SlideShare a Scribd company logo
1 of 21
Il-Familja ta’ Alla
      fid-dar
Kemm nieħdu pjaċir meta fil-familja
naħsbu f’xulxin u naħdmu għal
xulxin.
Il-papà jmur għal-xogħol u jaqla’ l-
flus biex bihom ngħixu lkoll flimkien.
Il-mamà ssajjar, taħsel u tagħmel
ix-xogħol tad-dar għaliha, għall-papà
u għalina.
Aħna nġibu
ruħna
tajjeb,
ngħinu lill-
mamà u
naqdu lill-
papà f’dak li
jkollu bżonn.
Il-familja hi ħaġa sabiħa li tahielna
Alla.
Meta Alla bagħat lil Ġesù fid-dinja
riedu jitwieled u jikber ġo familja
bħal tagħna.
San Ġużepp kien jagħmel ix-xogħol
ta’ mastrudaxxa u kien jaqla’ l-flus
biex jiekol hu, Ġesù u Marija.
Marija kienet
tagħmel ix-
xogħol tad-
dar u taħseb
f’Ġesù u f’San
Ġużepp.
Ġesù trabba
u kiber mal-
ġenituri
tiegħu, u
mingħandhom
tgħallem
ħafna
affarijiet
sbieħ.
Kien iħobbhom,
igħinhom u
jobdihom.
Meta kiber Ġesù dejjem fittex li jġib
il-ferħ lil xi familji li kien ikollhom xi
dwejjaq.
Fit-tieġ ta’ Kana, biddel l-ilma
f’inbid biex l-għarajjes jibqgħu
ferħanin.
Fil-familja ta’
Ġajru, Ġesù
ġab ferħ kbir
meta qajjem
mill-mewt
lit-tifla
tagħhom.
Lill-ħafna familji
oħrajn Ġesù
għamlilhom il-ġid
meta fejqilhom lil
min kellhom
marid.
Ġesù jrid li fil-familja tagħna, aħna
nħobbu ħafna lil xulxin.
Ma jridniex nissuppervjaw,
nirrispondu u ninkwetaw lill-
ġenituri tagħna.
Bħalu jridna nħobbuhom u
nobduhom.
Ma’ ħutna
Ġesù ma
jridniex
nippikaw u
niġġieldu,
iridna
nilagħbu,
ngħinu u
nifirħu
b’xulxin.
Il-familja hija tagħna lkoll. Aktar ma
nkunu magħqudin bejnietna aktar
ikollna lil Ġesù magħna.
Meta nġibu ruħna tajjeb fil-familja tagħna
nkunu qegħdin nobdu r-raba’
kmandament li jgħidilna: “Agħti ġieh lil
missierek u ommok.”

More Related Content

More from marisaxaghra

More from marisaxaghra (20)

Religion lesson 7
Religion   lesson 7Religion   lesson 7
Religion lesson 7
 
L isqof
L isqofL isqof
L isqof
 
Lesson 5
Lesson 5Lesson 5
Lesson 5
 
Lesson 5
Lesson 5Lesson 5
Lesson 5
 
Nomi komuni u propji1
Nomi   komuni u propji1Nomi   komuni u propji1
Nomi komuni u propji1
 
Nomi komuni u propji1
Nomi   komuni u propji1Nomi   komuni u propji1
Nomi komuni u propji1
 
Symmetry3
Symmetry3Symmetry3
Symmetry3
 
Religion lesson 3
Religion   lesson 3Religion   lesson 3
Religion lesson 3
 
San pawl
San pawlSan pawl
San pawl
 
Religion nawfragju ta san pawl
Religion   nawfragju ta san pawlReligion   nawfragju ta san pawl
Religion nawfragju ta san pawl
 
L artiklu
L artikluL artiklu
L artiklu
 
Religion aħna nsara maltin kp2
Religion   aħna nsara maltin kp2Religion   aħna nsara maltin kp2
Religion aħna nsara maltin kp2
 
Composition ppt kif ghaddejt il-vaganzi tas-sajf
Composition ppt    kif ghaddejt il-vaganzi tas-sajfComposition ppt    kif ghaddejt il-vaganzi tas-sajf
Composition ppt kif ghaddejt il-vaganzi tas-sajf
 
Present continuous
Present continuousPresent continuous
Present continuous
 
L isqof - good
L isqof - goodL isqof - good
L isqof - good
 
Religion lesson 11
Religion   lesson 11Religion   lesson 11
Religion lesson 11
 
Kollettivi
KollettiviKollettivi
Kollettivi
 
Lesson 5
Lesson 5Lesson 5
Lesson 5
 
Lesson 5
Lesson 5Lesson 5
Lesson 5
 
Lesson 3
Lesson 3Lesson 3
Lesson 3
 

Religion lesson 12