Your SlideShare is downloading. ×
Maltese TwinSpace for Beginners
Upcoming SlideShare
Loading in...5
×

Thanks for flagging this SlideShare!

Oops! An error has occurred.

×
Saving this for later? Get the SlideShare app to save on your phone or tablet. Read anywhere, anytime – even offline.
Text the download link to your phone
Standard text messaging rates apply

Maltese TwinSpace for Beginners

185
views

Published on


0 Comments
0 Likes
Statistics
Notes
  • Be the first to comment

  • Be the first to like this

No Downloads
Views
Total Views
185
On Slideshare
0
From Embeds
0
Number of Embeds
2
Actions
Shares
0
Downloads
0
Comments
0
Likes
0
Embeds 0
No embeds

Report content
Flagged as inappropriate Flag as inappropriate
Flag as inappropriate

Select your reason for flagging this presentation as inappropriate.

Cancel
No notes for slide
  • Welcome
  • Pass 1.1
  • Pass 1.2
  • Pass 2.1
  • Pass 2.2
  • Feature 1.1
  • Feature 1.2
  • Feature 1.3
  • Features 1.4 – NOTE: This screenshot will need to change
  • Features 1.5 – NOTE: This screenshot will need to change
  • Features 1.6 – NOTE: This screenshot will need to change
  • Pass 3.1 – NOTE: This screenshot will need to change
  • Pass 3.2
  • Pass 3.3
  • Pass 3.4
  • Pass 4.1 – NOTE: This screenshot will need to change
  • Pass 4 Suġġeriment
  • Pass 4.2
  • Description 1.1
  • Description 1.2
  • Description 1.3
  • Description 1.4
  • Description 1.5
  • Description 1.6
  • Pass 4.3
  • Pass 5.1 – NOTE: This screenshot will need to change
  • Pass 5.2
  • Pass 5.3
  • Pass 5.4
  • Pass 5.5
  • Transcript

    • 1. Merħba Gwida għat-Twinspace Din il-gwida hija ddisinjata biex tintuża mill-Għalliema Amministraturi li għadhom ġodda għat-TwinSpace. Se tgħinek biex: - Taċċessa t-Twinspace tiegħek - Teditja l-profil tiegħek - Toħloq attivitajiet tal-proġetti - Tistieden lill-istudenti jieħdu sehem Din il-gwida se tiddeskrivi wkoll ilkaratteristiċi ewlenin tal-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace.
    • 2. Pass 1 Idħol Mur f’www.etwinning.net u kklikkja fuq il-buttuna Idħol
    • 3. Pass 1 Idħol Ittegja isem l-utent u l-password tiegħek u mur fuq id-Desktop Suġġeriment: Uża l-prompt ‘Insejt ilpassword?’, jekk ma tistax tiftakar il-password tiegħek
    • 4. Pass 2 Aċċessa t-TwinSpace tiegħek Meta tkun fuq id-Desktop, ikklikkja fuq it-tab Proġetti
    • 5. Pass 2 Aċċessa t-TwinSpace tiegħek Agħżel Proġett Ikklikkja fuq il-link għall-proġett TwinSpace
    • 6. Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace Suġġeriment: Hija idea tajba li tuża t-tabs ta’ orjentazzjoni li hemm finnaħa ta’ fuq, jekk tixtieq timxi lejn partijiet differenti tat-TwinSpace Tista’ tara isem itTwinSpace tiegħek Tista’ toħroġ mit-TwinSpace tiegħek jew tamministra l-profil tat-TwinSpace tiegħek billi tikklikkja fuq din il-buttuna Din hija link pubblika għat-TwinSpace tiegħek, jekk ikollok bżonnha!
    • 7. Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace Din hija l-Posta Rċivuta tat-TwinSpace tiegħek, fejn inti tista’ tibgħat u tirċievi messaġġi relatati mal-proġett taleTwinning tiegħek Fil-kaxxa l-Aħħar Azzjonijiet, inti tista’ żżomm rendikont tal-attivitajiet kollha fuq it-TwinSpace, p.eż jekk xi ħadd jippubblika post ta’ blogg ġdid jew jistieden membru ġdid Dan huwa l-kalendarju tat-TwinSpace tiegħek, fejn tista’ tippjana attivitajiet matul is-sena skolastika Suġġeriment: Fil-bidu tal-proġett tiegħek, tkun idea tajba li ssir taf meta l-iskejjel imsieħba tiegħek se jkollhom il-vaganzi. Il-vaganzi tal-iskola jvarjaw madwarl-Ewropa, għalhekk l-imsieħba tiegħek jistgħu ma jkunux disponibbli għal xogħol fuq il-proġett meta taħseb li se jkunu
    • 8. Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace Jekk qatt m’użajt TwinSpace qabel, aħjar tikklikkja fuq il-buttuna Ġdid/a għat-TwinSpace? u segwi l-passi rikmandati Din is-sessjoni tippermettilek timmaniġġja lmembri, tistieden membri ġodda fit-TwinSpace u tibdel il-passwords tal-istudenti Hawnhekk tista’ tara kemm hemm għalliema, studenti u viżitaturi membri tat-TwinSpace tiegħek Tista’ wkoll tara l-ismijiet tal-membri tatTwinSpace u meta lloggjaw l-aħħar Suġġeriment: Ikklikkja fuq il-buttuna Ara kollox biex tara lista sħiħa tal-membri tat-TwinSpace tiegħek
    • 9. Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace Inti tista’ taġġorna l-profil tiegħek billi żżid ritratt tiegħek jew tikteb test biex tintroduċi lilek innifsek u/jew il-klassi tiegħek
    • 10. Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace Tista’ wkoll Toħloq ‘Attivitajiet tal-Proġett’ – Attivitajiet tal-Proġett jinkludu affarijiet bħal arkivji tal-fajls fejn tista’ żżomm ix-xogħol talproġett tiegħek u gallariji tal-immaġnijiet fejn inti tista’ turi ritratti relatati mal-proġett
    • 11. Karatteristiċi fuq il-Paġna Ewlenija tat-TwinSpace U għandek, ovvjament, tistieden parteċipanti oħra fix-xogħol talproġett tiegħek Suġġeriment: Il-‘membri fundaturi’ l-oħra tal-proġett tiegħek ikunu awtomatikament membri tatTwinSpace tiegħek u jkollhom id-drittijiet ta’ amministrazzjoni. Madanakollu, inti forsi tkun tixtieq tistieden membri oħra fil-proġett, bħall-istudenti, l-għalliema minn pajjiżi li mhumiex fl-eTwinning, ġenituri jew ‘mistiedna’ oħra li huma interessati jaraw ix-xogħol tal-proġett tiegħek. Innota: Jekk tixtieq tistieden kollegi jew għalliema minn pajjiżi involuti fl-eTwinning – huma jridu jkunu mistiedna permezz tad-Desktop tal-eTwinning, u mhux mit-TwinSpace
    • 12. Pass 3 Aġġorna l-profil tiegħek Ikklikkja fuq il-buttuna Mur biex taġġorna l-profil tiegħek
    • 13. Pass 3 Aġġorna l-profil tiegħek Tella’ ritratt biex it-TwinSpace tiegħek ikun aktar ‘personalizzat’. Dan jista’ jkun ritratt tiegħek, tal-iskola tiegħek jew ta’ għeliem prominenti famuż fil-belt tiegħek. Ikteb deskrizzjoni tiegħek innifsek, talklassi li tgħallem jew talinteressi/passatempi tiegħek.
    • 14. Pass 3 Aġġorna l-profil tiegħek Tista’ tbiddel ilpassword tiegħek billi tikklikkja fuq il-buttuna Editja Tinsiex tikklikkja Ssottometti biex tagħmel il-bidliet tiegħek
    • 15. Pass 3 Aġġorna l-profil tiegħek Tista’ tuża l-Ħajt tal-Profil tiegħek bħala għodda ta’ komunikazzjoni, biex taġġorna lin-nies bl-aktar attivitajiet reċenti tiegħek. Tista’ wkoll tippostja messaġġi fuq il-ħitan tal-membri l-oħra. Ikklikkja fuq il-buttuna Ippostja, biex tippostja messaġġ fuq il-Ħajt tiegħek
    • 16. Pass 4 Oħloq Attivitajiet tal-Proġett Ikklikkja fuq il-buttuna Mur biex Toħloq “Attivitajiet talProġett”
    • 17. Pass 4 Oħloq Attivitajiet tal-Proġett Suġġeriment: Il-paġna Oħloq Attivitajiet talProġett tidher hekk. Innota kif it-tab Attivitajiet tal-Proġett hija mdawla. X’inhuma Attivitajiet talProġett? Il-proġett tiegħek jista’ jkun magħmula minn tipi differenti ta’ Attivitajiet. Pereżempju, jista’ jinvolvi lużu ta’ immaġnijiet diġitali, blogg jew kitba kollaborattiva. Paġni ta’ Attivitajiet tal-Proġett jagħtuk aċċess għal lgħodod li teħtieġ biex tagħmel il-proġett, kif ukoll post fejn taħżen ix-xogħol tal-proġett tiegħek.
    • 18. Pass 4 Oħloq Attivitajiet tal-Proġett Agħti isem lill-paġna talAttivitajiet tal-Proġett tiegħek – p.eż. Xi ħaġa dwarna jew Ritratti tal-belt tagħna Agħżel it-tip ta’ attivitajiet li tixtieq li jkollok fuq kull paġna
    • 19. Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti? Il-blogg tal-Attivitajiet huwa għodda tal-kitba, li jippermetti lillmembri tal-proġett jiktbu dwar tema speċifika. It- test jista’ jinkiteb minn studenti individwali jew bħala xogħol f’pari/gruppi. Ladarba lblogg ikun ippostjat, dan jista’ jinqara mill-membri l-oħra tal-proġett.
    • 20. Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti? L-arkivju tal-Fajls huwa post fejn inti tista’ taħżen dokumenti Word, folji tal-Excel, vidjos jew fajls oħra relatati max-xogħol tal-proġett tiegħek. Iddaqs massimu tal-fajls huwa ta’ 20MB.
    • 21. Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti? Il-Forum huwa post fejn inti tista’ toħloq suġġetti għad-diskussjoni, tistabbilixxi attivitajiet tal-proġett jew tiffoka fuq oqsma ta’ suġġetti speċifiċi, p.eż. Il-kulur favorit tiegħi huwa . . .
    • 22. Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti? Il-Gallarija tal-Immaġnijiet huwa post fejn inti tista’ taħżen irritratti kollha tiegħek u immaġnijiet diġitali relatati max-xogħol talproġett tiegħek, p.eż. immaġnijiet skenjati ta’ xogħlijiet ta’ arti eċċ. Id-daqs massimu tal-fajls huwa wkoll ta’ 20MB.
    • 23. Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti? Il-Wiki hija għodda utli ħafna għall-kitba kollaborattiva. Bħal blogg, inti tista’ toħloq test li jista’ jinqasam mal-membri talproġett. Diversament minn blogg, membri oħra tal-proġett jistgħu wkoll ‘jeditjaw’ it-test tiegħek u jżidu tagħhom
    • 24. Pass 4 X'inhuma l-attivitajiet differenti? L-attività tal-kontenut tal-Web jippermettilek ittella’ kontenut mill-web billi tippejstja l-kodiċi. Pereżempju, tista’ tingera vidjo minn YouTube, p.eż. wieħed maħluq mill-awtorità tat-turiżmu lokali tiegħek – jew tista’ tintegra applikazzjoni li turi l-ħin, jew it-temp lokali
    • 25. Pass 4 Oħloq Attivitajiet tal-Proġett Tkun taf li għażilt attività għax il-kaxxa tal-attività tkun imdawla bl-isfar u tara marka ħadra filkantuniera lemin fil-qiegħ Suġġeriment: Inti tista’ toħloq attivitajiet tal-proġetti kemm tixtieq, iżda jeħtieġ tagħżel mill-anqas wieħed. Inti tkun tista’ wkoll teditja lgħażliet tiegħek u żżid/tneħħi attivitajiet aktar tard Biex toħloq paġna tal-Attivitajiet ta’ Proġett, ikklikkja fuq il-buttuna Oħloq
    • 26. Pass 5 Stieden lill-membri Ikklikkja fuq il-buttuna Mur biex tistieden lillmembri
    • 27. Pass 5 Stieden studenti Ġodda Ittajpja isem u kunjom l-istudent Suġġeriment: Il-qasam Stieden studenti Ġodda għandu default ta’ 3 ismijiet, iżda tista’ żżid aktar billi tikklikkja fuq is-sinjal tal-għadd iżżgħir direttament taħt innumru 3 Ikklikkja Ssottometti
    • 28. Pass 5 Stieden studenti Ġodda Is-sistema tipproponi isem ta’ logon u password għall-istudent/a tiegħek. Suġġeriment: Inti tista’ teditja l-isem tal- logon u l-password proposti– jista’ jkun utli li tibdel il-password għal xi ħaġa li hija faċli tiftakarha Meta tkun kuntent b-isem l-utent u l-password ikklikkja Ssottometti
    • 29. Pass 5 Stieden studenti Ġodda Suġġeriment: Inti tista’ tbiddel ir-rwol tal-istudent/a tiegħek fuq l-eTwinning billi tikklikkja fuq il-menù li tinżel – hemm żewġ għażliet Student TS u Student Amministratur TS – ara t-test fil-kaxxa għal aktar informazzjoni
    • 30. Pass 5 Stieden studenti Ġodda Suġġeriment: Inti tirċievi konferma permezz ta’ ittra elettronika bid-dettalji tal-login talistudent/a tiegħek – żomm din l-ittra elettronika f’post sigur, għax jista’ jkollok bżonnha aktar tard. Ħafna għalliema jagħżlu wkoll li jiktbuhom l-ismijiet tal-utent u l-passwords. Inti tara messaġġ li jikkonferma li stedint lill-istudent/a jew studenti fit-TwinSpace b’suċċess Ikklikkja Lest biex tmur lura fitTwinSpace tiegħek

    ×