Successfully reported this slideshow.
We use your LinkedIn profile and activity data to personalize ads and to show you more relevant ads. You can change your ad preferences anytime.
Ġrajjiet il-
Milidijiet
L-Arkanġlu San Gabrijel
Merħba! Jien l-Anġlu Gabrijel.
Ġejt liebes hekk ... ta’ anġlu ... biex
żgur tagħrfuni, għax aħna l-anġli
mhux dejjem nilbs...
Ilna naqdu lil Alla għal
ħafna u ħafna snin,
eżattament mill-BIDU u sa
mill-eternita’.
Xogħolna jvarja ħafna.
Inkantaw, ng...
Wara li ħadha kontra
Alla, għamel minn
kollox biex iwaqqa’ fid-
dnub lill-ewwel
bnedmin ... u ħa
ngħidilkom ... irnexxielu...
Jien kont dak li ħabbart
lil Marija li kien ser
ikollha iben. Għadni
niftakarha ċara daqs il-
kristall, dik il-ġurnata ......
Miskina kemm kienet beżgħet.
Lanqas naf kemm il-platt
kissret. Iżda meta kkalmat
għaddejtilha l-messaġġ li kien
ser ikollh...
Għalkemm kienet
ħaġa mill-isbaħ li Alla
jibgħat lil ibnu fid-
dinja ... aħna l-anġli
konna mdejqin.
Konna mdejqin għax
kon...
Dakinhar li twieled kont
werwirt lil xi rgħajja li kienu
miġburin fuq il-ħaxix jirgħu
in-nagħaġ tagħhom.
Tajthom l-aħbar u...
San Ġużepp
Jien Ġużeppi l-
mastrudaxxa. Ommi u
missieri semmewni
għal wieħed mill-eroj
tagħna ... Ġużeppi t-
tifel ta’ Ġakobb ... dak...
Noqgħod ġewwa
Nażżaret, imma
kelli niġi f’raħal
twelidi, Betlehem,
biex ninkiteb fiċ-
ċensiment. Kienet
triq veru diffiċli...
Ħa nibdielkom l-istorja mill-bidu. Wara ħafna snin ta’ ħidma, kont
ġemmajt ftit flus mhux ħażin biex inkun nista’ nibda fa...
Kieku tafu kif ħassejtni ...
dwejjjaaaqq .... rabja. Bdejt
ninkwieta li n-nies
jindunaw u jħaġġruha. Iżda
f’dan id-dispram...
U jien, raġel sempliċi u fqir kelli nkun il-missier
putattiv tiegħu. Dik responsabbilta’ u dik biża’ li
qabditni. Iżda kon...
Ir-Ragħaj
Bħal ma forsi qed tindunaw jien ragħaj ... minn
Betlehem. U ragħaj tajjeb tafux ... mhux xi wieħed
tal-ħabba gozz. Jien ni...
Kemm ngħid ux? Heqq,
imma ttuni xi tort? Lilna
r-ragħajja kulħadd jarana
bħala nies ġejjin mill-
qiegħ tas-soċjeta’ jew
mi...
Imma ħa ngħidilkom din
ta’ ... f’dak il-lejl li seħħet
dik id-dehra la kien hemm
rejiet, la kien hemm Prim
Ministri, la ki...
Ħa nirrakkuntalkom eżatt x’ġara. Mela konna fuq l-għoljiet, miġburin,
meta f’daqqa waħda rajna dawl qawwi. Qawwi aktar mix...
F'daqqa waħda ngħaqdu
ma' l-anġlu għadd kbir ta'
qtajja' tas-sema, jfaħħru
lil Alla u jgħidu:
"Glorja lil Alla fl-ogħla
ta...
Kif smajna dan, qbadna u tlaqna niġru lejn l-għar.
Konna veru eċitati. Kif wasalna, sibna kollox bl-eżatt kif
kien qalilna...
Il-Maġi
Ġejjin mil-Lvant. Fil-presepju dejjem
ipoġġuna l-bogħod, iżda maż-żmien
naslu viċin tal-grotta u eżatt qabel ma
jżarmawha ...
Dak juri li Kristu, ġie biex isalva
lil kulħadd, din hi dik li nsejħu
Epifanija, li daqt niċċelebrawha.
Kulħadd għandu ċ-ċ...
Kif waslna u sibna li dan ir-
Re li kellu jitwieled qiegħed
f’maxtura stagħġibna mhux
ftit, imma hemm fihmna li
dan is-Sul...
Issa jmiss li intom
tkomplu din l-għażla li
aħna għamilna 20 seklu
ilu ... komplu imxu wara
Kristu u ħalluh ikun Hu
l-kewk...
San Franġisk
Kienet is-sena 1223.
Kont fi triqti lejn
Greccio biex
niċċelebra l-Milied
hemmhekk. Greccio
huwa raħal żgħir,
iżda il-kapp...
Tliet snin qabel il-
mewt tiegħi,
iddeċidejt li fil-Milied
li tant inħobb,
nagħmel xi ħaġa
differenti minn tas-
soltu. Sta...
Dak il-lejl kien wieħed mill-isbaħ. In-nies ġew
b’purċissjoni bl-imsiebaħ f’idejhom, ikantaw is-
salmi ta’ tifħir lil Alla...
Waqt li kont hemm,
f’dik il-paċi, f’dik ‘l
hena, bħal donni
kont qed nara lit-
Tarbija ta’
Beeeetlehem
f’idejja. Ġanni, mi...
L-istorja ta’ Sidna
ilha li ġrat 2010 snin
... Jien ħallejtilkom
tifkira biex tiftakru
f’dak il-lejl qaddis; it-
tifkira t...
San Ġorġ Preca
Qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħi li nibda dimostrazzjoni nazzjonali. Iżda
llum nieħu pjaċir li d-dimostrazzjoni li bdiet...
Mhux hekk biss, iżda wara marda fil-pulmun fl-1906, ġejt
ordnat saċerdot fit-22 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena.
Tista’...
Ħaġa oħra; Il-kliem:
Verbum Dei Caro
Factum Est. Kliem li
jaffaxinnawni; kliem li
niftaħar bihom; kliem
li jfisser “Il-Ver...
Kif tista’ ma tkunx tħobb il-
Milied, meta tifhem xi ħaġa
bħal din? Għalhekk xtaqt li ssir
id-dimostrazzjoni bil-Bambin
f’...
Biex din il-ħaġa sseħħ fit-totalita’
tagħha, xtaqt ukoll li f’kull dar
f’Malta u Għawdex ikun hemm il-
presepju. Ħeġġiġt l...
Upcoming SlideShare
Loading in …5
×

Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

433 views

Published on

Milied

Published in: Education
  • Be the first to comment

  • Be the first to like this

Unit 4 lesson 6 il karattrital-milied

  1. 1. Ġrajjiet il- Milidijiet
  2. 2. L-Arkanġlu San Gabrijel
  3. 3. Merħba! Jien l-Anġlu Gabrijel. Ġejt liebes hekk ... ta’ anġlu ... biex żgur tagħrfuni, għax aħna l-anġli mhux dejjem nilbsu hekk. Ġieli nilbsu jeans jew xi suit biex nidhru normali bħan-nies. Min jaf kemm hawn anġli fostkom u lanqas biss qed tindunaw bihom! Jaqbel li nibdlu d-dehra tagħna, għax kif taraw xi wieħed bl-ilbies oriġinali tiegħu, malajr titwerwru.
  4. 4. Ilna naqdu lil Alla għal ħafna u ħafna snin, eżattament mill-BIDU u sa mill-eternita’. Xogħolna jvarja ħafna. Inkantaw, ngħaqdu xi missjoni jew inwasslu xi messaġġi importanti, nipproteġu lill-bnedmin u xi ġlieda mal-għadu ma tonqosx. Min hu dan l-għadu? Ħadd ħlief dak li xi darba kien anġlu mill-isbaħ. L-anġlu tad-dawl ... Luċifru.
  5. 5. Wara li ħadha kontra Alla, għamel minn kollox biex iwaqqa’ fid- dnub lill-ewwel bnedmin ... u ħa ngħidilkom ... irnexxielu ... ara fiex ġabkhom issa!! (Jirrabja). Iżda l-imħabba t’Alla hija infinita. Tant hi infinita’ li bagħat lil Ibnu stess biex isalvakom ... u hawn hu fejn nidħol jien.
  6. 6. Jien kont dak li ħabbart lil Marija li kien ser ikollha iben. Għadni niftakarha ċara daqs il- kristall, dik il-ġurnata ... kien il-25 ta’ Marzu tal- ewwel sena li bdejna nikkalkulaw is-snin ... Tfajla ħelwa ta’ sittax-il sena kienet qed tiżbarazza l-mejda wara l-ikla ta’ nofsinhar. Mur għidilha kif kont ser inbidlilha ħajjitha ta’ taħt fuq ... mhux tagħha biss, iżda tagħkom ukoll.
  7. 7. Miskina kemm kienet beżgħet. Lanqas naf kemm il-platt kissret. Iżda meta kkalmat għaddejtilha l-messaġġ li kien ser ikollha iben. Ma setgħetx tifhem. Jien għidtlU li tifla ta’ sittax-il sena mhux ser tifhem dal-messaġġ ... iżda Hu qalli li kien jaf x’kien qed jagħmel ... u veru e, kellu raġun!! Aċċettat din l-aħbar bl-akbar ubbidjenza allavolja ma kinitx fehmet ... iżda la kienet taf li ġejja minn għand Alla ... aċċettat b’għajnejha magħluqa.
  8. 8. Għalkemm kienet ħaġa mill-isbaħ li Alla jibgħat lil ibnu fid- dinja ... aħna l-anġli konna mdejqin. Konna mdejqin għax konna nafu minn xiex irid jgħaddi dan it-tifel biex jaqdi l- missjoni tiegħu. Iżda din id-dieqa malajr inbidlet f’għaġeb meta rrealizzajna x’kellu jkun ir-riżultat ta’ din it-tbatija.
  9. 9. Dakinhar li twieled kont werwirt lil xi rgħajja li kienu miġburin fuq il-ħaxix jirgħu in-nagħaġ tagħhom. Tajthom l-aħbar u bi prova g]idtilhom li kellhom issibu tarbija, ehe, lill-Bambin..u huma marru jiġru jqimuh. Nies sempliċi, midinbin u mwarrbin minn kulħadd ... Alla għażel li jkunu huma l- ewwel nies li jaraw lil Ibnu. In-nies ta’ rieda tajba! GLORJA ‘L ALLA FL-GĦOLI TAS-SMEWWIET U PAĊI FL- ART LILL-BNEDMIN TA’ RIEDA TAJBA
  10. 10. San Ġużepp
  11. 11. Jien Ġużeppi l- mastrudaxxa. Ommi u missieri semmewni għal wieħed mill-eroj tagħna ... Ġużeppi t- tifel ta’ Ġakobb ... dak li ħutu bijugħ lill- karavana li kienet sejra l-Eġittu. Ommi u missieri, semmewni għalih għax dejjem xtaqu li jkollhom tifel li jkun eroj.
  12. 12. Noqgħod ġewwa Nażżaret, imma kelli niġi f’raħal twelidi, Betlehem, biex ninkiteb fiċ- ċensiment. Kienet triq veru diffiċli ... u wara l-ħsibijiet u t- taħwid u l-ħolm li għaddejt minnu, l- inqas ħaġa li kelli aptit kienet din it- triq twila.
  13. 13. Ħa nibdielkom l-istorja mill-bidu. Wara ħafna snin ta’ ħidma, kont ġemmajt ftit flus mhux ħażin biex inkun nista’ nibda familja. Ġwakkin, missier Marija, ra li jien kont ngħodd ħafna għal bintu u laqqagħna flimkien. Mal-ewwel bdejna bil-preparament għat-tieġ ... iżda mal-ewwel inqala l-inkwiet. Marija ħarġet tqila!
  14. 14. Kieku tafu kif ħassejtni ... dwejjjaaaqq .... rabja. Bdejt ninkwieta li n-nies jindunaw u jħaġġruha. Iżda f’dan id-disprament kollu deherli l-anġlu Gabrijel f’ħolma u spjegali kollox. Qalli li dak it-tifel li Marija kienet qed iġġorr ġewwa fiha, kellu jkun wieħed speċjali. Kellu jkun l-Iben t’Alla stess. Il-Messija li tant profeti semmew, li tant konna ilna nistennew. Dak li kellu jsalvana!
  15. 15. U jien, raġel sempliċi u fqir kelli nkun il-missier putattiv tiegħu. Dik responsabbilta’ u dik biża’ li qabditni. Iżda kont ferħan se ntir. X’jista jiġrilek aħjar milli tieħu ħsieb l-Iben t’Alla nnifsu u lil dik li ġabitu fid-dinja. Ix-xewqa ta’ ommi u missieri, Alla jaħfrilhom ... saret realta’. L-Anġlu qalli li kellna nsemmuh Ġesu!!
  16. 16. Ir-Ragħaj
  17. 17. Bħal ma forsi qed tindunaw jien ragħaj ... minn Betlehem. U ragħaj tajjeb tafux ... mhux xi wieħed tal-ħabba gozz. Jien nieħu ħsieb ‘l dawk in-nagħaġ li jkunu se jiġu offruti bħala sagrifiċċju fit-tempju. Mhux ragħaj tajjeb trid tkun biex tirgħa dawn it-tip ta’ nagħaġ? Barra minn hekk, ir-re David, li ġej minn dil- Belt, kien ragħaj ukoll, qabel ma sar re.
  18. 18. Kemm ngħid ux? Heqq, imma ttuni xi tort? Lilna r-ragħajja kulħadd jarana bħala nies ġejjin mill- qiegħ tas-soċjeta’ jew minn wara l-muntanji. Le stenn, aħna fil-muntanji u l-għoljiet inkunu ... din ma qabillix ngħidha. Insomma, kif kont qed ngħid, lilna jgħajruna li nintnu, li aħna ħallelin u injoranti daqs in-nagħaġ li nirgħu.
  19. 19. Imma ħa ngħidilkom din ta’ ... f’dak il-lejl li seħħet dik id-dehra la kien hemm rejiet, la kien hemm Prim Ministri, la kien hemm Membri Parlamentari, la kien hemm qassisin kbar u l-ebda persuna li tagħmel parti minn xi grupp ta’ rjus kbar! Iżda kien hemm aħna, dawk tal-qiegħ tas-soċjeta’, dawk ta’ wara l-muntanji!
  20. 20. Ħa nirrakkuntalkom eżatt x’ġara. Mela konna fuq l-għoljiet, miġburin, meta f’daqqa waħda rajna dawl qawwi. Qawwi aktar mix-xemx ta’ filgħodu. Bżajna u twerwirna. Minn ġo dan id-dawl ħareġ ħoss li malajr inbidel fil-vuċi ħelwa tal-Anġlu li beda jgħidilna: Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta' David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, l-Mulej. U bħala sinjal ikollkom dan: issibu tarbija mfisqija u mimduda f'maxtura.
  21. 21. F'daqqa waħda ngħaqdu ma' l-anġlu għadd kbir ta' qtajja' tas-sema, jfaħħru lil Alla u jgħidu: "Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!"
  22. 22. Kif smajna dan, qbadna u tlaqna niġru lejn l-għar. Konna veru eċitati. Kif wasalna, sibna kollox bl-eżatt kif kien qalilna l-anġlu. Il-ferħ li ħassejt dak il-ħin kien indeskrivibbli. Konna għadna kif rajna l-anġli. Qalulna li kellu jitwieled il-Messija s-Salvatur. Qalu lilna l-ewwel! Imbagħad rajnieh b’għajnejna stess. Mhux hekk biss, twieled għand familja fqira bħalna ... ġo għar!!!
  23. 23. Il-Maġi
  24. 24. Ġejjin mil-Lvant. Fil-presepju dejjem ipoġġuna l-bogħod, iżda maż-żmien naslu viċin tal-grotta u eżatt qabel ma jżarmawha ... jdaħħluna ġo fiha. Imma kemm qed inħossni li bdejt l- istorja minn denbha. Ħa nibda mill- bidu. L-istorja tgħid li konna tlieta, Baldassar, Melkjor u Kaspar. Ma aħniex rejiet u lanqas nies li nagħmlu xi tip ta’ maġija. Aħna nosservaw l-istilel ... l- istilel li ħalaq għalina, Alla l-imbierek. Stilel li 2010 snin ilu wasslu messaġġ ... mhux messaġġ bħal ma jwasslulna l- istilel tal-oroskopju, iżda messaġġ li Alla bagħat lil Ibnu għan-nies tad-dinja kollha. Taħsbu li b’kumbinazzjoni il- karnaġġon tat-tlieta li aħna huwa differenti? Le tafux.
  25. 25. Dak juri li Kristu, ġie biex isalva lil kulħadd, din hi dik li nsejħu Epifanija, li daqt niċċelebrawha. Kulħadd għandu ċ-ċans għall- ħajja ta’ dejjem. Iżda t-triq mhix faċli, bħal ma kinitx faċli t-triq għalina biex wasalna sa ħdejh. Imma l-ferħ li ħassejna x’ħin rajnieh, ma nistax niddeskrivih bil-kliem. Kienet għażla għaqlija li nimxu wara dik il-kewkba fis- sema!
  26. 26. Kif waslna u sibna li dan ir- Re li kellu jitwieled qiegħed f’maxtura stagħġibna mhux ftit, imma hemm fihmna li dan is-Sultan kellu jkun il- Veru Re ta’ Alla u mhux tal- lewn id-dinja, għalhekk fil- pront qbadna u ħriġna r- rigali li ħejjejna għalih: Baltazar offrilu Deheb għar- Re tar-Rejiet, Melkjor tah Inċens, bħala s-Saċerdot tas-saċerdoti u jien Gaspar tajtu l-Mirra bħala l-Og]la Sagriffiċċju. Hekk ħassejna dakinhar li kellna nipprżentawlu u ż-żmien urina li ma konnix żbaljajna.
  27. 27. Issa jmiss li intom tkomplu din l-għażla li aħna għamilna 20 seklu ilu ... komplu imxu wara Kristu u ħalluh ikun Hu l-kewkba ta’ ħajjitkom, komplu offrulu r-rigal li tagħkom, offrulu ħajjitkom l-aqwa rigal li nistgħu nagħtuh bħalma hu ta ħajtu għalina!
  28. 28. San Franġisk
  29. 29. Kienet is-sena 1223. Kont fi triqti lejn Greccio biex niċċelebra l-Milied hemmhekk. Greccio huwa raħal żgħir, iżda il-kappella fejn kella ssir il-quddiesa ma kinitx kbira biżżejjed għan-nies li kienu ser jattendu. Għalhekk sibt għar viċin il-pjazza tar- raħal u ippreparajt artal hemmhekk.
  30. 30. Tliet snin qabel il- mewt tiegħi, iddeċidejt li fil-Milied li tant inħobb, nagħmel xi ħaġa differenti minn tas- soltu. Staqsejt lill- isqof tal-inħawi biex inkun nista’ nagħmel xena tan-nattivita’ waqt il-quddiesa. Kif tani l-permess, rajt kif għamilt u ġibt maxtura, ftit tiben , baqra u ħmara wkoll.
  31. 31. Dak il-lejl kien wieħed mill-isbaħ. In-nies ġew b’purċissjoni bl-imsiebaħ f’idejhom, ikantaw is- salmi ta’ tifħir lil Alla, kienet mixgħela waħda! Jien qgħadt għarkubtejja quddiem il-maxtura, b’għajnejja jgħumu fid-dmugħ ta’ ferħ. Kantajt l- evanġelju u wara ippriedkajt lill-miġemgħa. Tant kont f’estasi ta’ ferħ li ma stajtx insemmi isem sidna ... bdejt insejjaħlu It-Tarbija ta’ Beeeeetlehem.
  32. 32. Waqt li kont hemm, f’dik il-paċi, f’dik ‘l hena, bħal donni kont qed nara lit- Tarbija ta’ Beeeetlehem f’idejja. Ġanni, minn Greccio jista’ jixhed għal dan. Barra minn hekk it-tiben tal-maxtura wara li għadda kollox, għamel ħafna mirakli ukoll.
  33. 33. L-istorja ta’ Sidna ilha li ġrat 2010 snin ... Jien ħallejtilkom tifkira biex tiftakru f’dak il-lejl qaddis; it- tifkira tal-Presepju; meta l-Kelma saret Bniedem u Għammar fostna. Għannqu lit-Tarbija ta’ Betlehem bħal ma jien għannaqtu f’dak il-lejl ġewwa Grecio.
  34. 34. San Ġorġ Preca
  35. 35. Qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħi li nibda dimostrazzjoni nazzjonali. Iżda llum nieħu pjaċir li d-dimostrazzjoni li bdiet 86 sena ilu, għada ħajja f’kull belt u raħal f’Malta. Ħa ngħidilkom eżatt kif ġraw il-fatti. Il-Milied għalija hija festa mill-isbaħ u mill-aktar għal qalbi. L-għażiża ommi kien jisimha Natalina ... kienet imsemmija għall-Milied. Fil-Magħmudija tiegħi ingħatajt ukoll l-isem ta’ Emmanuel, li tfisser “Alla magħna”.
  36. 36. Mhux hekk biss, iżda wara marda fil-pulmun fl-1906, ġejt ordnat saċerdot fit-22 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena. Tista’ taħseb x’ferħ ħassejt dakinhar, wara dak il-qtugħ ta’ qalb kollu. Iżda kemm kont aktar ferħan nhar il-25 ta’ Diċembru, tlett ijiem wara, meta qaddist l-ewwel quddies tiegħi fil-knisja ta’ San Gejtanu.
  37. 37. Ħaġa oħra; Il-kliem: Verbum Dei Caro Factum Est. Kliem li jaffaxinnawni; kliem li niftaħar bihom; kliem li jfisser “Il-Verb sar Bniedem u Għammar Fostna”. Xtaqt li jkunu kliem li kull membru tas-soċjeta’ jgħożż. Għalhekk taraw lis- soċji u lit-tfal jilbsu il- badge fuq sidirhom, kliem li huwa tal- Milied, kliem li seħħ fil-Milied.
  38. 38. Kif tista’ ma tkunx tħobb il- Milied, meta tifhem xi ħaġa bħal din? Għalhekk xtaqt li ssir id-dimostrazzjoni bil-Bambin f’lejliet il-Milied, statwa tal- Bambin ma kellix, għalhekk Patri Franġsikan Konventwali mill-Belt, kien sellifni tiegħu u hekk għamilna l-ewwel Purċissjoni tal-Milied. Ħeġġiġt kemm flaħt ukoll, biex il-Maltin nibdew insejħulu “il-Bambin” għax hija kelma Bibblika u ta’ tifħir lill-Mulej Bambin! Ridt naqsam dak kollu li kont fihmt jien, man-nies kollha.
  39. 39. Biex din il-ħaġa sseħħ fit-totalita’ tagħha, xtaqt ukoll li f’kull dar f’Malta u Għawdex ikun hemm il- presepju. Ħeġġiġt lis-soċji biex jibdew iqassmu grotta ċkejkna bil- Bambin, bil-Madonna u San Ġużepp. Din għadhom jagħmluha sal-ġurnata tal-lum. Kunu kburin li Alla bagħat ‘il-uniku Iben li kellu. Mhux kbira trid tkun l- imħabba t’Alla biex jagħmel ġest bħal dan! Min minnha hu lest biex jagħti lil xi ħadd minn uliedu għas- spejjeż ta’ ħaddieħor. Trid tkun miġnun.... Miġnun bl-imħaba lejn dak il-proxxmu. Kif inhu Alla-li Hu Imħabba, għalina. Dan li jfisser it-Twelid tal-Bambin tal-MIlied.

×