whales Għalliem: Mr. Mario Mifsud
Fejn tinsab? Kif inhi mibnija? Kif inhi magħrufa? Lil minn tixbah? X’ kienu jagħmlu l-Għawdxin? Kif inbidlet? Għafas fuq il-vleġġa biex issir taf aktar dwar iċ-Ċittadella.
IĊ-ĊITTADELLA
 
Liema ritratt taħsbu li qed juri ċ-Ċittadella?
Iċ-Ċittadella li hi magħrufa wkoll bħala l-Gran Kastell tinsab fl-ogħla parti tar-Rabat (Victoria). Fl-imgħoddi dan kien ta’ vantaġġ kbir għall- Għawdxin.  F’ dan ir-ritratt antik, iċ-Ċittadella tispikka fuq il-bini l-ieħor tar-Rabat u ta’ l-irħula l-oħra ta’ madwar. B’ dan il- mod l-Għawdxin u s-suldati li kienu jkunu għassa fuq is-swar taċ-Ċittadella setgħu jaraw l-għadu ġej mill-bogħod u b’hekk kien ikollhom biżżejjed ċans biex jiddefendu liċ-Ċittadella.
le
 
Wieħed jista’ jara s-swar għoljin li jdawru ċ-Ċittadella .
Din hija d-daħla oriġinali taċ-Ċittadella u li magħha kien hemm pont twil tal-ġebel li kien jitla’ u jinżel. B’ hekk kien jagħlaq l-uniku daħla għaċ-Ċittadella. Illum, id-daħla oriġinali taċ-Ċittadella tinsab ftit passi bogħod mid-daħla l-kbira li naraw illum.  Fl-imgħoddi kien hemm ordni li sa nżul ix-xemx, kull Għawdxi kellu jinġabar ġewwa ċ-Ċittadella. Imbagħad kien jittella’ l-pont. B’ hekk l-Għawdxin kienu jħossuhom aktar protetti wara s-swar taċ-Ċittadella.
Kien biss wara li l-Għawdxin tilfu t-tama li tasal xi tip ta’ għajnuna minn Malta, li ċedu u ħallew lit-Torok jieħdu kważi lill- Għawdxin kolha bħala lsiera ħlief għal xi numru żgħir ta’ xjuħ.
Wara dan l-attakk ta’ l-1551, is-swar reġgħu nbnew fuq il-pjanta ta’ Franċesco Laparelli, li kien l-arkitett tal-Papa.
Il-Katidral huwa ddedikat lil Marija Mtella’ s-Sema. Din il-knisja kienet tissejjaħ il-Matriċi jiġifieri Omm il-Knejjes. Hekk kif tidħol mid-daħla li hemm illum, ssib ruħek fi pjazza. Faċċata hemm il-Katidral mibni fuq taraġ għoli. Il-Katidral huwa l-isbaħ ġawhra fiċ-Ċittadella. Il-perit tiegħu kien Lorenzo Gafa’. Dan il-Katidral ma għandhux koppla, pero’ meta wieħed jidħol fih u iħares lejn is-saqaf  ikun jista’ jara pittura ta’ koppla li tpittret ta’ li mod li qed tara koppla tassew.
Fuq in-naħa tax-xellug tal-knisja wieħed jista’ jsib il-Qorti ta’ Għawdex. Hemm ħsieb li fil-futur qarib, il-qorti jiġi trasferit għal post aktar addattat. Bħal ma nsibu fl-Imdina, fiċ-Ċittadella hemm ukoll l-mużew tal-Katidral.  Maġenb il-Qorti, hemm ukoll il-ħabs il-qadim li kien jintuża fl-imgħoddi. Illum dan il-post iservi bħala mużew.
Ġewwa ċ-Ċittadella nsibu wkoll għadd ta’ mużewijiet li jkomplu jsebbħu l-istorja li hemm marbuta magħha u maċ-Ċittadella.
 
Minn fuq is-swar għoljin taċ-Ċittadella, tista’ tara kważi lil Għawdex kollu.  Bħal ma tara minn fuq is-swar ta’ l-Imdina, wieħed jista jara wkoll il-ħdura u l-għelieqi  ta’ madwar il-gżira Għawdxija. Minn dawn ir-ritratti  t’ hawn taħt, tistgħu taraw wkoll li  l-gżira ta’ Malta tidher sew minn fuq is-swar tal-Gran Kastell.
Bħala pajjiż nisrani li dejjem għożżejna r-reliġjon nisranija, ma jistax jonqos li nsibu xi xbihat bħal niċeċ li għandhom x’ jaqsmu ma’ Ġesu jew il-Madonna.  Arloġġ qadim li kien jintuża fl-antik. Dan it-tip ta’ arloġġ kien juri l-ħin permezz tax-xemx.
Iż-żewġ daħliet għal ġo l-Imdina u ċ-Ċittadella. Liema minn dawn teħodna għaċ-Ċittadella?
le
 
Liema huwa l-Katidral li jinsab ġewwa ċ-Ċittadella?
le
 
TMIEM

Ic-Cittadella

  • 1.
    Skola: Kulleġġ MarijaReġina San Pawl il-Baħar Primarja. Sena: 5 Whales Għalliem: Mr. Mario Mifsud
  • 2.
    Fejn tinsab? Kifinhi mibnija? Kif inhi magħrufa? Lil minn tixbah? X’ kienu jagħmlu l-Għawdxin? Kif inbidlet? Għafas fuq il-vleġġa biex issir taf aktar dwar iċ-Ċittadella.
  • 3.
  • 4.
  • 5.
    Liema ritratt taħsbuli qed juri ċ-Ċittadella?
  • 6.
    Iċ-Ċittadella li himagħrufa wkoll bħala l-Gran Kastell tinsab fl-ogħla parti tar-Rabat (Victoria). Fl-imgħoddi dan kien ta’ vantaġġ kbir għall- Għawdxin. F’ dan ir-ritratt antik, iċ-Ċittadella tispikka fuq il-bini l-ieħor tar-Rabat u ta’ l-irħula l-oħra ta’ madwar. B’ dan il- mod l-Għawdxin u s-suldati li kienu jkunu għassa fuq is-swar taċ-Ċittadella setgħu jaraw l-għadu ġej mill-bogħod u b’hekk kien ikollhom biżżejjed ċans biex jiddefendu liċ-Ċittadella.
  • 7.
  • 8.
  • 9.
    Wieħed jista’ jaras-swar għoljin li jdawru ċ-Ċittadella .
  • 10.
    Din hija d-daħlaoriġinali taċ-Ċittadella u li magħha kien hemm pont twil tal-ġebel li kien jitla’ u jinżel. B’ hekk kien jagħlaq l-uniku daħla għaċ-Ċittadella. Illum, id-daħla oriġinali taċ-Ċittadella tinsab ftit passi bogħod mid-daħla l-kbira li naraw illum. Fl-imgħoddi kien hemm ordni li sa nżul ix-xemx, kull Għawdxi kellu jinġabar ġewwa ċ-Ċittadella. Imbagħad kien jittella’ l-pont. B’ hekk l-Għawdxin kienu jħossuhom aktar protetti wara s-swar taċ-Ċittadella.
  • 11.
    Kien biss warali l-Għawdxin tilfu t-tama li tasal xi tip ta’ għajnuna minn Malta, li ċedu u ħallew lit-Torok jieħdu kważi lill- Għawdxin kolha bħala lsiera ħlief għal xi numru żgħir ta’ xjuħ.
  • 12.
    Wara dan l-attakkta’ l-1551, is-swar reġgħu nbnew fuq il-pjanta ta’ Franċesco Laparelli, li kien l-arkitett tal-Papa.
  • 13.
    Il-Katidral huwa ddedikatlil Marija Mtella’ s-Sema. Din il-knisja kienet tissejjaħ il-Matriċi jiġifieri Omm il-Knejjes. Hekk kif tidħol mid-daħla li hemm illum, ssib ruħek fi pjazza. Faċċata hemm il-Katidral mibni fuq taraġ għoli. Il-Katidral huwa l-isbaħ ġawhra fiċ-Ċittadella. Il-perit tiegħu kien Lorenzo Gafa’. Dan il-Katidral ma għandhux koppla, pero’ meta wieħed jidħol fih u iħares lejn is-saqaf ikun jista’ jara pittura ta’ koppla li tpittret ta’ li mod li qed tara koppla tassew.
  • 14.
    Fuq in-naħa tax-xellugtal-knisja wieħed jista’ jsib il-Qorti ta’ Għawdex. Hemm ħsieb li fil-futur qarib, il-qorti jiġi trasferit għal post aktar addattat. Bħal ma nsibu fl-Imdina, fiċ-Ċittadella hemm ukoll l-mużew tal-Katidral. Maġenb il-Qorti, hemm ukoll il-ħabs il-qadim li kien jintuża fl-imgħoddi. Illum dan il-post iservi bħala mużew.
  • 15.
    Ġewwa ċ-Ċittadella nsibuwkoll għadd ta’ mużewijiet li jkomplu jsebbħu l-istorja li hemm marbuta magħha u maċ-Ċittadella.
  • 16.
  • 17.
    Minn fuq is-swargħoljin taċ-Ċittadella, tista’ tara kważi lil Għawdex kollu. Bħal ma tara minn fuq is-swar ta’ l-Imdina, wieħed jista jara wkoll il-ħdura u l-għelieqi ta’ madwar il-gżira Għawdxija. Minn dawn ir-ritratti t’ hawn taħt, tistgħu taraw wkoll li l-gżira ta’ Malta tidher sew minn fuq is-swar tal-Gran Kastell.
  • 18.
    Bħala pajjiż nisranili dejjem għożżejna r-reliġjon nisranija, ma jistax jonqos li nsibu xi xbihat bħal niċeċ li għandhom x’ jaqsmu ma’ Ġesu jew il-Madonna. Arloġġ qadim li kien jintuża fl-antik. Dan it-tip ta’ arloġġ kien juri l-ħin permezz tax-xemx.
  • 19.
    Iż-żewġ daħliet għalġo l-Imdina u ċ-Ċittadella. Liema minn dawn teħodna għaċ-Ċittadella?
  • 20.
  • 21.
  • 22.
    Liema huwa l-Katidralli jinsab ġewwa ċ-Ċittadella?
  • 23.
  • 24.
  • 25.