Successfully reported this slideshow.
We use your LinkedIn profile and activity data to personalize ads and to show you more relevant ads. You can change your ad preferences anytime.

Lesson 7

3,725 views

Published on

  • Be the first to comment

Lesson 7

  1. 1. L-Ispirtu s-Santu jagħti bidu lill- Familja ta’ Alla
  2. 2. Kultant inkunu mdejqin u nibżgħu, ma jkollna aptit nagħmlu xejn.
  3. 3. Imma malli xi ħadd jagħmlilna l- qalb inħossuna qed nieħdu ħajja ġdida.
  4. 4. Wara li Ġesu tela’ s-sema, l-Appostli ħassewhom waħedhom.
  5. 5. Imma Ġesu ma kienx se jħallihom waħedhom. Kien wegħedhom li jibagħtilhom l-Ispirtu s-Santu.
  6. 6. Fil-Għid il-Ħamsin, 50 jum wara li Ġesu qam mill-mewt, twieldet il- knisja.
  7. 7. L-Appostli kienu miġburin flimkien f’kamra kbira, jitolbu. Magħhom kien hemm ukoll Marija u d-dixxipli.
  8. 8. Semgħu bħal riħ qawwi, li mela l- kamra fejn kienu jitolbu.
  9. 9. Raw ukoll bħal dawl, qisu nar, li qagħad fuq kull wieħed u waħda minnhom.
  10. 10. Mir-riħ u d-dawl indunaw li kien niżel fuqhom l-Ispirtu li kien wegħedhom Ġesu.
  11. 11. L-Appostli u d-dixxipli bħal ħassewhom mibdulin. L- Ispirtu s-Santu tahom ħajja ġdida.
  12. 12. L-Appostli bdew jiftakru u jifhmu aħjar dak li għallem Ġesu. Ma baqgħux jibżgħu.

×