Your SlideShare is downloading. ×
Sena tal-fidi_it-Tieni Parti
Upcoming SlideShare
Loading in...5
×

Thanks for flagging this SlideShare!

Oops! An error has occurred.

×

Introducing the official SlideShare app

Stunning, full-screen experience for iPhone and Android

Text the download link to your phone

Standard text messaging rates apply

Sena tal-fidi_it-Tieni Parti

209
views

Published on

Din hi l-ewwel Katekezi dwar il-Fidi. Fiha ssibu: …

Din hi l-ewwel Katekezi dwar il-Fidi. Fiha ssibu:
Xellug: riflessjoni
Lemin: silta mill-Katekizmu tal-Knisja Kattolika.
Kull nhar ta' Sibt, se jizdid il-materjal u ghalhekk inheggek biex taghmel uzu minnu.

Published in: Spiritual

0 Comments
0 Likes
Statistics
Notes
  • Be the first to comment

  • Be the first to like this

No Downloads
Views
Total Views
209
On Slideshare
0
From Embeds
0
Number of Embeds
0
Actions
Shares
0
Downloads
1
Comments
0
Likes
0
Embeds 0
No embeds

Report content
Flagged as inappropriate Flag as inappropriate
Flag as inappropriate

Select your reason for flagging this presentation as inappropriate.

Cancel
No notes for slide

Transcript

  • 1. 11.10.12 – 24.11.13 Mill-bidu, il-Katekeżi kien maħsub biex: -> jkun hemm dixxipli; -> isibu għajnuna fil-ħajja tal-fidi; -> bil-fidi ikollom ħajja f’ Ġesù; -> imrawwmin fil-ħajja nisranija; -> jinbena l-Ġisem ta’ Kristu.
  • 2. 11.10.12 – 24.11.13 Il-bżonn tal-Katekeżi -> trawwim fil-fidi għall- kulħadd; -> tagħlim tad-duttrina Nisranija; -> tagħlim organiku u sistematiku; -> tagħlim li jwassal għall- milja tal-ħajja Nisranija. Mela, hemm rabta intrinsika bejn il-katekeżi u l-fidi.
  • 3. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Katekiżmu espożizzjoni ta’: -> essenza u fondament tad-duttrina Kattolika; -> fidi u morali -> fid-dawl tal-Konċilju u t-Tradizzjoni tal-Knisja. Il-Katekiżmu huwa sors ta’ kif tikber fil-fidi kif temmen il-Knisja skont it-tagħlim u t- Tradizzjoni tagħha.
  • 4. 11.10.12 – 24.11.13 -> Il-Fidi u l-Magħmudija għandhom iwasslu għax- Xhieda (jien xhud ta’ Kristu); -> Il-Katekiżmu juri x’inhi r- Rivelazzjoni...i.e. Alla li juri lilu nnifsu lil bniedem; Alla li jidħol fl-istorja tal-bniedem; Alla li jgħamel l-ewwel pass u jersaq lejn il-bniedem li huwa ħalaq;
  • 5. 11.10.12 – 24.11.13 -> Fl-istess waqt, hemm bżonn li l-bniedem jagħti risposta, iwieġeb lil Alla; -> Din it-tweġiba tal-bniedem jgħamilha bil-Fidi; -> Bil-Fidi, l-bniedem jgħaraf ‘l Alla bħala (i) Il-Prinċipju; (ii) Salvatur; u (iii) Dak li jqaddisna; -> Dan hu t-twemmin tagħna...dan hu l-Kredu li nistqarru kull nhar ta’ Ħadd.
  • 6. 11.10.12 – 24.11.13 Għan tal-Katekiżmu: • X’inhi d-duttrina; • Għarfien fil-fond tal-fidi; • Il-milja tal-fidi; • Il-Fidi trabbi għeruq; u • Fidi viżibbli permezz tax-xhieda. Mela, l-Katekiżmu huwa sors ta’ għarfien, sosten u applikazzjoni ta’ dak li jien nemmen. Dan it-twemmin insibu fil- Katekiżmu u għalhekk nista’ nserraħ moħħi li huwa tajjeb.
  • 7. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Fidi: • Xi tfisser li ‘temmen’? Din hi mistoqsija mportanti qabel ma ngħamel l-istqarrija tal-fidi jew niċċelebra l-Litruġija.
  • 8. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Fidi: • Twegiba lil Alla F’min? • Lil Alla li juri lilu nnifsu Għaliex? • Huwa Alla li jagħti raġuni tal- għixien u l-eżistenza tagħna Il-bniedem ma jistgħax jibqa’ indifferenti quddiem Alla u dak li uriena fuqu nnifsu.
  • 9. 11.10.12 – 24.11.13 Alla personali; il-Grazzja, il- Fidi u r-Raġuni • Alla ta’ lill-bniedem il-fakultà li jagħarfu. • Alla personali • Alla u l-bniedem f’relazzjoni • Alla li jagħti l-grazzja • Fidi u Raġuni mhux kontra xulxin Alla li ħalaq il-bniedem tah ukoll il-grazzja biex jagħarfu u jkollu relazzjoni personali miegħu. Il-Fidi u r-raġuni flimkien: esperjenza ta’ Alla.
  • 10. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Fidi u l-Patt il-Ġdid • Il-wegħda ta’Alla hi għal dejjem; • Ma hemmx revelazzjoni oħra; • Dehra glorjuża ta’ Ġesú; • Revelazzjoni ntemmet (dak li ried jgħidilna Alla diġa qalulna); • Il-fidi nisranija li tgħini nifhem u nara tul iż- żminijiet. (reading the signs of times) 66. “Il-Patt il-Ġdid hu definittiv u għal dejjem, għalhekk iż-żmien tal-ekonomija nisranija qatt ma hu se jgħaddi, u m’għandniex nistennew ebda rivelazzjoni pubblika ġdida f’dan iż-żmien qabel id-dehra glorjuża ta’ Sidna Ġesù Kristu”. Iżda, għalkemm ir-Rivelazzjoni ntemmet, għad ma ħarigx beraħ għal kollox kull ma fiha, hi l-fidi nisranija li trid tifhem u tara, bil-mod il-mod tul iż-żminijiet, kull ma fiha r-Rivelazzjoni.
  • 11. 11.10.12 – 24.11.13 Rivelazzjoni u Fidi Waħda • Il-qofol u l-unika Rivelazzjoni huwa Ġesú Kristu hekk kif urieh il- Missier u kif twassalulna l-Knisja, li tagħha, Ġesú hu r-Ras. • Kull veritá oħra li nisimgħu minn sorsi oħra, ma jistgħux jiġu aċċettati mill-fidili. • Aħna mħeġġin li nkunu nafu l-fidi tagħna: F’min Nemmen. 67. Il-fidi nisranija ma tistax taċċetta xi “rivelazzjonijiet” li jippretendu jgħaddu jew jikkoreġu r-Rivelazzjoni li tagħha l-qofol hu Kristu. Hu l- każ ta‟ xi reliġjonijiet mhux insara, u wkoll ta‟ xi setet ta‟ żmienna li jibbażaw ruħhom fuq rivelazzjonijiet bħal dawn.
  • 12. 11.10.12 – 24.11.13 Depositum Fidei • Il-Fidi (teżor): Tradizzjoni u Skrittura; • Fdat mill-Appostli lill-Knisja; • Jintrabat flimkien mar-ragħajja; • Fit-tagħlim tal-Appostli, fl- għaqda bejn kulħadd, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb; • Fil-ħarsien, fil-ħajja u fl- istqarrija tal-fidi, ikun hemm għaqda singulari. • Il-Knisja ġiet afdata b’dan it- Teżor (fidi) u li dan insiebuh kemm fit-Tradizzjoni Appostolika kif ukoll fl-iSkrittura...Dawn huma Font Wieħed tar-Rivelazzjoni. 84. “It-teżor imqaddes” (1 Tim 6,20; 2 Tim 1,12-14) tal-fidi (depositum fidei), li jinsab fit-Tradizzjoni u fl-Iskrittura Mqaddsa, ġie fdat mill-Appostli lill-Knisja kollha. “Il-poplu qaddis ta‟ Alla kollu, huwa u jintrabat ma‟ dan il-wirt, flimkien mar-ragħajja tiegħu, jibqa‟ dejjem sħiħ fit- tagħlim tal-Appostli, fl-għaqda bejn kulħadd, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb, hekk li fil-ħarsien, fil-ħajja u fl-istqarrija tal-fidi li twasslitlu, ikun hemm, bejn ir-ragħajja u l- fidili, għaqda fl-ispirtu tassew singulari”.
  • 13. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Maġisteru u l-Kelma ta‟ Alla • Il-Kelma ta‟ Alla fuq kollox; • Il-Maġisteru għall-qadi tal- Kelma; • Il-Maġisteru:  jisma,  iħarisha,  ifissirha  bit-tjieba,  bil-qdusija,  bil-fedeltá • Nemmnu li dak li irrevelalna Alla nnifsu permezz tal-Kelma, (l-iSkrittura kollha), nemmnuh bhala dak li jrid Alla li nemmnu biex insalvaw. 86. “Għalhekk dan il-Maġisteru, mhux aqwa mill-Kelma ta‟ Alla imma hu għall-qadi tagħha, billi jgħallem dak biss li ġie trasmess, għaliex b‟ordni ta‟ Alla u bl-għajnuna tal-Ispirtu s- Santu, irid jisma‟ din il-Kelma bi tjieba, iħarisha bi qdusija u jfissirha b‟fedelta sħiħa, u minn dan id-depożitu waħdieni tal-fidi jrid jieħu dak kollu li jipproponi biex jitwemmen bħala rivelat minn Alla”.
  • 14. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Maġisteru tal-Knisja • L-awtoritá li ġejja minn Kristu; • Jiddefinixxi dommi ta‟ Fidi; • Li torbot b‟rabta ta‟ Fidi; • Veritajiet li jinsabu fir- Rivelazzjoni; jew • li għandhom rabta necessarja magħhom. Il-Maġisteru jservi l-Kelma (Logos) ta‟ Alla u li ma jgħidx xejn ġdid ħlief dak li ġie fdat lilna permezz tar-Rivelazzjoni ta‟ Ġesú Kristu. 88. Il-Maġisteru tal-Knisja jħaddem għal kollox l- awtorità li għandu minn Kristu, meta jiddefinixxi xi dommi, jiġifieri meta jipproponi b‟sura li torbot il- poplu nisrani b‟rabta ta‟ fidi li ma jistax jerġa‟ lura minnha, xi veritajiet li jinsabu fir- rivelazzjoni jew meta wkoll jipproponi b‟mod definittiv xi veritajiet li għandhom rabta neċessarja magħhom.
  • 15. 11.10.12 – 24.11.13 Il-ħajja spiritwali, Fidi u Dommi. • Rabta bejn dak li nemmen, dak li ngħix u dak it-tgħalim tal-fidi; • Fidi li trid tiġi mdawwla mit- tgħalim; • Meta ngħixu dak li nemmnu l- fhema tagħna (għarfien) tkunu miftuha permezz tad-dawl li jagħtuna d-dommi tal-fidi. Skont il-Vanġelu ta‟ Ġwanni 8,31-32 insibu lil Ġesù jfakkarna dwar xi tfisser tkun dixxiplu tiegħu. 89. Hemm rabta organika bejn il-ħajja spiritwali tagħna u d-dommi. Dawn huma dwal fil-mixi tal-fidi tagħna, li jdawluh u jiżgurawh. Minn naħa l-oħra, jekk ħajjitna hi dritta, kemm il-fehma tagħna u kemm qalbna jkunu miftuħin biex jilqgħu d-dawl tad-dommi tal-fidi (Ġw 8,31-32).
  • 16. 11.10.12 – 24.11.13 Il-ġerarkija fid-dommi tal-Fidi • Rabta bejn id-dommi tal-Fidi • Kristu hu l-Milja tal-Fidi • Hemm ġerarkija ta‟ veritajiet Il-veritajiet tal-fidi nisranija għandhom posthom fit- twemmin nisrani. Dan għaliex hemm veritajiet li huma għola fl-ordni ġerarkika minn oħrajn. Eże. : li wieħed jemmen li Alla huwa Trinitá hija ħafna għola milli nemmen li għamilt dnub venjal. 90. Ir-rabtiet bejniethom u l-koerenza tad-dommi nistgħu nsibuhom fir- Rivelazzjoni kollha kemm hi tal-Misteru ta‟ Kristu. “Hemm ordni jew „ġerarkija‟ fil-veritajiet tad-duttrina kattolika, għax ir-rabta ta‟ kull veritá mal-pedament tal-fidi nisranija m‟hijiex listess”.
  • 17. 11.10.12 – 24.11.13 Ix-Xirka tal-Insara u l-Fidi • Is-sens sopranaturali tal-fidi (jitraxxendi n-natura), jiġifieri, meta l-poplu kollu ta‟ dawk li jemmnu, mill-isqof sa lanqas fost il-lajċi, jkunu qed jemmnu l-istess ħaġa dwar: (i) il-fidi; u (ii) morali (dak li jgħixu); • Ma tistgħax titqarraq għax hemm din l-unitá tal-poplu ta‟ Alla dwaru. Dan ifisser li, ġaladarba wieħed jitwarrab mill-Knisja, hemm ċans li jista‟ jiġi mqarraq fuq il- livell tal-fidi u tal-morali f‟ħajtu. 92. “Ix-xirka tal-nsara” ...ma tistax titqarraq fil- fidi, dan turih permezz tas- sens sopranaturali tal-fidi li għandu l-poplu kollu ta‟ Alla, meta l-fidili kollha, “mill-Isqfijiet sa lanqas wieħed fost il- lajċi”, juru li jaqblu lkoll flimkien f‟dak li għandu x‟jaqsam mal-fidi u mal- morali.
  • 18. 11.10.12 – 24.11.13 Is-sens tal-Fidi u l-Ħajja • Hemm rabta intrinsika bejn dak li wieħed jemmen u dak li jghix. Hija l-Knisja ta‟ Ġesú Kristu, li lilHa ġiet fdata il-fidi mill-Appostli u s-suċċessuri tagħhom, li se tgħin lil fidili billi tgħallimhom u tfissrilhom il- fidi vera. 93. “Permezz ta‟ dan is-sens tal-fidi, imqanqal u msaħħaħ mill-Ispirtu tal-Verità, il-poplu kollu ta‟ Alla, immexxi minn dawk li għandhom is-setgħa li jgħallmu,...jintrabat għal dejjem mal-fidi mogħtija darba lill-qaddisin, jifhimha aktar fil-fond, ifissirha kif jixraq u jgħixha aktar f‟ħajtu”.
  • 19. 11.10.12 – 24.11.13 L-Ispirtu s-Santu bħala Għajnuna ta‟ Għarfien ta‟Alla • L-Ispirtu s-Santu huwa “Il- Mulej li jagħti l-ħajja”. Huwa jgħin lil dak li jemmen biex jikber fil-fidi. Għalhekk, waqt li naħsbu u nfittxu dwar il-Kelma ta‟ Alla, l-Ispirtu s-Santu jagħtina għarfien aktar fil-fond skont dik il-veritá li ġiet rivelata lilna minn Ġesú Kristu. 94. Bl-għajnuna tal-Ispirtu s- Santu, fil-ħajja tal-Knisja tista‟ tikber kemm l-intelliġenza tar-realtajiet kif ukoll tal- kliem tal-wirt tal-fidi: “bil- kontemplazzjoni u l-istudju ta‟ dawk kollha li jemmnu huma u jaħsbu fuqhom bejnhom u bejn ruħhom”; b‟mod partikulari “r-riċerka teoloġika twassal għall- għarfien aktar fil-fond tal- verità rivelata”.
  • 20. 11.10.12 – 24.11.13 Il-fidi Nisranija hija marbuta mal-Persuna ta‟ Ġesù Kristu • Il-Kelma ta‟ Alla saret „laħam‟ • Il-Kelma ta‟ Alla hija Ġesù Kristu, l-Iben il-Waħdieni • Il-ħajja nisranija hija din il- ħajja ta‟ Ġesù u ma Ġesù; mal- Kelma • L-Ispirtu s-Santu li Hu l-Mulej li jagħti l-ħajja, Huwa jdawlilna moħħna biex ngħamlu din l- esperjenza ta‟ Ġesù kuljum fil- ħajja tagħna. 108. Iżda, l-fidi Nisranija m‟hijiex “xi reliġjon ta‟ ktieb”. Il- Kristjaneżmu huwa r-reliġjon tal- “Kelma” ta‟ Alla, Kelma li “m‟hijiex xi kelma miktuba u mbikkma, iżda l-Kelma (il-Verb) magħmula bniedem u ħajja”. Biex il-Kotba Mqaddsa ma jibqgħux ittra mejta, jeħtieġ li Kristu, il- Kelma ta‟ dejjem ta‟ Alla l-ħaj, permezz tal-Ispirtu s-Santu, “jiftħilna moħħna biex nifhmu l-Iskrittura” (Lq 24,45).
  • 21. 11.10.12 – 24.11.13 Hemm rabta sħiħa bejn, il- veritajiet tal-fidi, il-Pjan tar- Rivelazzjoni u d-doni li kull wieħed għandu. • Il-veritajiet tal-fidi huma marbutin: • ma xulxin; • ma dak lir-Rivelalna Alla dwaru nnifsu; • mad-doni li Alla tagħna skont ma għoġob lilu għall- bini tal-Knisja (il-komunità nisranija) 114. Trid tingħata attenzjoni għall- “analoġija tal-fidi” (Rum 12,6). “B‟analoġija tal-fidi” nifhmu, r-rabta liema bħalha tal-veritajiet tal- fidi, bejniethom u mal-pjan kollu tar-Rivelazzjoni. (Aħna għandna doni differenti skont il-grazzja li Alla tana; jekk għandna d-don tal-profezija, ħa nħaddmuh
  • 22. 11.10.12 – 24.11.13 Alla li għadu jitkellem permezz tal-Kelma Tiegħu, liema kelma hi qawwijja u b‟saħħita. • Hemm rabta intrinsika bejn il- Kelma ta‟ Alla u l-qawwa tagħha u l-fidi tal-Knisja (il- Knisja – kull persuna mgħammda); • Li għandu jkun hemm libertá biex in-nisrani jkollu aċċess għall-Iskrittura. Dan jitfa‟ responsabiltà fuq in-nisrani li mhux biss ikollu l-Kelma ta‟ Alla, iżda li għandu jaqraha u jgħixa. 131. “Hemm tant qawwa u saħħa fil-kelma ta‟ Alla, li żżomm u tqawwi l-Knisja, isaħħaħ ulied il-Knisja fil-fidi tagħhom, tmantni lil ruħhom, u hi nixxiegħa safja li ma tintemm qatt fil-ħajja spiritwali tagħhom”. Jeħtieġ li l-bieb tal-Iskrittura Mqaddsa jkun miftuħ beraħ għall- insara.
  • 23. 11.10.12 – 24.11.13 L-Ittra lil Lhud (1,1) tgħidilna li Alla kellimna b‟diversi modi. Alla dejjem beda Hu l- azzjoni tad-djalogu mall- bniedem. • Il-mod li l-bniedem jilqa‟ l- istedina ta‟ Alla u ta‟ dak li Alla nnifsu urina fuqu nnifsu hija billi jemmen. • Il-fidi hi r-risposta tal-bniedem għas-sejħa li Alla jagħmel kontinwament. 142. Bir-rivelazzjoni tiegħu Alla li ma jidhirx, fil-kobor bla qjies ta‟ Mħabbtu, jkellem lill-bnedmin qishom ħbiebu u jitħaddet magħhom biex jistedinhom jidħlu u jilqagħhom f‟xirka miegħu. It-tweġiba xierqa għal din l-istedina hi l-fidi.
  • 24. 11.10.12 – 24.11.13 Il-fidi twassal lill-bniedem li jintelaq f‟idejn Alla. • Li wieħed ikollu l-fidi ma jfissirx li wieħed ikun qed jifhem; • Li wieħed jafda „l Alla f‟ ħajtu ma jfissirx li jkun jaf x‟se jiġri; • Li wieħed ikollu l-fidi f‟Alla jfisser li jaf li dan Alla jħobbu sopranaturali u li jgħix ġewwa fih u huwa qrid tiegħu aktar milli wieħed hu qrib tiegħu innifsu. 143. Bil-fidi l-bniedem iħalli għal kollox f‟idejn Alla l-intelliġenza u r- rieda tiegħu u, b‟ruħu u ġismu jagħti l-kunsens tiegħu lil Alla, awtur tar-rivelazzjoni. L-Iskrittura ssejjaħ “ubbidjenza tal-fidi” din it-tweġiba tal-bniedem lil Alla, li jirrevela lilu nnifsu “Bih aħna rċevejna l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu għall- ubbidjenza tal-fidi l-bnedmin fost il- ġnus kollha għall-ġieħ ta' ismu. Lil dan Alla li issa rrivelalna dan il- misteru, u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba tal-Profeti, skont l-ordni tiegħu, Alla ta' dejjem, biex iwassalhom għall- ubbidjenza tal-fidi.”
  • 25. 11.10.12 – 24.11.13 IL-Fidi: li toqgħod minn rajk għas-sejha ta‟ Alla f‟ ħajtek. • Toqgħod minn rajk; • B‟mod ħieles; • Għall-Kelma ta‟ Alla; • Alla li hu Veritá fih innifsu; • Veritá garantita; • Abraham u Marija żewġ mudelli tal-Fidi. Meta minn rajja u b‟mod ħieles noqgħod għall-Kelma ta‟ Alla, allura, Kelma ta‟ Veritá, jien inwelled lil Kristu ġewwa fija biex imbagħad ngħaddieh lil oħrajn. 144. Tobdi (mill-Latin “ob-audire”) fil-fidi ifisser “toqgħod minn rajk b‟mod ħieles għall-kelma li tismá”, għax il-veritá tagħha hi garantita minn Alla, il-Veritá fih innifsu. Ta‟ din l-ubbidjenza Abraham hu mudell li tagħtina l-Iskrittura Mqaddsa. Fil-Verġni Marija din l-ubbidjenza seħħet b‟mod l-iktar perfett.
  • 26. 11.10.12 – 24.11.13 Permezz tal-Fidi aħna nkunu nistgħu nobdu „l Alla fil-mixja tagħna miegħu. Permezz tal-Fidi aħna nidħlu fil-ġewwieni tal-ħajja ta‟ Alla u jkollna esperjenza ta‟ dak Alla li ma jidihrx u „tad-dlam tal- Fidi.‟ Permezz tal-Fidi titwieled ġewwa fina l-Kelma ta‟ Alla u ngħamlu esperjenza ta‟ dak li hu Divin. Permezz tal-Fidi ngħamlu affarijiet li weħidna jew bil- qawwa naturali biss ma jirnexxilniex inwettqu. 145. L-Ittra lil-Lhud, fil-ġieħ kbir li tagħti lill-fidi ta‟ missirijietna, tinsisti b‟mod partikulari fuq il-fidi ta‟ Abraham. “Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta‟ Alla, meta dan qallu jmur f‟art li kien se jagħtih b‟wirt; u telaq bla ma kien jaf fejn kien sejjer”. Kienet il-fidi li wasslitu biex jgħix bħala barrani u frustier fl-Art imwiegħda. Kienet il-fidi li ġagħlet lil Sara tilqá l-fatt li kellha tnissel iben il- wegħda. U flaħħarnett, kienet il-fidi li wasslet lil Abraham biex joffri b‟sagrifiċċju lill-ibnu l-waħdieni.
  • 27. 11.10.12 – 24.11.13 L-Ittra lil Lhud turina ċar diversi affarijiet importanti dwar il-fidi u l-effett tagħha fil-mixja eskatoloġika tagħna. 1. Hija pedament (fuq x‟hiex se nibnu); 2. Tagħtina tama (tama ġejja mill-Ispirtu s-Santu); 3. Hija prova (ċertezza u sigurtà ta‟ dawn l- affarijiet); 4. Dwar ħwejjeġ li ma jidhrux. (il-Fidi hi pass lejn id-Dlam għaliex aħna qatt ma nistgħu nitkellmu jew inkun nafu kollox dwar Alla). 146. B‟hekk Abraham wera x‟inhi d-definizzjoni tal-fidi mogħtija mill-Ittra lil Lhud: “Il-fidi hija l- pedament tal-ħwejjeġ li għandna nittamaw, hija l-prova tal-ħwejjeġ li ma jidhrux” (Lh 11,1).
  • 28. 11.10.12 – 24.11.13 Ir-Rabt bejn it-TQ u t-TĠ toħroġ ċar ir-rabta li hemm bejniethom. Fiż-żewġ Testamenti, il-Fidi hi protagonista qawwijja. Dan jitfa‟ dawl dwar kif Alla rrevela lilu nnifsu bil-mod matul iż-żminijiet sakemm waslet “il-milja taż-żminijiet” li fieh deher Ġesu u rrevelalna aktar dwar il-Missier u l- Ispirtu s-Santu. Għalhekk, l-Ittra lil Lhud tgħidilna li Ġesu u l-awtur tas- salvazzjoni tagħna u li l-fidi tibda u tintemm fih. 147. It-Testment il-Qadim għandu għana ta‟ xhieda dwar din il-fidi. L-Ittra lil Lhud ixxandar it-tifħir tal-fidi eżemplari tax-xjuħ ta‟ l- imgħoddi “li qalgħu xhieda tajba” biha. Iżda “Alla refá xi ħaġa aħjar għalina”, il-grazzja li nemmnu f‟Ibnu Ġesú “li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna”
  • 29. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Katekiżmu qiegħed jerġa‟ jippreżentalna lil Marija bħala l- mudell perfett ta‟ kif persuna li temmen f‟Alla u l-Kelma tiegħu għandha tgħix. F‟Marija insibu diversi virtuwijiet, fost oħrajn:  Mara ta‟ talb;  Mara umli;  Mara li taqdi;  Mara li tisma‟  Mara li tobdi;  Mara ta‟ fiduċja  Mara li temmen;  Mara li taf issofri;  Mara ta‟ gratitudni  Mara ta‟ fidi. 148. Il-Verġni Marija għexet b‟mod l-aktar perfett l-ubbidjenza tal-fidi. Bil-fidi, Marija laqgħet it-tħabbira u lwegħda li wasslilha l-anġlu Gabrijel, għax emmnet li “għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir;” u aċċettat dak li qalilha l-anġlu: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek”. Eliżabetta sselmilha: “Ħienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej”. Hu minħabba din il-fidi li kull nisel isejħilha ħienja.
  • 30. 11.10.12 – 24.11.13 Għal darboħra, il-Katekiżmu qed jippreżentalna lil Marija, Omm Ġesú bħala l-mudell ewlieni tat- Testment il-Ġdid. Il-fidi ta‟ Marija ma kienetx biss „tal-bnazzi‟, - meta kulħadd kien jiġri wara Ġesú, speċjalment meta jgħamel xi miraklu, iżda tidher l-aktar fil- passjoni u l-mewt ta‟ binha. Hi hawnhekk li l-fidi tagħtina d-dawl meħtieġ biex tfakkarna li l-Kelma ta‟ Alla ma tqarraqx u għalhekk dejjem isseħħ kif ikun qal Alla nnifsu. 149. Tul ħajjitha kollha, sal-aħħar prova li ġarrbet, meta Ġesú binha kien qed imut fuq is-salib, il-fidi tagħha qatt ma ġiet nieqsa. Marija qatt ma waqfet li temmen li, l-kelma tal-Mulej “dejjem isseħħ.” U għalhekk il-Knisja tqim f‟Marija s-sħuħija l-aktar safja tal-fidi.
  • 31. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Fidi titlob rabta, liema rabta hi mal-Infinit, Alla nnifsu. Li wieħed jemmen f‟Alla tfisser ukoll li qiegħed jaċċetta b‟mod liberu u ħieles ir- Rivelazzjoni li Alla nnifsu tagħna. Matul iż-żminijiet, kien Alla nnifsu li uriena min Hu permezz ta‟ Ġesú Kristu. Għalhekk, li wieħed ikollu l- fidi f‟Alla tfisser wisq aktar milli wieħed jafda fil- bniedem. Dan jitlob mill-bniedem tal- fidi li jkollu relazzjoni personali ma Alla biex jasal biex jgħarfu, iħobbu u jservieH. 150. Il-fidi hi qabel xejn rabta personali tal-bniedem ma‟Alla, u fl-istess ħin, ukoll ħaġa waħda ma l‟aċċettazzjoni ħielsa tal-veritá kollha rrivelata minn Alla. Bħala rabta ma‟ Alla u aċċettazzjoni tal- veritá rrivelata minnu, il-fidi nisranija m‟hijiex l-istess bħat- twemmin f‟xi bniedem. Hi ħaġa xierqa u sewwa li wieħed jafda ruħu għal kollox f‟Alla u jemmen bis-sħiħ kull ma‟ jgħid. Iżda tkun ħaġa fiergħa u qarrieqa tqiegħed fidi bħal din f‟xi ħolqien
  • 32. 11.10.12 – 24.11.13 Huwa dejjem Alla li jieħu l- inizjattiva lejn il-bniedem, ikun f‟liema stat ikun. Biex nersqu u ngħarfu „l Alla, Hu stess sawwab fina l-fidi; il- possibiltá biha nistgħu nemmnu fiH. Il-fidi hi „don‟, „grazzja interna‟, ġejja mill-Ispirtu s- Santu; il-Mulej li jagħti l-ħajja. B‟hekk l-għajnejn tar-ruħ jinfetħu, jaraw u jemmnu. 153. Il-fidi hi don ta‟ Alla, virtú sopranaturali msawba fina minnu. “Biex jistqarr din il-fidi, l-bniedem għandu bżonn il-grazzja ta‟ Alla, li tkompli tgħinu fl-istqarrija tal-fidi, flimkien ma‟ għajnuna internament mill-Ispirtu s-Santu; li jmiss qalb il-bniedem u jdawwarha lejn Alla, jiftaħ għajnejn ir-ruħ u jagħti lil kulħadd li jilqa‟ bil- ħlewwa l-veritá u jemminha”
  • 33. 11.10.12 – 24.11.13 L-intelliġenza li tiġi bl-għarfien u r-rieda li hi att minn naħa tal- bniedem biex jemmen jew jirrifjuta xi ħaġa, jaħdmu mal- grazzja ta‟ Alla. Il-Katekiżmu qed jerġa‟ jfakkarna li huwa Alla nnifsu li hu l-bidu ta‟ kull ħaġa tajba fil-bniedem u għall-bniedem. Alla, li barra li jagħtina l- fakultajiet neċessarji, jagħtina wkoll il-grazzja sopranaturali tiegħu biex tgħinna naslu għal għan aħħari li ngħamlu r-rieda tiegħu, biex b‟hekk inkunu bnedmin sħaħ u liberi. 155. Fil-fidi, l-intelliġenza u r-rieda tal-bniedem jaħdmu flimkien mal-grazzja ta‟ Alla. “It-twemmin hu għemil tal-intellett li jaċċetta l-veritá ta‟ Alla b‟ordni tar-rieda, mqanqla mill-grazzja ta‟ Alla.
  • 34. 11.10.12 – 24.11.13 Il-Motiv tat-twemmin F‟dan il-punt, il-Katekizmu jfakkarna u jaghmel cara r-raguni tal-motiv li wiehed jemmen f‟Alla. Il-Katekizmu jispjega li l-vera raguni mhix ahna il-veritajiet dwar Alla b‟xi mod nistghu nifhmuhom bir-raguni, izda l- motiv li nemmen f‟Alla gej minn Alla nnifsu li ma jistghax iqarraq bina u l-anqas biH Innifsu. Ghalhekk, Alla stess mhux biss taghna ghajnuna interna tal-Ispirtu Qaddis, izda wkoll irrevela lilu nnifsu. 156. Il-motiv li jġiegħel „il wieħed jemmen, mhux il-fatt li l-veritajiet rivelati jidhru bħala veri u jistgħu jiftehmu fid-dawl tar-raġuni naturali tagħna. Aħna nemmnu “fuq lawtoritá ta‟ Alla li, jirrivelalna l-veritajiet tiegħu u li, la jista‟ jqarraq u lanqas jitqarraq”. “Iżda biex il-qima tal-fidi tagħna tkun taqbel mar-raġuni, Alla ried li, mal-għajnuna interna tal-Ispirtu, ikun hemm provi esterni tar- Rivelazzjoni.”