Successfully reported this slideshow.
We use your LinkedIn profile and activity data to personalize ads and to show you more relevant ads. You can change your ad preferences anytime.
Lesson 12 Il-Familja ta’ Alla  fid-dar
Kemm nie ħdu pjaċir meta fil-familja  naħsbu f’xulxin  u  naħdmu għal xulxin .
Il-pap à  jmur għal-xogħol u jaqla’ l-flus biex bihom ngħixu lkoll flimkien.
Il-mam à  ssajjar, taħsel u tagħmel  ix-xogħol tad-dar għaliha, għall-pap à  u għalina.
Aħna nġibu  ruħna tajjeb , ngħinu lill-mam à  u naqdu lill-pap à  f’dak li jkollu bżonn.
Il-familja hi ħaġa sabiħa li tahielna  Alla .
Meta Alla bagħat lil Ġes ù  fid-dinja riedu jitwieled u jikber ġo familja bħal tagħna.
San Ġużepp kien jagħmel ix-xogħol ta’  mastrudaxxa  u kien jaqla’ l-flus biex jiekol hu, Ġes ù  u Marija.
Marija kienet tagħmel  ix-xogħol tad-dar  u taħseb f’Ġes ù  u f’San Ġużepp.
Ġes ù  trabba u kiber mal-ġenituri tiegħu, u mingħandhom tgħallem ħafna affarijiet sbieħ.
Kien iħobbhom, igħinhom u jobdihom.
Meta kiber Ġes ù  dejjem fittex li jġib il- ferħ  lil xi familji li kien ikollhom xi dwejjaq.
Fit-tieġ ta’ Kana , biddel  l-ilma f’inbid  biex l-għarajjes jibqgħu ferħanin.
Fil-familja ta’  Ġajru , Ġes ù  ġab ferħ kbir meta  qajjem mill-mewt lit-tifla  tagħhom.
Lill-ħafna familji oħrajn Ġes ù  għamlilhom il-ġid meta fejqilhom lil min kellhom marid.
Ġes ù  jrid li fil-familja tagħna, aħna nħobbu ħafna lil xulxin.
Ma jridniex  nissuppervjaw ,  nirrispondu  u  ninkwetaw  lill-ġenituri tagħna.
Bħalu jridna nħobbuhom u nobduhom.
Ma’ ħutna Ġes ù  ma jridniex nippikaw u niġġieldu, iridna nilagħbu, ngħinu u nifirħu b’xulxin.
Il-familja hija tagħna lkoll.  Aktar ma nkunu  magħqudin  bejnietna aktar ikollna lil  Ġes ù  magħna .
Meta nġibu ruħna tajjeb fil-familja tagħna nkunu qegħdin nobdu  r-raba’ kmandament  li jgħidilna:  “Agħti ġieh lil missier...
Upcoming SlideShare
Loading in …5
×

Lesson 12

2,336 views

Published on

  • Be the first to comment

Lesson 12

  1. 1. Lesson 12 Il-Familja ta’ Alla fid-dar
  2. 2. Kemm nie ħdu pjaċir meta fil-familja naħsbu f’xulxin u naħdmu għal xulxin .
  3. 3. Il-pap à jmur għal-xogħol u jaqla’ l-flus biex bihom ngħixu lkoll flimkien.
  4. 4. Il-mam à ssajjar, taħsel u tagħmel ix-xogħol tad-dar għaliha, għall-pap à u għalina.
  5. 5. Aħna nġibu ruħna tajjeb , ngħinu lill-mam à u naqdu lill-pap à f’dak li jkollu bżonn.
  6. 6. Il-familja hi ħaġa sabiħa li tahielna Alla .
  7. 7. Meta Alla bagħat lil Ġes ù fid-dinja riedu jitwieled u jikber ġo familja bħal tagħna.
  8. 8. San Ġużepp kien jagħmel ix-xogħol ta’ mastrudaxxa u kien jaqla’ l-flus biex jiekol hu, Ġes ù u Marija.
  9. 9. Marija kienet tagħmel ix-xogħol tad-dar u taħseb f’Ġes ù u f’San Ġużepp.
  10. 10. Ġes ù trabba u kiber mal-ġenituri tiegħu, u mingħandhom tgħallem ħafna affarijiet sbieħ.
  11. 11. Kien iħobbhom, igħinhom u jobdihom.
  12. 12. Meta kiber Ġes ù dejjem fittex li jġib il- ferħ lil xi familji li kien ikollhom xi dwejjaq.
  13. 13. Fit-tieġ ta’ Kana , biddel l-ilma f’inbid biex l-għarajjes jibqgħu ferħanin.
  14. 14. Fil-familja ta’ Ġajru , Ġes ù ġab ferħ kbir meta qajjem mill-mewt lit-tifla tagħhom.
  15. 15. Lill-ħafna familji oħrajn Ġes ù għamlilhom il-ġid meta fejqilhom lil min kellhom marid.
  16. 16. Ġes ù jrid li fil-familja tagħna, aħna nħobbu ħafna lil xulxin.
  17. 17. Ma jridniex nissuppervjaw , nirrispondu u ninkwetaw lill-ġenituri tagħna.
  18. 18. Bħalu jridna nħobbuhom u nobduhom.
  19. 19. Ma’ ħutna Ġes ù ma jridniex nippikaw u niġġieldu, iridna nilagħbu, ngħinu u nifirħu b’xulxin.
  20. 20. Il-familja hija tagħna lkoll. Aktar ma nkunu magħqudin bejnietna aktar ikollna lil Ġes ù magħna .
  21. 21. Meta nġibu ruħna tajjeb fil-familja tagħna nkunu qegħdin nobdu r-raba’ kmandament li jgħidilna: “Agħti ġieh lil missierek u ommok.” 4

×