Successfully reported this slideshow.
We use your LinkedIn profile and activity data to personalize ads and to show you more relevant ads. You can change your ad preferences anytime.

4th Sunday Of Easter (Year B)

1,684 views

Published on

Published in: Spiritual
  • Be the first to comment

  • Be the first to like this

4th Sunday Of Easter (Year B)

  1. 1. Jiena r-Ragħaj it-Tajjeb! It-4 Ħadd ta’ L-Għid
  2. 2. L-Ewwel Qari: mill-Atti ta’ l-Appostli (Kap 4: 8-12)
  3. 3. F’dak iż-żmien: Pietru, mimli bl-Ispirtu s-Santu qal: “Kapijiet tal-poplu u xjuħ,
  4. 4. ladarba aħna qed niġu mistoqsijin fuq il-ġid li għamilna lil wieħed marid, u biex dan ġie mfejjaq,
  5. 5. mela ħa tkunu tafu intom ilkoll, u l-poplu kollu ta’ Iżrael, li fl-Isem ta’ Ġesu’ Kristu ta’ Nażaret,
  6. 6. dak li intom sallabtu u li Alla qajmu mill-imwiet,
  7. 7. biH dan ir-raġel hu quddiemkom qawwi u sħiħ.
  8. 8. Din hi l-Ġebla mwarrba minnkom, il-bennejja,
  9. 9. li saret il-Ġebla tax-Xewka .
  10. 10. F’ħadd aktar m’hemm salvazzjoni
  11. 11. għax taħt is-sema m’hemmx isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi.
  12. 12. Inroddu Ħajr lil Alla!
  13. 14. Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-Ġebla tax-Xewka!
  14. 15. għax it-tjieba tiegħu għal dejjem! Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb,
  15. 16. Aħjar tistkenn fil-Mulej milli tittama fil-bnedmin!
  16. 17. Aħjar tistkenn fil-Mulej milli tittama fil-kbarat!
  17. 18. Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-Ġebla tax-Xewka!
  18. 19. Niżżik ħajr talli weġibtni u kont salvazzjoni għalija.
  19. 20. Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-Ġebla tax-Xewka!
  20. 21. bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan: ħaġa ta’ l-għaġeb f’għajnejna!
  21. 22. Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-Ġebla tax-Xewka!
  22. 23. Imbierek minn ġej f’Isem il-Mulej! Imberkukom minn dar il-Mulej!
  23. 24. Niżżik ħajr talli weġibtni u kont salvazzjoni għalija!
  24. 25. Faħħru ‘l Mulej għaliex hu tajjeb, għax it-tjieba tiegħu għal dejjem!
  25. 26. Il-ġebla li warrbu l-bennejja saret il-Ġebla tax-Xewka!
  26. 27. It-2 Qari: mill-1 Ittra ta’ San Ġwann Appostlu. (Kap 3:1,2)
  27. 28. Għeżież: Araw b’liema mħabba ħabbna l-Missier:
  28. 29. nistgħu nissejħu wlied Alla, u tassew aħna!
  29. 30. Għalhekk id-dinja ma tagħraf-niex: għax ma għarfitx lilu.
  30. 31. Għeżież, issa nafu li aħna wlied Alla, imma x’se nkunu ‘l quddiem mhux muri lilna.
  31. 32. Madanakollu nafu li, meta hu jidher, aħna nkunu bħalu, għax narawh kif inhu.
  32. 33. Inroddu Ħajr lil Alla!
  33. 34. Jiena r-Ragħaj it-Tajjeb, igħid il-Mulej; Jiena nagħraf in-ngħaġ tiegħi, u n-ngħaġ tiegħi jagħrfu lili. Hallelujah! Hallelujah! Hallelujah! Hallelujah!
  34. 36. Jiena r-Ragħaj it-Tajjeb! F’dak iż-żmien, Ġesu qal:
  35. 37. Ir-Ragħaj it-Tajjeb jagħti ħajtu għan-ngħaġ tiegħu .
  36. 38. Ix-xrik, li mhuwiex ir-rgħaj, li n-ngħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej
  37. 39. u jħalli n-ngħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Xrik hu, ma jħabbilx rasu min-ngħaġ.
  38. 40. Jiena r-Ragħaj it-Tajjeb
  39. 41. Jiena ngħaraf in- ngħaġ tiegħi, u n-ngħaġ tiegħi jgħarfu lili; bħalma l-Missier jgħaraf lili u Jien ngħaraf lill-Missier;
  40. 42. u għan-ngħaġ tiegħi nagħti ħajti.
  41. 43. Għandi wkoll ngħaġ oħra li mhumhiex minn dan il-maqjel: lilhom ukoll jeħtieġ li nġib,
  42. 44. U huma jkunu jisimgħu leħni; u jkunu merħla waħda, ragħaj wieħed.
  43. 45. Għalhekk iħobbni Missieri, għax Jiena nagħti ħajti, biex nerġa neħodha. Għalhekk iħobbni Missieri, biex nerġa neħodha.
  44. 46. Ma jeħodhieli ħadd, imma jiena stess nagħtiha min rajja.
  45. 47. Għandi s-setgħa li nagħtiha, u għandi s-setgħa li nerġa neħodha. Dan hu l-kmand li ħadt mingħand Missieri.
  46. 48. Il-Kelma tal-Mulej. Tifħir lilek Kristu !

×