Ic-Cittadella

2,616 views

Published on

Social Studies Year 5 Primary

0 Comments
0 Likes
Statistics
Notes
  • Be the first to comment

  • Be the first to like this

No Downloads
Views
Total views
2,616
On SlideShare
0
From Embeds
0
Number of Embeds
7
Actions
Shares
0
Downloads
35
Comments
0
Likes
0
Embeds 0
No embeds

No notes for slide

Ic-Cittadella

  1. 1. Skola: Kulleġġ Marija Reġina San Pawl il-Baħar Primarja. Sena: 5 Whales Għalliem: Mr. Mario Mifsud
  2. 2. Fejn tinsab? Kif inhi mibnija? Kif inhi magħrufa? Lil minn tixbah? X’ kienu jagħmlu l-Għawdxin? Kif inbidlet? Għafas fuq il-vleġġa biex issir taf aktar dwar iċ-Ċittadella.
  3. 3. IĊ-ĊITTADELLA
  4. 5. Liema ritratt taħsbu li qed juri ċ-Ċittadella?
  5. 6. Iċ-Ċittadella li hi magħrufa wkoll bħala l-Gran Kastell tinsab fl-ogħla parti tar-Rabat (Victoria). Fl-imgħoddi dan kien ta’ vantaġġ kbir għall- Għawdxin. F’ dan ir-ritratt antik, iċ-Ċittadella tispikka fuq il-bini l-ieħor tar-Rabat u ta’ l-irħula l-oħra ta’ madwar. B’ dan il- mod l-Għawdxin u s-suldati li kienu jkunu għassa fuq is-swar taċ-Ċittadella setgħu jaraw l-għadu ġej mill-bogħod u b’hekk kien ikollhom biżżejjed ċans biex jiddefendu liċ-Ċittadella.
  6. 7. le
  7. 9. Wieħed jista’ jara s-swar għoljin li jdawru ċ-Ċittadella .
  8. 10. Din hija d-daħla oriġinali taċ-Ċittadella u li magħha kien hemm pont twil tal-ġebel li kien jitla’ u jinżel. B’ hekk kien jagħlaq l-uniku daħla għaċ-Ċittadella. Illum, id-daħla oriġinali taċ-Ċittadella tinsab ftit passi bogħod mid-daħla l-kbira li naraw illum. Fl-imgħoddi kien hemm ordni li sa nżul ix-xemx, kull Għawdxi kellu jinġabar ġewwa ċ-Ċittadella. Imbagħad kien jittella’ l-pont. B’ hekk l-Għawdxin kienu jħossuhom aktar protetti wara s-swar taċ-Ċittadella.
  9. 11. Kien biss wara li l-Għawdxin tilfu t-tama li tasal xi tip ta’ għajnuna minn Malta, li ċedu u ħallew lit-Torok jieħdu kważi lill- Għawdxin kolha bħala lsiera ħlief għal xi numru żgħir ta’ xjuħ.
  10. 12. Wara dan l-attakk ta’ l-1551, is-swar reġgħu nbnew fuq il-pjanta ta’ Franċesco Laparelli, li kien l-arkitett tal-Papa.
  11. 13. Il-Katidral huwa ddedikat lil Marija Mtella’ s-Sema. Din il-knisja kienet tissejjaħ il-Matriċi jiġifieri Omm il-Knejjes. Hekk kif tidħol mid-daħla li hemm illum, ssib ruħek fi pjazza. Faċċata hemm il-Katidral mibni fuq taraġ għoli. Il-Katidral huwa l-isbaħ ġawhra fiċ-Ċittadella. Il-perit tiegħu kien Lorenzo Gafa’. Dan il-Katidral ma għandhux koppla, pero’ meta wieħed jidħol fih u iħares lejn is-saqaf ikun jista’ jara pittura ta’ koppla li tpittret ta’ li mod li qed tara koppla tassew.
  12. 14. Fuq in-naħa tax-xellug tal-knisja wieħed jista’ jsib il-Qorti ta’ Għawdex. Hemm ħsieb li fil-futur qarib, il-qorti jiġi trasferit għal post aktar addattat. Bħal ma nsibu fl-Imdina, fiċ-Ċittadella hemm ukoll l-mużew tal-Katidral. Maġenb il-Qorti, hemm ukoll il-ħabs il-qadim li kien jintuża fl-imgħoddi. Illum dan il-post iservi bħala mużew.
  13. 15. Ġewwa ċ-Ċittadella nsibu wkoll għadd ta’ mużewijiet li jkomplu jsebbħu l-istorja li hemm marbuta magħha u maċ-Ċittadella.
  14. 17. Minn fuq is-swar għoljin taċ-Ċittadella, tista’ tara kważi lil Għawdex kollu. Bħal ma tara minn fuq is-swar ta’ l-Imdina, wieħed jista jara wkoll il-ħdura u l-għelieqi ta’ madwar il-gżira Għawdxija. Minn dawn ir-ritratti t’ hawn taħt, tistgħu taraw wkoll li l-gżira ta’ Malta tidher sew minn fuq is-swar tal-Gran Kastell.
  15. 18. Bħala pajjiż nisrani li dejjem għożżejna r-reliġjon nisranija, ma jistax jonqos li nsibu xi xbihat bħal niċeċ li għandhom x’ jaqsmu ma’ Ġesu jew il-Madonna. Arloġġ qadim li kien jintuża fl-antik. Dan it-tip ta’ arloġġ kien juri l-ħin permezz tax-xemx.
  16. 19. Iż-żewġ daħliet għal ġo l-Imdina u ċ-Ċittadella. Liema minn dawn teħodna għaċ-Ċittadella?
  17. 20. le
  18. 22. Liema huwa l-Katidral li jinsab ġewwa ċ-Ċittadella?
  19. 23. le
  20. 25. TMIEM

×