Priedka 8 novena

433 views

Published on

0 Comments
0 Likes
Statistics
Notes
  • Be the first to comment

  • Be the first to like this

No Downloads
Views
Total views
433
On SlideShare
0
From Embeds
0
Number of Embeds
176
Actions
Shares
0
Downloads
4
Comments
0
Likes
0
Embeds 0
No embeds

No notes for slide

Priedka 8 novena

  1. 1. Ħsieb tat-TMIEN JUM tan-NOVENA Fr. Nicholas Cachia Virtù li tispikka fil-qalb ta’ Marija hija l-imħabba: l-imħabba lejn Alla u l-imħabba lejn l- oħrajn. Qalb li tkun issawwret mill-Ispirtu ta’ Alla ma tistax ma tkunx hekk, għaliex “Alla huwa mħabba” (1 Ġw 4, 8). U San Pawl igħidilna li huwa l-Ispirtu s-Santu li jsawwab din l- imħabba fi qlubna (ara Rum 5,5). Kif iħobb Alla? Billi jingħata, billi jkun hemm għal min iħobb. Hija l-imħabba li hemm fil- Misteru tat-Trinità Qaddisa, bejn il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Huwa wkoll il-mod ta’ mħabba li bih Alla jħobb lill-bnedmin. Jidher fil-milja tiegħu fuq is-Salib, fejn Alla magħmul bniedem iħobb sal-aħħar, iħalli li qalbu tkun minfuda b’xabla, biex jurina li qiegħed jagħtina kollox u li qalbu hija kompletament miftuħa għalina biex nidħlu u ngħammru għandu. Il-Papa Benedittu XVI, fl-Enċiklika tiegħu Deus Caritas Est, jistedinna sabiex nibdew mill-ġenb midrud ta’ Ġesù Msallab biex infissru x’inhi l-imħabba. “Meta jibda b’din il- kontemplazzjoni, in-nisrani jsib it-triq għall-għajxien u għall-imħabba tiegħu” (par. 12). Min jaf kemm Marija rriflettiet u ħasbet fuq din l-imħabba ta’ Alla? Min jaf kemm-il darba x- xena tal-ġenb miftuħ ta’ Binha Ġesù telgħet fit-talb tagħha? U hi ħalliet li dan ikun il-mod ta’ mħabba tagħha għal Alla u għall-oħrajn. Hi kienet tipprova tilqa’ din l-imħabba tiegħu b’mod sħih u twieġeb għaliha b’qalbha kollha. Qatt ħadd ma ħabb lil Alla daqs kemm ħabbitu Marija. Qalbha, ħajjitha, ir-realtà kollha tagħha kienet mixgħula b’din l-imħabba. Kollox kien immarkat minn din l-imħabba. Kollox kien għas-servizz ta’ din l-imħabba. Kull ġest, kull kelma ta’ Marija kienu xhieda ta’ din l-imħabba tagħha lejn il-Mulej, Alla tagħha. Il-Kantiku tal-Magnificat, Ruħi tfaħħar il-Kobor tal-Mulej, jurina li fil-qalba ta’ ħajjitha kollha poġġiet lil Alla u l-imħabba tiegħu. Iċ-ċentru ta’ dan il-kantiku nsibuh f’dik l-istqarrija ta’ Marija: “Qaddis hu l-isem tiegħu” (Lq 1,49b). Marija “ma qegħditx lilha nnifisha fin-nofs, iżda ħalliet il-post lil Alla li ltaqgħet miegħu fit-talb kif ukoll fil-qadi tal-proxxmu” (Deus Caritas Est, 41). Il-Papa Benedittu XVI jagħmel din ir-riflessjoni fuq il-Madonna li trid tgħinna nifhmu kif aħna wkoll nistgħu nsiru bħal Marija, nisa u rġiel li nħobbu. “Ċertament hija li temmen kif ukoll taħseb bil-fidi skont il-ħsibijiet ta’ Alla u trid skont ir-rieda ta’ Alla, hija ma tistax tkun ħlief mara li tħobb” (par. 41). Inħallu ftit l-immaġinazzjoni tagħna timraħ u naraw l- imħabba ta’ Marija lejn San Ġużepp u lejn Ġesù ... il- kura, il-ħlewwa, l-attenzjoni. Naraw il-qalb tajba u attenta ta’ Marija f’Kana meta ndunat li naqas l-inbid – element mill-iżjed importanti f’tieġ Lhudi – u wriet din il-ħtieġa lil Ġesù. Nilmħu din l-imħabba fil- preżenza ta’ Marija taħt is-Salib ta’ Binha Ġesù fejn tibqa’ hemm tħobb u tingħata sal-aħħar.
  2. 2. Mument li fih tispikka din l-imħabba hija ż-Żjara lil qariba tagħha Eliżabetta. Huwa mument li jurina r-rabta intima li hemm bejn ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla u r-relazzjoni tagħna mal- oħrajn. San Luqa jgħidilna li hekk kif saret taf mingħand l-Anġlu Gabrijel li Eliżabetta kienet tqila, hi “qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet” (Lq 1,39). U hemm tibqa’ “għal tliet xhur” (1,56), li juri li kien impenn serju u twil, mhux xi ħaġa ta’ malajr. Ma kinitx sempliċement żjara ta’ kortesija, imma xammret il-kmiem, għinet fil-fatt lil dik li kellha bżonn għajnuna u attenzjoni partikulari. Għeżież, dan kollu jrid jgħinna nifhmu aħjar kif aħna għandna nħobbu lill-oħrajn. L-imħabba vera mhijiex sempliċement sentiment imma trid toħroġ u tibda mill-esperjenza tal-imħabba ta’ Alla għalina. Alla li hu mħabba jgħallimna dejjem kif għandna nħobbu. X’inhuma l- karatteristiċi tal-imħabba ta’ Alla? Fit-Testment il-Qadim insibu ritornell li jirritorna diversi drabi li donnu jrid jiddeskrivilna l-imħabba ta’ Alla għalina. Insibuh l-ewwel darba fil-kuntest tad-dnub il-kbir tal-poplu ta’ Iżrael, meta dawn bdew iqimu l-għoġol tad-deheb minflok lil Alla wieħed. Fid-djalogu li Alla kellu ma’ Mosè, Alla deher lil Mosè u nstema’ leħen jgħid: “Il-Mulej! Il-Mulej! Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u l-fedeltà” (Eżod 34, 6). U l-iqsar salm tas-Salterju, is-Salm 117, li aħna nkantaw wara l-Barka Sagramentali, il-ġnus kollha huma mistednin ifaħhru u jsebbħu lill-Mulej, “għaliex kbira hi t- tjieba tiegħu magħna, il-fedeltà tal-Mulej tibqa’ għal dejjem”. Ħniena, tjieba, fedeltà, mogħdrija, maħfra: dawn kollha huma l-marka tal-imħabba ta’ Alla għall- bniedem, għal kull wieħed minna. Dawn isibu l-qofol u l-milja tagħhom f’Ġesù Msallab: Alla li huwa fidil, twajjeb, ħanin, lest li jagħder u jħenn sal-għotja totali tiegħu nnifsu lilna, midinbin. Biżżejjed niftakru kemm Alla jkun ħerqan li jilqagħna fis- Sagrament tal-Qrar biex jagħtina l- maħfra tiegħu u jagħtina t-tgħanniqa kollha mħabba tal-Missier. Imma ma nistgħux nieqfu hawn. Aħna wkoll, bħal Marija, irridu ngħixu din l-imħabba ta’ Alla mal-oħrajn, ibda min-nies li tgħix magħhom id-dar, kompli għal-kollegi tiegħek fuq il- post tax-xogħol, u ibqa’ sejjer għall-familjari, ġirien u persuni oħra li niltaqgħu magħhom fil- ħajja. Espressjoni li dejjem ġagħlitni naħseb u nirrifletti hija din: “Inti qrib ta’ Alla daqskemm inti qrib tal-iktar persuna ’il bogħod minn qalbek bħalissa”. Tpoġġi sfida kbira quddiemna, hux vera? Aħseb ftit f’dik il-persuna li tħossha ’l bogħod minn qalbek għal xi raġuni ... daqshekk inti ’l bogħod mill-Mulej f’dan il-ħin! Hija stedina qawwija ħafna li qed jagħmlilna l-Mulej permezz ta’ Marija biex nirrikonċiljaw ruħna ma’ xulxin, biex ma nkomplux iċ-ċiklu ta’ vjolenza imma biex nibda jien billi naħfer, billi nersaq lejn dak li jkun, anke jekk jien inħossni l-vittma tas-sitwazz joni. Marija tgħallimna l-umiltà u d-disponibiltà. Kemm nistgħu nkunu ta’ skandlu għall-oħrajn jekk ngħidu li nħobbu lil Alla u nersqu lejh biex inqimuh, imma mbagħad ma ngħixux din l-imħabba fil-konkret tal-ħajja tagħna! Kemm tkun kerha jekk jiena nirċievi l-Ewkaristija – Alla li qiegħed jingħata għalija – u jiena ma
  3. 3. ngħixx bħala bniedem li jħobb, li lest jingħata lill-oħrajn, imma forsi nfixkel, noħloq diffikultajiet u nipprova nkisser lil xi ħadd! Żmien ilu xi ħadd semmieli fatt ta’ persuna li tieħu sehem fil-quddiesa kull jum u titqarben imma mbagħad tagħmel il-ħajja mill-iżjed diffiċli għal ħaddieħor, taħtaf lil kull min titkellem miegħu, trid li dejjem tgħaddi tagħha. Persuna bħal din kemm tagħmilha diffiċli biex tressaq lill-oħrajn lejn Ġesù! Ma naħsibx li Marija kienet hekk, hux veru?! U x’inhi t-tentazzjoni tagħna f’dawn il-mumenti? Li nwaħħlu fl-oħrajn! Li t-tort mhux tagħna imma huma l-oħrajn li jagħmlulna l-ħajja diffiċli. Ovvjament, diversi drabi dan ikun minnu ... imma mhux dejjem! Mhux l-ewwel darba u tnejn li nkun jien il-problema! U rrid inkun sinċier u onest biżżejjed innifsi biex ninduna u nħalli l-Kelma ta’ Alla tmissni u tiffurmani biex tagħmilni nixbaħ iżjed lil Marija, li tixbaħ b’mod sħiħ lil Ġesù. Imma anke meta l- problema tkun il-persuna l-oħra, jien bħala dixxiplu ta’ Ġesù imsejjaħ biex nibqa’ dejjem inħobb, biex ngħix il-valuri tal-Evanġelju f’dawn iċ-ċirkustanzi. Il-mistoqsija li tajjeb li nagħmel lili nnifsi f’mumenti bħal dawn hija: “X’kien jagħmel Ġesù f’mument bħal dan?” U jien nagħmel hekk ukoll bl-għajnuna tiegħu. Nhar it-Tnejn li għadda (2 ta’ Settembru 2013), il-Papa Franġisku kellu kelma qawwija ħafna f’dan ir-rigward li xtaqt ukoll li naqsamha magħkom. Kien qed jitkellem dwar il-mod kif aħna nitkellmu fuq xulxin u xi kultant ntaqtqu fuq xulxin. Il-Papa qal hekk: “min, f’komunità, jitkellem kontra ħuh jispiċċa biex ‘ikun irid joqtlu’”. U jfakkarna f’dak li jgħidilna San Ġwann fl-Ewwel Ittra tiegħu (3,15) li “kull min jobgħod lil ħuh hu qattiel”. U kompla jgħidilna l-Papa: “aħna mdorrijin inparlaw fuq xulxin, inpeċilqu fuq xulxin u sikwit ndawwru il-komunitajiet tagħna u xi kultant il-familja tagħna f’‘infern’, fejn tidher din il- forma ta’ kriminalità li twassal biex ‘noqtlu lil ħutna b’ilsienna’.” Tgħodd għalija din? Għandi bżonn naħdem fuqha? Għeżież, mhux biżżejjed li nqerruhom dawn id-dnubiet u n-nuqqasijiet. Jeħtieġ naħdmu bis- serjetà fuqhom billi nħallu li l-Kelma ta’ Alla tbiddel lil qalbna minn qalb taż-żonqor għal qalb tal-laħam li lesta tħobb, taħfer, tagħder, u ma tibqax marbuta ma’ affarijiet tal-passat. Il- Beata Tereża ta’ Calcutta, li llum (5 ta’ Settembru) qed nagħmlu t-tifkira tagħha tgħidilna: “Meta inti tiġġudika lill-oħrajn, ma jkollokx ħin tħobbhom”. Għalhekk, itfa’ l-enerġija kollha fl-imħabba, kif kienet tagħmel Marija u kun int – kif kienet hi – li tibdel l-ambjent li fih tgħix. Aħjar tixgħel sulfarina ċkejkna milli tisħet id-dlam li tkun fih! Xi kultant ma jkunx jitlob wisq: tbissima, kelma ta’ kuraġġ, tisma’ b’attenzjoni lil dak li jkun, xi għajnuna ċkejkna li ma titlobx wisq minnek, ma tgħidx kelma li taf li mhijiex frott l- imħabba, ma tkomplix ma’ oħrajn li qegħdin ikasbru jew jitkellmu ħażin fuq ħaddieħor. Imma drabi oħra l-imħabba titlob ħafna iktar sforz u impenn min-naħa tagħna. Tkun qed titlob li tmut tassew għalik innifsek, għaliex tkun irċevejt xi weġgħa tassew kbira. B’mod
  4. 4. speċjali f’dawn il-mumenti rridu nduru lejn l-Ispirtu s-Santu u nħalluh idewwina hu, jgħallimna nħobbu u naħfru, idawwar il-weġgħa tal-qalb f’talba ta’ interċessjoni. Madre Tereża tissuġġerilna mod ieħor li nħoss li jagħmel ħafna sens: ersaq dejjem iżjed qrib ta’ Marija Ommna, hi li għandha qalbha kollha safja, sabiħa, bla tebgħa; hi li taf tħobb tassew kif iħobb Alla. Poġġi f’ħoġor il-Madonna dak kollu li qiegħed itaqqlek f’dan il-mument, il- ħsibijiet, il-preokkupazzjonijiet, il-weġgħat tiegħek, id-dnubiet u n-nuqqasijiet tiegħek, it- taqbid tiegħek fil-ħajja spiritwali. Hekk nibdew naqsmu magħha r-relazzjoni tagħha ma’ Ġesù Msallab u tgħallimna nsiru nixbħuh. Imbagħad, itlob lil Marija Ommna tisielfek ’il qalbha. San Efrem kien qal: “Jalla l-ispirtu ta’ Marija ikun f’kull ruħ biex tagħti glorja lill-Mulej”. B’hekk nibdew inħobbu, naqdu, nersqu lejn l-oħrajn bil- qalb ta’ Marija, tant mimlija imħabba u umiltà. Min jaf x’rivoluzzjoni sseħħ jekk nippermettu li jiġri dan! Talba ta’ San Alfons Marija de Liguori O Verġni bla tebgħa l-iktar qaddisa, o Omm tiegħi, Marija, lilek li int Omm il-Mulej tiegħi, ir-Reġina tad-dinja, l-Avukata u t-Tama tagħna, il-Kenn tal-Midinbin, għandek niġi jien, li jien l-iktar miskin fost ħafna. Lilek inqim, o Sultana kbira, u nirringrazzjak għall-grazzji kollha li tajtni s’issa, speċjalment li teħlisni mill-infern li jien kont nistħoqq diversi drabi. Inħobbok, o Sinjura l-iżjed ħelwa, u għall-imħabba li għandi għalik, inwegħdek li rrid nibqa’ naqdik u nagħmel dak li nista’, sabiex int tkun maħbuba mill-oħrajn. Fik inqiegħed it-tamiet kollha tiegħi, saħħti kollha; ilqagħni bħala qaddej tiegħek u daħħalni taħt il-mant tiegħek, o Omm ħanina. U minħabba li int tant qawwija quddiem Alla, eħlisni minn kull tentazzjoni, jew ikseb għalija l-qawwa li nirbaħ kull tentazzjoni sal-mewt. Ammen.

×